Illum previous editions

ILLUM 26 April 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1240941

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 27

F id-diskors politiku li jingħad f 'Malta, xi minn daqqiet, is-sħubija fl-Unjoni Ewropea titkejjel fuq il-flus li l-Unjoni toħroġ biex tkun żviluppata l-infrastruttura lokali, kemm dik fiżika kif ukoll dik soċjali. Il-fondi ta' koeżjoni kif ukoll dawk dwar l-iżvilupp reġjonali minn xi waqtiet jidhru bħala li huma l-unika manifestazzjoni tal-politika Maltija konnessa mal-Unjoni Ewropeja. Is-solidarjetà tifforma parti mill- pedamenti essenzjali tal-Unjoni Ewropeja u hemm referenza għaliha fit- trattati Ewropej: imma sfortunatament mhiex riflessa biżżejjed fl-imġieba kemm tal-istati membri kif ukoll taċ-ċittadini Ewropej. Is-solidarjetà tfisser li qegħdin hemm biex ngħinu lil xulxin meta jkun hemm bżonn. Is-solidarjetà tmur lil hinn minn impenn finanzjarju tal-pajjiżi b'saħħithom tal-Unjoni li jerfgħu iktar minn ħaddieħor il-piż finanzjarju. Imma, sfortunatament, bosta drabi, il- pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropeja jsibu diffikultà mhux żgħira biex jgħaddu mill-kliem għall-fatti.. Is-solidarjetà mhux biss nirċievuha, imma għandna nagħtuha ukoll: nistennewha fil-konfront tagħna imma ma nagħtux kaz biżżejjed li barra d-drittijiet għandna ukoll obbligi lejn dawk li huma magħna u madwarna. Is-solidarjetà magħna nistennewha imma dik dovuta lil ħaddieħor xi drabi infittxu elf skuża biex niżolqu mill- obbligi tagħna lejhom. Il-kriminalizzazzjoni tal-għaqdiet volontarji li qed isalvaw il-ħajjiet tan-nies (flok l-istati li abdikaw mir- responsabbiltajiet tagħhom) flimkien mal-għeluq tal-portijiet anke għall- missjonijiet umanitarji hi ċaħda sfaċċata tal-prinċipji bażiċi ta' solidarjetà li nistqarru bil-kliem. M'għandniex nitfgħu fuq spallejn l-għaqdiet volontarji n-nuqqas tal-istat Libjan li jikkontrolla lil dawk li qed jisfruttaw b'mod kriminali lir-refuġjati maħruba mill-għaks u mit-terrur. Il-kriżi tal-Covid-19 identifikat għal darba oħra li fl-Unjoni Ewropeja, fl- iktar mument ta' ħtieġa hawn deficit ta' solidarjetà. Ursula von der Leyen, President tal-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropeja iktar kmieni din il-ġimgħa għamlet apoloġija lill-Italja minħabba li kif faqqgħet il-kriżi tal-coronavirus ma sabet l-ebda għajnuna mill-Unjoni. Imma li titob skuża jew maħfra għan- nuqqas mhux biżżejjed. Biex it-talba għal skuża tkun ġenwina trid tkun akkumpanjata minn azzjoni konkreta li twassal għal tibdil fl-imġieba. Inkella t-talba għal skuża ma tkun tfisser assolutament xejn. F'dan iż-żmien ta' kriżi hemm ħtieġa ta' presenza ikbar tal-Ewropa. Hu ż-żmien meta dawk relattivament iktar b'saħħithom għandhom jgħinu lil dawk li jeħtieġu l-għajnuna biex ikunu jistgħu jegħlbu d-diffikultajiet li jkunu qed jiffaċċjaw f 'dak il-mument. Fi żmien ta' kriżi ħadd ma għandu jitħalla jokrob għall-għajnuna. Is- solidarjetà għandha tkun kważi awtomatika u bla kundizzjonijiet. Dan mhu xejn ġdid għalina għax ilna niffaċċjaw nuqqas ta' solidarjetà fil- konfront tal-impatti tal-immigrazzjoni f 'Malta kontinwament. Flimkien ma stati oħra membri tal-Unjoni Ewropeja tul il-fruntiera estensiva tal-Unjoni, Malta, repetutament, tħalliet terfa' l-piż waħedha. Fl-Unjoni Ewropeja, s'issa għad m'hemmx qbil li din hi problema tal-Unjoni kollha u li teħtieġ soluzzjoni li tinvolvi lill-membri kollha tal-Unjoni Ewropeja. F'Malta, bosta drabi nonqsu milli nifhmu li l-effettività tal-Unjoni Ewropeja fi kwalunkwe qasam jiddependi fuq kif jirreaġixxu b'mod individwali l-istati membri. S'issa, xi drabi, kien hemm qbil fuq azzjoni ta' rilokazzjoni volontarja ta' refuġjati salvati mill-għarqa jew li waslu f 'Malta waħidhom inkella assistiti mill-għaqdiet volontarji. S'issa l-uniku qbil kostanti fl-Unjoni Ewropeja kien li jinħarġu l-flus biex tittaffa 'l-problema tal-immigrazzjoni. Intużat ukoll l-għodda ta' għajnuna għall-iżvilupp biex tgħin il-bini mill- ġdid ta' pajjiżi diversi li ikkollassaw fl-Afrika Is-solidarjetà għandha tkun valur fundamentali li tiggwida l-ħidma tagħna mhux biss bħala pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea imma ukoll bħala stat li jiftaħar li jħaddan valuri bażiċi insara. Is-solidarjetà tagħna m'għandha fl-ebda ħin tkun ikkundizzjonata minn jekk ħaddieħor mexiex sewwa jew le. Imxi ma ħaddieħor kif tixtieq li jimxu miegħek. Din smajtha bosta drabi. Meta ser nibdew nipprattikaw dak li nipprietkaw? 20 opinjoni Is-solidarjetà: bejn il-kliem u l-fatti IL-ĦADD 26 TA' APRIL 2020 • illum Carmel Cacopardo Carmel Cacopardo hu ċ-Chairperson tal-Alternattiva Demokratika Malta, repetutament, tħalliet terfa' l-piż waħedha. Fl-Unjoni Ewropeja, s'issa għad m'hemmx qbil li din hi problema tal- Unjoni kollha u li teħtieġ soluzzjoni li tinvolvi lill- membri kollha

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 April 2020