Illum previous editions

ILLUM 26 April 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1240941

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 27

06 aħbarijiet IL-ĦADD 26 TA' APRIL 2020 • illum Dar Papa Franġisku taddatta l-ħidma tagħha biex tibqa' toffri kenn kuljum lil min ma għandux saqaf fuq rasu YENDRICK CIOFFI Tnax-il persuna li ma għandhomx saqaf fuq rashom qed jingħataw kenn fit- tlett idjar immexxija mill-Fondazzjoni Dar il-Hena, il-Caritas u l-Alfred Mizzi Foundation f 'dan iż-żmien staordinarju li matulu qed ikun appellat biex in-nies ma joħorġux mid-dar. Il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' Ian Galea, li huwa l-Maniġer ta' Dar Papa Franġisku dwar il-ħidma li għaddejja bħalissa f 'din id- dar u anke fid-djar l-oħra bil-għan li jibqgħu joffru s-servizzi tagħhom lill-persuni vulnerabbli minkejja r-restrizzjonijiet. Fil-fatt, minflok għalqu l-bibien tagħhom, kemm Dar Papa Franġisku u anke Dar Maria Dolores bidlu xi it jew wisq l-operat tagħhom biex minn xelters ta' emerġenza saru djar residenzjali biex hekk persuni li ma għandhomx saqaf fuq rashom għandhom kenn il-ġurnata kollha. It-tielet dar, jiġifieri Reach, minn dejjem kienet dar residenzjali fejn ir-residenti jsegwu programm ta' tmien xhur, bil-għan ikun li dawn il-persuni jibnu mill-ġdid ħajjithom u jibdew jgħixu ħajja indipendenti. Il-gazzetta ILLUM staqsiet lil Galea jekk żdidux it-talbiet biex persuni jingħataw sodda fejn imiddu rashom għax ma għandhomx fejn jgħixu, b'Galea jispjega kif anke jekk fid-djar hemm post għal aktar persuni, minħabba l-imxija tal-Covid-19, bħalissa mhux qed idaħħlu residenti ġodda u dan bil-għan li jkun protett kemm l-istaff u anke dawk il- persuni li bħalissa qed jgħixu fid-djar imsemmija. Madanakollu, spjega mal-gazzetta ILLUM kif bħalissa għaddejja ħidma mal-awtoritajiet bil-għan li jkun imħejji hub ta' kwarantina fejn persuni li ma għandhomx saqaf fuq rashom ikunu jistgħu jagħmlu kwarantina ta' 14-il ġurnata qabel jingħataw kenn f 'dawn id- djar. Xorta waħda jibqgħu joffru ikla lil 40 persuna kuljum Apparti minn hekk, kemm Dar Papa Franġisku anke Dar Maria Dolores ta' kuljum, bejn nofsinhar u s-sagħtejn, joffru ikla b'xejn lil dawk li ma għandhomx il- mezzi li kuljum jieklu platt sħun. Minkejja ċ-ċirkostanzi, dan is-servizz ma waqafx. Ian Galea spjega kif qabel, dawk il- persuni li jirrikorru għas-servizzi ta' dawn ix-xelters kienu jidħlu ġewwa, jieklu l-ikla, bid-deżerta b'kollox u anke jgħidu kelma flimkien. Uħud minnhom ma għandom il- ħadd u kelma ma' ħaddieħor f 'dawn id-djar hija duwa għalihom. Sfortunatament, bħalissa dan mhuwiex possibbli, iżda d-djar xorta waħda qed isajru għal dawn il-persuni, liema ikla qed tkun ippakkjata f 'kontenituri u dawn il-persuni joħduha magħhom. Mistoqsi jekk rawx żieda fid-domanda għal dan is-servizz, Ian Galea, spjega li sa issa ma kienx hemm żieda fil-persuni li rrikorrew għal dan is-servizz, b'Dar Papa Franġisku titma madwar 40 persuna kuljum. 'Aktar minn qatt qabel irridu nuru soliderjeta u mħabba lejn il-proxxmu' Ian Galea appella lil dawk il-persuni kollha vulnerabbli li għandhom bżonn l-għajnuna biex ma jiddejqux ifittxuha għax, fi kliemu, servizzi hawn. "L-effetti tal-ekonomija jinħassu. Familji għadhom qed iħallsu l-pagamenti anke jekk id-dħul naqas. Ma dawn hemm ukoll effetti pskikoloġiċi," saħaq Galea. Kien hawn li fakkar li hawn diversi helplines imwaqqfa minn diversi entitajiet biex jgħinu u joffru l-għajnuna lil dawk fil- bżonn u kien hawn li appella lil min għandu bżonn l-għajnuna biex ma jiddejjaqx iċempel. Iżda l-appell tiegħu mhuwiex għall- persuni vulnerabbli biss. Ian Galea appella li s-soċjetà kollha kemm hi, għax fi kliemu, f 'dan il-perjodu, kulħadd irid jagħmel il- parti tiegħu u kulħadd jeħtieġ jagħmel il- parti tiegħu u jiġbed ħabel wieħed. Kompla jisħaq li ż-żmien il-Għid li qed ngħixu huwa wkoll okkażjoni fejn persuna tħares ħarsa lejha nnifisha u tqum għal verità ġdida. "Bħal meta għandek nuċċali mtappan u timsħu biex tara aktar ċar," kompla jisħaq il-maniġera ta' Dar Papa Franġisku. "Aktar minn qatt qabel irridu nxammru l-kmiem u naħdmu iżda jeħtieġ nuru aktar solidarjetà u imħabba lejn il-proxxmu," saħaq Galea waqt li insista li minn din iċ-ċirkostanza straordinarja, tista' toħroġ ukoll xi ħaġa sabiħa.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 April 2020