Illum previous editions

ILLUM 5 April 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1231014

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 23

19 editorjal Is-serħan il-moħħ huwa l-aqwa għodda biex ntaffu għad-daqqa F 'dan iż-żmien ta' dieqa m'għand- niex bżonn il-Ġimgħa l-Kbira ta' nhar il-Ġimgħa li ġej jew id-Du- luri ta' nhar il-Ġimgħa li għadda biex nidħlu fi żmien ta' dieqa. Dawn huma żminijiet mill-aktar straordinarji, żminijiet kważi surreali għal ħafna - fir-realtà ħafna mid-dinja għadha ma rrealiżżatx fil-fond ta' qalbha x'inhu jiġri u kemm dak li qed jiġri fid-dinja bħalissa huwa inkwetanti. In-numri juru illi issa qbiżna sew il-miljun persuna li ttieħdet minn dan il-virus, miljun f 'temp ta' erba' ġimgħat bin-numru jaqbeż bl-eluf kbar kuljum. Wieħed malajr jibda jaqta' qalbu u jemmen li qatt m'aħna se naraw tmiem din it-traġedja dinjija. Filwaqt li dan huwa angolu xi it jew wisq estrem u pessimist iżżejjed ikun aħjar li nidraw ngħixu fil-kundizzjonijiet li ninsabu fihom u li naħsbu fit-tul, speċjalment f 'termini monetarji. Hemm bzonn li naraw illi l-flus ta' kull pajjiż jintużaw b'mod illi jwieżnu lil kulħadd. Se tkun diffiċli imma kulħadd għandu bżonn li jitwieżen għax it-taxxa kulħadd iħallasha u l-ġenwin li ma jħallashiex għax qiegħed fuq paga minima jew għax ma jistax ikollu impjieg, għandu bżonn l-għajnuna tagħna. Hemm bżonn li għaż-żmien li ġej nerfgħu u nsorru għal meta niġu f 'aktar bżonn, inkunu għaqlin bir-riżorsa tagħna u nneħħu - għal-inqas għalissa - minn fuqna l-bżonn tal-eċċessi, materjaliżmu u infiq u naħsbu f 'dak li hu bżonnjuż u bażiku, għalina u għal min ma jistax ikollu l-bażiku. Għalhekk inkwetanti l-istqarrija ta' 36 għaqda din il-ġimgħa illi l-bżonn ta' għajnuna immedjata - għall-bażiku - żdiedet bil-kbir. Dan x'ifisser? Ifisser li m'aħniex qed nilħqu lil kulħadd biżżejjed. Ifisser li l-problemi huma reali u veri u li hawn min diġa' qiegħed ibati. Jekk ma noqgħodux attenti l-aktar dgħajfa u vulnerabbli se jgħerqu u lkoll nafu xi jfisser dan: aktar faqar, aktar problemi ta' saħħa mentali u aktar kriminalità. Ikun hemm min forsi jgħid 'x'eseġerazzjoni!' Imma mhix! Kieku xi ħadd it żmien ilu pinġa stampa ta' fejn ninsabu llum ħafna wkoll kienu jgħidu 'x'eseġerazzjoni!' Ejja ma nħallux dan jiġri. Il-Gvern f 'Malta qed jagħmel passi tajbin, mżuri tajbin li qed jolqtu tajjeb lil eluf li għallinqas - għalissa - se jibqgħu fil-wiċċ. U huwa importanti li dan kulħadd jirrikonoxxih. Hemm bżonn xi jsir aktar biex jingħata serħan il-moħħ, bi pjan ta' kontinġenza li, preferibbilment, huwa magħmul issa pubbliku biex kulħadd iserraħ moħħu. Jekk nibqgħu għadejjin bis-sitwazzjoni wara Mejju x'se jiġri? Kif se nsalvaw? Xi pjanijiet hemm biex per eżempju jiżdiedu l-postijiet ta' kenn? Biex nassiguraw ikel bnin għal kulħadd? Biex tkun imwaqqfa l-possibilità ta' aktar telf ta' impjiegi? Nixtiequ nemmnu li sa Ġunju l-affarijiet ikunu bdew it-triq tal-fejqan u j'Alla. Imma rridu naħsbu għal xenarji differenti, fosthom li f 'Malta l-problema tkun ittaffiet imma mhux barra u allura l-ajruport effettivament ma jkunx jista' jinfetaħ. Irridu nippreparaw għal xenarju fejn ikollna programm ta' kif se mmorru lura għan-normalità. Qed nigarantixxu li meta jgħaddi kollox il-kundizzjonijiiet u l-flus kollha li tilef il-ħaddiem jibda jeħodhom? Kif se nħajru turiżmu lokali ladarba l-affarijiet jitjiebu f 'pajjiżna imma ma tkunx tista' ssiefer? Iktar kemm il-poplu jkollu serħan il- moħħ, inqas tinħass id-daqqa inevitabbli ta' bħalissa. illum • 5 TA APRIL 2020 ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Editur: Albert Gauci Cunningham

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 April 2020