Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1224114
08 aħbarijiet IL-ĦADD 22 TA' MARZU 2020 • illum Din hija l-istorja ta' koppja anzjana li fl-aħħar sena kellhom ibiddlu l-post fejn joqogħdu erba' darbiet, jew għax tkeċċew jew għax ma setgħux ilaħħqu mal-prezz tal-kera b'pensjoni waħda ta' ftit aktar minn €1,000. Il-gazzetta ILLUM tiltaqa' u titkellem magħhom YENDRICK CIOFFI Tkeċċew minn fejn kienu joqogħdu għax hekk riedet sidt il-kera. Spiċċaw bla saqaf fuq rashom. Sabu appartament kważi taħt l-art, bis-soqfa mmoffati. Kienu qed iħallsu kważi tliet kwarti tal-pensjoni kera u sal-aħħar tax-xahar riedu jlaħħqu bi €300. Ma rnexxilhomx. Fl-aħħar jiem kellhom jerġgħu jippakkjaw kollox, ir- raba' darba f 'sena. Din id-darba spiċċaw qasmu l-fliegu u fi żmien li suppost qed jistrieħu u jgawdu l-aħħar kapitlu ta' ħajjithom, se jkollhom jibdew ħajja ġdida f 'Għawdex. Din hi l-istorja ta' anzjan u anzjana, li għandhom 72 u 65 sena iżda bla dubju ta' xejn hija l-istorja ta' diversi koppji u familji oħra li mal-kera mhux qed ilaħħqu u leħinhom x'aktarx li jinħonoq minn diversi kontroversji u avvenimenti li jkun għaddej minnhom il-pajjiż. L-ILLUM poġġiet bilqiegħda ma' dawn l-anzjani biex tisma' dak li għaddew minnu fl-aħħar sena, fosthom minn meta f 'Awwissu tas-sena li għaddiet tkeċċew minn sidt ir- residenza li fiha kienu qed jgħixu. Irrakkontaw magħna kif għal ħames xhur, is-sena li għaddiet, kienu sabu jikru u bdew jgħixu fis-sular ta' fuq ta' dar antika fir- Rabat. Kieku qed iħallsu it aktar minn €500 fix-xahar. Madanakollu ma kienu komdi xejn. L-anzjan irrakkonta magħna kif kienu jgħixu fil-biża' għax f 'din id-dar ma kien hemm privatezza ta' xejn. Sidt il-kera kienet iżżomm kamra f 'nofs it- taraġ u mhux l-ewwel darba li marru u sabu lill-iben sidt il-kera fis-sular 'tagħhom.' Fi kliem l-anzjan, ġieli ħarġu, daħlu lura u sabu d-dwal mixgħul. Fl-aħħar ġimgħat, sidt il-kera riedet li magħhom, fl-istess bini, jgħixu fil-kantina, iddaħħal ukoll koppja Filippina. Ħallsu l-kera u tefgħethom 'il barra Anke jekk ma kinux qed jgħixu komdi ma kellhomx għażla oħra, sakemm darba minnhom, sidt il-kera, talbithom jitilqu. "Dejjem ħallasna l-kera. Anke dak ix- xahar. Imma ġiet u talbitna nitilqu fi żmien għaxart ijiem. Għamilna rapport iżda qalulna li ma setgħu jagħmlu xejn. Spiċċajna barra fit-triq," irrakkonta l-anzjan. B'pensjoni ta' madwar €1,040 fix-xahar ma sabux malajr fejn imorru joqogħdu. "Għamilna xahar bla saqaf fuq rasna. Konna norqdu barra. Taf fejn hu s-Serkin? Norqdu hemm fuq il-bankijiet," qaltilna l-anzjana bid-dmugħ f 'għajnejha u viżibilment muġugħa għax apparti dak kollu li għaddiet minnu fl-aħħar xhur, għandha wkoll kundizzjoni f 'daharha. 'Qalulna li akkomodazzjoni ma kienx hemm' Iżda matul dan ix-xahar, l-anzjani ma stennewx il-bajtra taqa' f 'ħalqhom. Għamlu minn kollox biex isibu post. L-anzjan spjega kif marru Kastilja u tkellmu ma' uffiċjali. "Qalulna li akkomodazzjoni ma kienx hemm," kompla jirrakkonta l-anzjan u kien hawn li għamlu kuntatt mal-President Emeritu Marie-Louise Coleiro Preca li intervjeniet għalihom mal-Awtorità tad- Djar. Fil-fatt, il-gazzetta ILLUM rat l-ittra li kitbet il-President Emeritu lill-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar Leonid McKay, bil- għan li dan jidħol għal dawn l-anzjani biex "ikun evitat każ ieħor ta' homelesness." Sadanittant, permezz ta' aġenzija tal-kiri, l-anzjani sabu appartament u l-Awtorità tad-Djar għenithom billi ħallsitilhom il- kera tal-ewwel xahar, jiġifieri €700 u anke d-depożitu, jiġifieri €1,400. "Applikajna għas-sussidju tal-kera u qed nieħdu €84 fix-xahar. Minn dawn, kull xahar, jinqatgħu €25 biex inħallsu lura l-€1,400," kompla jispjega l-anzjan. Jitqanżħu biex sal-aħħar tax-xahar jgħaddu bi €300 Issa ilhom għal dawn l-aħħar xhur jgħixu f 'dan l-appartament. Kull xahar, mill- pensjoni ta' it aktar minn €1,000 fix-xahar, l-anzjani kienu qed iħallsu €700. Jifdlilhom it aktar minn €300. Minn dawn iridu jħallsu l-kontijiet u jridu jgħixu sal-aħħar tax-xahar. Ma tridx tkun xi matematiku biex tirrealizza li kienu qed jitqanżħu biex jifdlilhom xi ħaġa f 'idejhom sal-aħħar tax-xahar. Iżda l-affarijiet ma jiqfux hawn. L-anzjani rrakkontawlna kif sid il-kera kien qed jitlobhom il-flus għall-kont tad-dawl mingħajr ma jurihom il-kont tad-dawl u għalhekk mingħajr ma għandhom iċ- ċertezza li qed iħallsu kemm fil-verità kkonsmaw. Daħlu f 'din il-kera qabel daħlet fis-seħħ ir-riforma tal-kera u għalhekk it kellhom protezzjoni (ara aktar 'l isfel). "Għandu l-pannelli, iżda x-xahar li għadda ġie u talabna €80 biex iħallas il-kontijiet. Tlabtu biex nara l-kont iżda jgħidli li ma għandux," kompla l-anzjan. Ma kellhomx xi palazz... Ara ma taħsbux li għax kienu qed iħallsu €700 fix-xahar dawn l-anzjani kellhom xi palazz. Għall-kuntrarju. L-appartament li fih kienu qed jgħixu dawn l-anzjani jinsab kważi taħt l-art. Fil-fatt, għalih, trid tinżel u mhux titla' t-taraġ. Uħud mis-soqfa F'sena biddilna erba' postijiet ... għamilna