Illum previous editions

ILLUM 26 April 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1240941

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 27

18 letteratura IL-ĦADD 26 TA' APRIL 2020 • illum Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Il-Bojja Malti tal-Pożitiviżmu Daqs tnejn u għoxrin sena ilu – qisu lbieraħ – matul erbat ijiem li qattajt fi rtir ġo villeġġjatura f 'San Pawl il-Baħar, minn ħin għal ħin rajt filosfu Malti – Patri Mark Montebello – iħabbat fuq laptop primittiv dana l-kliem preċiż: "Lingwa/ ġġ, Filosofija tal-: Termini li jindikaw għadd ta' filosofiji li jżommu bħala l-oġġett tagħhom il-lingwaġġ uman, jew, b'mod aktar ġenerali, il-falsitajiet ta' komunikazzjoni elaborati mill-bniedem. [...] F'Malta din l-għamla ta' filosofija ssedqet l-aktar fit-tieni nofs tas-seklu 20 bil-ħidma filosofika ta' Peter Serracino Inglott u Joe Friggieri, ħidma li ġibdet lejha wkoll filosfi żgħażagħ bħal Claude Mangion". Dakinhar li tkebbset xrara Dakinhar, frisk fil-memorja kien għad kelli – u għad għandi u żgur ser jibqa' jkolli – sentenza f 'artiklu miktub mill-istess Montebello it tal-ġimgħat qabel. Dis- sentenza kienet tgħid xi ħaġa hekk: "Bħalma Søren Kierkegaard fi żmienu kien jemmen li jenħtieġ li l-filosofija tibda titħaddet bid- Daniż, hekk ukoll illum wasal iż-żmien li l-filosofija titgħallem titħaddet bil-Malti". Ġaladarba dan il-ħsieb kien diġà ilu jdur u jagħqad f 'moħħi mas-sentejn tlieta, tassew kont ilqajt b'sodisfazzjon il-fatt illi ma kontx waħdi f 'dina l-fehma. Mur għidli, imbagħad, li it tal-jiem wara kelli nara jissawwar – mill-pinna ta' Montebello stess – l-ewwel volum ta' wieħed mill-akbar xogħlijiet filosofiċi li qatt inkitbu fi lsien pajjiżna: Il- Ktieb tal-Filosofija f 'Malta. Kien sewwasew f 'daka l-mument li bdiet titkebbes fija l-kilba li naqra u nisma' l-filosofija bil-Malti. Kien proprju f 'daka l-waqt ukoll li qabad iħaġġeġ fija l-ħsieb li xi darba 'l quddiem, bħalma konna ngħidu meta konna tfal: "la nikber", iseħħli nagħti l-kontribut tiegħi f 'dina s-sejħa – xrara li mbagħad laħqet il-milja tagħha daqs għaxar snin iżjed tard, bis-saħħa ta' Dr. Antoine Cassar, fil-ġibda lejn it-traduzzjoni għall- Malti ta' testi filosofiċi u anke sagri. Dina s-sejħa għall-ħsieb bil-Malti maż-żmien kompliet tidwi u taqbad fija bis-saħħa t'għadd ta' filosfi u tradutturi Maltin oħrajn, fosthom Prof. Joe Friggieri bis-sensiela In-Nisġa tal-Ħsieb, Dr. Michael Zammit bit-traduzzjoni tal-Bhagavad Gita u b'mod partikulari t-traduzzjoni tal-Bibbja ta' Prof. Pietru Pawl Saydon. Tour de force tal-filosofija bil-Malti Iżda maż-żmien saħansitra n-nirien, kif jaf tajjeb Karmenu Vassallo, kapaċi jbattu qajqal sa ma jisfgħu biss tnemnim. F'dawn l-aħħar ġimgħat – wara bosta xhur bejn in-nar u l-ilma mmaħħaħ jekk forsi għalija kienx wasal il-waqt li noħnoq u nitfi kollox – dina x-xrara reġgħet ħadet ir-ruħ bis- saħħa tal-ktieb filosofiku Malti ta' Profs. John Baldacchino Sejjieħ il-Ħsieb. U mhux ta' b'xejn. Mhix l-intenzjoni tiegħi li f 'dawn il- kelmtejn kollox nagħmel ġustizzja sħiħa lil dan it-tour de force tal-filosofija bil-Malti. Mhix l-intenzjoni tiegħi lanqas li nagħti stampa komprensiva tal-miżgħeda ta' argumenti u proposti filosofiċi li jitressqu lilna fih. Sabiex dan isir kif imiss jenħtieġ ħafna iżjed ħin u ferm iżjed spazju. Għaldaqstant dan il-kummentarju tiegħi fil-biċċa l-kbira huwa eżerċizzju ta' analiżi deskrittiva iżjed milli kritika argumentattiva. Akkont jidhirli li hekk għandu jkun. Ibda biex tul madwar mitejn paġna – b'ħila lingwistika l-ġmiel tagħha u b'temperament filosofiku liema bħalu – Baldacchino jseħħlu jinseġ fi lsienna test letterarju u akkademiku eklettiku li jkopri medda tassew wiesgħa ta' fergħat filosofiċi: l-ontoloġija, il-fenomenoloġija, l-epistemoloġija, il- filosofija tal-lingwa, it-teorija politika, l-ermenewtika, l-estetika, it-teorija kritika, il-letteratura, il-kritika letterarja, l-etika, il-metafiżika, il-filosofija tar-reliġjon u t-teoloġiku. Mnejn ser nibda? Il-bojja tal-pożitiviżmu Fit-titlu tal-kiteb in-nom sejjieħ jista' jinqara u jitfisser b'żewġ modi: mhux biss bħala ħassieb illi qiegħed isejħilna biex naħsbu, iżda wkoll, anzi l-ewwel u qabel kollox, bħala "ġebel poruż" [...] "li joffri l-wens" u li [...] "iħalli ilmijiet żejda jgħaddu minn għalqa għal oħra". Prof. John Baldacchino jippersonifika t-tifsiriet impliċiti u espliċiti ta' dan in-nom – kif antiċipajt mill-it li s'issa ili nafu – b'karattru metodoloġiku deċiżament kontinentali. Tant hu hekk illi jilqagħna mill-ewwel bi stqarrija-xafra meħuda mix-xogħol fenomenali ta' Edmund Husserl (Die Krisis der europäischen Wissenschaen und die transzendentale Phänomenologie) Il-Kriżi tax-Xjenzi Ewropej u l-Fenomenoloġija Traxxendentali: "il-pożitiviżmu jaqta' ras il-filosofija". Baldacchino jħaddem din il- metodoloġija mhux biss fl-istil – illi spiss saħansitra jiżbroffa fit-"tlissin immaġinarju" tal-impuls poetiku – iżda wkoll fl-ispirtu billi qabel xejn joffri narrattiva li żżomm alalarga mid-dommatki strettament loġiċi u mix-xjentiżmu radikali tal-ħassieba analitiċi. Iżjed minn hekk, Baldacchino jfittex – ġewwa "l-ispazju u l-ġewwieni li jinstab bejn il-ġebel" – kundizzjoni ta' possibbiltajiet illi tmur "lil hinn mil-limiti (fiżiċi) tagħna". Għaldaqstant f 'Sejjieħ il-Ħsieb minn banda Baldacchino spiss jaqta' ras il- pożitiviżmu minflok: ekku mela l-bojja Malti tal-pożitiviżmu. Bħalma rrimarka Jean- Paul Sartre f 'L'Imaginaire (L-Immaġinarju),

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 April 2020