Illum previous editions

ILLUM 22 March 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1224114

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 23

19 editorjal Aħjar sold inqas fil-kaxxa u poplu f'wiċċ l-ilma I l-kawtela li qed jipprattika l-Gvern bħalissa għandha żewġt uċuħ it-tajj- eb u l-ħażin. It-tajjeb huwa li xogħol il-Gvern mhuwiex li jkun sensazz- jonali u kif qal tajjeb il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne - jiddeċiedi skont x'jgħid xi ħadd fuq Facebook.Il-Gvern għandu pajjiż xi jmexxi u jrid jara illi tinżamm l-ordni u li kulħadd jimxi mal-pariri li qed tagħti s-Supretendent tas-Saħħa Pub- blika Charmaine Gauci, biex kemm jista' jkun it-tixrid tal-virus ma jkomplix jikber. Min-naħa l-oħra l-kawtela bil-flus, mhix - u l-korpi kostitwiti kollha qed jgħidu li mhix - ser issarraf fi frott. L-agħar ħaġa li tista' tiġri lil dan il-pajjiż bħalissa huwa li l-virus itul xahar, xahrejn u forsi tlieta u jibdew jagħlqu n-negozji u jkeċċu n-nies. Id-diżordni, it-tbatija u l-għawġ li dan jista' joħloq jaf ikun dik l-imbutattura li jonqos biex naqgħu mix-xifer. Hawn min jaħseb li din hija eseġerazzjoni. Mhijiex. Immaġina kont raġel tal-familja b'negozju li issa mhux qed jagħmel ċenteżmu. Immaġina kont mara tan-negozju b'ħanut tal-ħwejjeġ li kellu jagħlaq il-bibien biex jipprevjeni u għax ix-xogħol waqaf. Kif se tħallas il-pagi? Ikollha tiekol minn ġewwa! Imma sa xahrejn għandha biex tħallas, imbagħad? Immaġina kont żagħżugħ li għadek tiaħ bar, b'kirja, bid-djun għax għadek tibda u b'żewġ ħaddiema. F'daqqa waħda xejn, lanqas ċenteżmu dieħel u ma tafx sa meta. X'se tagħmel? Immaġina kellek skola żgħira tal-Ingliż - tħaddem 20 persuna - f 'daqqa waħda taf li mhux jiġik student wieħed u ma tafx meta se jerġa' jkollok klijent, imma għandek id-dawl, l-ilma, il- pagi u investment f 'teknoloġija fil-klassijiet li għadek kif għamilt, xi tħallas. X'se tagħmel? Immaġina kont taħdem fil-qasam tal-konferenzi, jew b'ħanut żgħir tat-tours - self employed u tħaddem ħamsa minn nies. Għadek kif investejt f 'erba' vetturi ġodda għat-tours għax it-turiżmu kien rekord u se jkollok ritorn tajjeb. X'tagħmel issa? Kif se tibqa' tħaddem in-nies bl-istess paga? Immaġina kont ħaddiem, raġel b'familja, u kont qed tagħmel part time filgħaxija. Issa neħħewk. Immaġina kont taħdem ġo ħanut tal-ħwejjeġ, kellhom ikeċċuk għalissa. Immaġina kellek gazzetta u f 'daqqa u l-ħin jibdew jikkanċellaw ir-riklami kollha. X'tagħmel? Tmur tissellef u tiddejjen biex tkampa. Immaġina kont għalliem ta' skola tal-Ingliż u spiċċajt barra, għax m'hemmx xogħol. Immaġina għadek kif xtrajt post, qed tgħix bl-eżatt għax għadek kif xtrajt il- kċina u l-kamra tas-sodda u titlef xogħlok jew jitneħħielek l-overtime - li kont tgħix minn fuqu. Jew titnaqqaslek il-paga, jew titpoġġa fuq unpaid leave. X'se tagħmel? Immaġina qiegħed f 'appartament mikri u qed tħallas €650 fix-xahar u għandek ħanut tax-xagħar u kkanċellawlek il-klijenti kollha - kellek tieġ kont se tagħmel it flus tajba minnu. X'tagħmel? Jiġifieri meta nikkalkulaw kemm il-miżuri li wettaq il-Gvern huma ta' ġid irridu nħarsu lejn dawn in-nies u nistaqsu: lil dawk kollha u ħafna oħrajn bħalhom se nkunu tassew qegħdin inneħulhom it mill-piż issa, biżżejjed biex għall-inqas jibqgħu fil-wiċċ? Ir-risposta hija le. L-għajnuna hija it wisq u nħossu li l-Gvern ma kienx b'saħħtu biżżejjed. Pretedejna li l-ħlas tal-kontijiet jiġi pospost ukoll, jingħataw inizjattivi lil min qed jikri, biex jikri b'inqas, li l-Gvern jilqa' l-proposta tal-Oppożizzjoni u jagħmel tajjeb għal 50% tal-pagi ħalli b'hekk ikun qed ineħħi minn spallejn eluf ta' impjegaturi t-toqol tal-pagi. Il-Gvern jeħtieġ jagħti għajnuna aktar tanġibbli bħall-għotjiet finazjarji lill-familji u individwi u bonus akbar tal-Gvern (ta' Marzu) biex jagħti imbuttatura tanġibbli u immedjata lil min qed jitħallas inqas jew qiegħed bla paga u biex jagħmel tajjeb għall-fatt li ċerti importaturi diġà għollew il-prezzijiet tal-ikel b'mod mifrux. Il-passi li ħa kienu tajbin imma hemm bżonn isir aktar. Inkella ta' xejn aħarna bl- aqwa żmien u ta' xejn biegħna l-pasaporti u aħarna kemm ġejjin miljuni jekk fis- siegħa tal-bżonn m'aħniex se nroxxu. Il-Gvern forsi qed jibża' jroxx għax fil-verità ma jafx kemm se ddum din il- biċċa, ħadd ma jaf. Li huwa żgur huwa illi jekk ma niħdux ħsieb u nagħtu injezzjoni qawwija finanzjarja lill-familji u negozjanti issa, jaf ikollna kriżi ħafna akbar mill- marda nnifisha. Aħjar sold inqas fil-kaxxa u poplu f 'wiċċ l-ilma, għażiż Prim Ministru. illum • 22 TA' MARZU 2020 ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Editur: Albert Gauci Cunningham

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 March 2020