Illum previous editions

ILLUM 22 March 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1224114

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 23

09 illum • IL-ĦADD 22 TA' MARZU 2020 aħbarijiet huma mimlija moffa u mhux it. Fl-aħħar ġimgħat, biswit l-istess binja, kien għaddej xi xogħol ta' kostruzzjoni. Għamlet ħalba xita u għal darba darbtejn l-ilma, bit-tajn u l-ħamrija miegħu, daħlilhom kollu ġewwa. Kellhom diżastru fi tlett ikmamar. "Meta nitkellmu dwar dak li ngħaddu minnu, jgħidulna biex nidħlu f 'dar tal- anzjani. Għaliex għandna nidħlu f 'dar tal-anzjani? Għaliex ma għandux ikollna ċans ngħixu f 'dar, b'moħħna mistrieħ, bħal anzjani oħra?" temmet tisħaq u tistaqsi l-anzjana. "Aħna ma għandux ikollna it żvog ukoll? Imbilli mmur nirranġa xagħri darba f 'xahar? X'fiha ħażin?" Jerġgħu jippakkjaw u jaqsmu l-fliegu Ma ttihomx tort li, anke jekk għalihom kienet battikata, dawn l-anzjani reġgħu ppakkjaw kollox biex għar-raba' darba f 'sena jipprovaw ikunu komdi f 'appartament ieħor u jgħixu ħajja xi it jew wisq aktar komda. Madanakollu, din id-darba, biex jagħmlu dan, kellhom jaqsmu l-fliegu u minn din il-ġimgħa se jipprovaw jibdew ħajja ġdida f 'appartament li għalih se jkunu qed iħallsu it aktar minn €300 fix-xahar. Din mhijiex l-ewwel esperjenza simili li l-gazzetta ILLUM ltaqgħet magħha u minn żmien għal żmien nisimgħu dwar każi bħal dawn. Infakkru biss li l-Alleanza Kontra l-Faqar kuljum tmiss b'idha każi bħal dan u għalhekk qed tappella, kif għamlet ma' din l-istess gazzetta diversi drabi, għall- introduzzjoni tal-kunċett tal-Living Income minflok il-mekkaniżmu tal-COLA li sa issa jikkalkula ż-żieda għall-għoli tal-ħajja.Fi it kliem, il-Living Income, jistabbilixxi dħul minimu li kull persuna f 'Malta tkun teħtieġ biex tgħix ħajja li hija diċenti. Intant jekk għaddej minn esperjenza simili, jew taf lil min għaddej minn esperjenza simili, inħeġġuk tagħmel kuntatt magħna billi tibagħtilna email fuq illum@mediatoday.com.mt jew iċċempel fuq 21382741-3 għamilna xahar norqdu barra quddiem is-Serkin Kif setgħu kienu protetti dawn l-anzjani bir-riforma tal- kera? Anke jekk ir-riforma tal-kera li daħlet fis-seħħ fil-bidu ta' din is-sena ma tidħolx fil-kwistjoni tal-prezzijiet, it-tir tagħha kien li jsib bilanċ bejn l-obbligi u d-drittijiet tas-sidien u l-inkwil- ini. Fil-fatt, kieku laħqet daħlet fis-seħħ din ir-riforma fl-Att dwar il-Kirjiet, is-sidt tal-pro- prjetà ma kien ikollha l-ebda dritt li tkeċċi lill-anzjani, għax ir-riforma daħlet fis-seħħ du- rata minima obbligatorja ta' sena. Jekk is-sid ma jkunx irid iġedded il-kirja, huwa għandu javża lill-inkwili tliet xhur qabel jintemm il-kuntratt. Ir-riforma titlob reġistrazzjoni obbligatorja ta' kull kuntratt. Fost oħrajn, il-kuntratt irreġis- trat se jkun prova tal-fatt li l-inkwilin jgħix fil-proprjetà. Għalhekk, flimkien mal-kun- tratt tal-kera se tkun qed tiġi ppreżentata formola H tal- ARMS li tindika kemm ikun hemm persuni jgħixu fil-fond u l-formola N li tawtorizza lill-inkwilin li jkun jaf kemm ikkonsma ilma u elettriku min- għajr ma jkollu l-ħtieġa li jeqleb il-kont tal-meter fuqu wara l-ħlas tad-depożitu. Dan ifisser li fil-każ tal-anzja- ni, kien ikollhom dritt ikunu jafu kemm ikkonsmaw dawl u ilma anke jekk il-meter baqa' jġib l-isem tas-sid li mingħandu kienu qed jikru fl-aħħar xhur.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 March 2020