Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1224114
10 aħbarijiet IL-ĦADD 22 TA' MARZU 2020 • illum MCAST is an equal opportunities employer. • Project Administrator - ERDF 9.036 (Jobsplus Permit No. 679/2019) Closing date Wednesday 25 March 2020 by 12.00pm. For further details, requirements and application process go to MCAST jop portal http://jobs.mcast.edu.mt MCAST IS RECRUITING Opera onal Programme I – European Structural and Investment Funds 2014-2020 "Fostering a compe ve and sustainable economy to meet our challenges" Project part-financed by the European Regional and Development Fund Co-financing rate: 80% European Union; 20% Na onal Funds 'Xokk li se jwassal għal riċessjoni u pajjiżna Id-dinja dieħla f'riċessjoni jew diġà qegħdin fiha? U kif nindunaw li qegħdin f'riċessjoni? X'qed jgħidu l-ekonomisti fl-Istati Uniti u l-Ewropa? Kif iwieġeb l-ekonomista Malti Gordon Cordina? ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Deħlin f 'riċessjoni jew le? Naturalment wieħed irid ikun pożittiv u jittama li ma nidħlux f 'riċessjoni - jekk mhux diġà qegħdin fiha. Ta' min wieħed, jiaħ parantesi hawnhekk u jfakkar illi pajjiż jidħol f 'riċessjoni meta l-ekonomija tkun sejra ħażina ħafna għal perjodu ta' żmien, għalkemm mhux neċessarjament tkun uffiċjalment f 'riċessjoni. Hawn ekonomisti li qed jgħidu illi l-Ewropa qiegħda f 'riċessjoni bħalissa għalkemm dan għadu mhux xi ħaġa uffiċjali. Imma kif pajjiż jidħol f'riċessjoni? L-Uffiċċju Nazzjonali fir- Riċerka tal-Ekonomija tal- Istati Uniti,(MBER) li huwa l-organizzazzjoni li tiddikjara riċessjoni f 'dan il-pajjiż, tiddefinixxi riċessjoni b'dan il-mod: tnaqqis fl-attività ekonomika - mifrux fl-ekonomija kollha, li ddum numru ta' xhur u li hija viżibbli permezz ta' tnaqqis fil-Prodott Gross Domestiku reali, fid-dħul reali, f 'żieda fil- qgħad, tnaqqis fil-produzzjoni industrijali u tnaqqis fil-bejgħ bl- imnut (retail). Ekonomista u persuna li taħdem fis-settur finanzjarju ppreċiża ma' din il-gazzetta s-sitwazzjoni f 'Malta. Huwa qal li biex tkun iddikkjarata riċessjoni jridu jgħaddu żewġ kwarti tas- sena - jiġifieri sitt xhur . Huwa qal illi l-probabbilità hija li mhux se jintlaħqu l-miri ekonomiċi, prinċipalment minħabba s-settur turistiku u kulma jmiss miegħu hekk kif dan is-settur jinsab prattikament wieqaf kif ukoll il-fatt li se jonqos il-konsum. 'Il-ħsara ekonomika se ddum' - Mohamed El-Erian Mas-CNBC, il-Konsulent Ekonomiku Ewlieni ta' Allianz - fornitur internazzjonali ta' servizzi finanzjarji - qal illi d-dinja dieħla għal riċessjoni globali u qal illi l-ħsara ekonomika se ttul. L-istazzjon sejjaħ il- Coronavirus bħala 'black swan' li f 'termini ekonomiċi tfisser, xi ħaġa mhux mistennija. Ekonomista ieħor Alan Blinder fuq 'Squawk on the Street' - programm dwar l-ekonomija u l-finanzi fuq is-CNBC - qal illi probabbilment l-Istati Uniti kienet diġà f 'riċessjoni fl-aħħar ġimgħa u nofs hekk kif komplew jiġu kkanċellati pjanijiet, konferenzi u safar. "Ma nkun sorpriż xejn jekk meta nħarsu lura jkun deċiż illi r-riċessjoni fil-fatt bdiet f 'Marzu. Il-Financial Times (FT) irrapportat lil Maurice Obstfeld, Professur fl-Università ta' Kalifornja jgħid illi l-avvenimenti tal-aħħar żmien huma żviluppi "kattivi u ma narax kif - b'dak li qed jiġri fiċ-Ċina, l-Ewropa u l-Istati Uniti se jkun imwaqqaf dan it-tnaqqis fl-ekonomija." Min-naħa tiegħu Olivier Blanchard, meta tkellem mal- istess FT, qal illi m'hemm ebda dubju illi t-tkabbir ekonomiku dinji se jkun wieħed negattiv għall-ewwel sitt xhur tas-sena. It-tieni nofs, ikompli jgħid, Blanchard se jiddependi fuq meta l-Coronavirus se jilħaq il-quċċata tiegħu, għalkemm qal ukoll illi jimmaġina anke dan se jkun fin-negattiv. Raghuram Rajan, Professur f 'Chicago Booth School of Business u l-eks Gvernatur tal-Bank Ċentrali jgħid illi d-daqqa se tkun fonda skont is-suċċess tal-awtoritajiet f 'li jikkontrollaw il-pandemija, li hu jgħid li jittama illi tkun deċisiva u rapida. "Kull ħaġa li ddum toħloq aktar stress għas-sistema," saħaq Rajan. "L-agħar għall-ekonomija għadu ġej, fix-xhur li għad iridu jiġu'' Joachim Fels - Konsulent ewelieni f 'PIMCO - kumpanija ta' maniġment tal-finanzi qal illi issa qed jara l-possibbilità partikolari li l-Istati Uniti u anke l-Ewropa jkunu f 'riċessjoni fl- ewwel nofs tas-sena, segwita Intant din il-ġimgħa wkoll l-aġenzija ta' kreditu S&P Global - li tevalwa lill- Gvernijiet u kumpaniji madwar id-dinja - qalet illi l-Coronavirus niżżlet lid-dinja f 'riċessjoni globali hekk kif sfrattat l-attività ekonomika, drastikment. S&P fil-fatt qalet illi l-effett huwa ħafna agħar milli kien maħsub qabel. L-aġenzija iżda qalet ukoll li l-ħsara lill-ekonomija Ewropea u tal-Istati Uniti se tkun qed tiggrava fiż-żmien li ġej. "L-ewwel informazzjoni miċ-Ċina turi illi l-ekonomija ntlaqtet ħafna agħar milli kien ipproġettat, minkejja li jidher li hemm il-bidu ta' stabbilizzazzjoni," qal il-Kap Ekonomista ta' S&P Paul Gruenwald. "L-Ewropa u l-Istati Uniti qed isegwu l-istess triq b'restrizzjonijiet fuq kuntatt bejn in-nies iwasslu għall- kollass fid-domanda. Dan ifisser ukoll li l-attività ekonomika se tkun ħafna inqas, qabel imbagħad jibda irkupru aktar tard fis-sena." Tgħid allura illi filwaqt li t-tixrid tal-marda stabbilizza f 'ħafna mill-Ażja, id-data ekonomika turi illi l-ekonomija ħadet daqqa ħafna ikbar milli mistenni. S&P x'qalu din il-ġimgħa? L-ekonomista Gordon Cordina