Illum previous editions

ILLUM 3 May 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1243335

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 31

21 kultura illum • IL-ĦADD 3 TA' MEJJU 2020 tal-istatwa ta' Marija Bambina tal-Isla Imma kien ikollhom ħafna oħrajn li jgħinuhom. Ħafna kienu qed jagħtuhom ukoll l-offerti tagħhom ħalli jitħallsu l-ispejjeż. L-ispiża l-iżjed kbira li għaliha riedu jaħdmu l-kumitati kienet il-kuruna għal fuq ras il-Bambina. Kienet se tkun tad- deheb bid-djamanti u l-ħaġar prezzjuż. Id-ditta Testa tal-Belt ġiet inkarigata biex tagħżel id- djamanti u l-ħaġar prezzjuż. Kienet se timmontahom id-ditta Darmanin. Id-ditta Muscat ġiet inkarigata biex iddewweb id-deheb. Is-Sur Pace Feraud ġie inkarigat għax- xogħol taċ-ċiżill. II-kuruna tlestiet ftit ġimgħat qabel l-inkurunazzjoni, u ġiet esposta biex jaraha kulħadd. Minbarra l-ispiża kbira tal-kuruna, intefqu ħafna flus biex it-tempju jiżżejjen kif jixraq. Fil-fatt, il-preparazzjoni għall-inkurunazzjoni kienet bdiet sa minn żmien il-festa tal- Bambina tal-1920. Kienu qed jiġu programmati festi li ma jkunux f 'armar u opri biss. Kien meħtieġ li l-poplu jiġi ppreparat spiritwalment ukoll. Għalhekk, għat-tul ta' sena, fit-8 ta' kull xahar kienet se ssir quddiesa b'diskors fuq il-Madonna. Għall-ewwel waħda, li kienet dik tat-8 ta' Ottubru, 1920, il- Bambina tqiegħdet fuq l-artal maġġur. II-quddiesa saret fis- 6 ta' filgħodu, biex in-nies, f 'ġurnata tax-xogħol, tkun tista' tattendi iżjed. Kien żmien ta' diskussjoni dwar il-Bambina. X'uħud kienu tal-fehma li l-Bambina tinkesa kollha bil-fidda. Żmien x'jistennew ma kienx hemm u lanqas ma kienu f 'qagħda li jidħlu għal spiża kbira bħal dik. Ġie deċiż li l-istatwa tiġi ndurata, u li jsirulha ornamenti fil-libsa bil-ħaġar prezzjuż. Id- disinn tal-libsa sar mis-surmast Micallef minn Tas-Sliema. Wara t-8 ta' Ottubru 1920, il-Bambina ttieħdet il-Belt għand id-ditta Farrugia għall-induratura. Ix-xogħol tal-immuntar tad- djamanti tħalla fidejh id-ditta Darmanin. Id-ditta Muscat tal-Belt ħadet ħsieb it-tqegħid tal-ġawhar. Ġanni Farrugia rregala lill-Bambina sandli tad- deheb bid-djamanti. L-aħwa Pulo ħallsu għall-kisi bil-fidda tal-globu ta' taħt l-istatwa. Il- ġwienaħ tal-anġli ġew miksija u ndurati bid-deheb. Ġew indurati wkoll l-erba' profeti li qegħdin fuq il-pedistall. Mastru Mikiel De Giovanni għamel disinn għall-artal ta' quddiem il-Bambina. L-artal inħadem tal-injam tal-ġewż minn Mastru Pawlu De Giovanni. Ġiet ukoll rinnovata l-bradella tal-Bambina. Inkurunazzjoni li ma ntesiet qatt Il-ġurnata stabbilita għall- inkurunazzjoni kienet l-4 ta' Settembru 1921. Il-Kapitlu tal- Vatikan iddelega lill-Arċisqof Mawru Caruana biex, dakinhar, iqiegħed il-kuruna tad-deheb fuq ras l-istatwa ta' Marija Bambina. Lilu kienu se jassistuh Mons. Angelo Portelli OP, Isqof Awżiljarju, u Mons. Spiridione Polomeni, Isqof Titulari ta' Ruspa u Kanonku Onorarju tal- Kolleġġjata tal-Isla. Fl-aħħar ġranet, Polomeni, minħabba saħħtu, fisser li kien imprudenti għalih li jiġi Malta. Għalhekk, irrikorrew għand Mons. Ġwanni Marija Camilleri OSA, Isqof ta' Għawdex, li, għalkemm marid, aċċetta li jassisti għaċ-ċerimonja tal-inkurunazzjoni. Is-sollennità straordinarja tal-inkurunazzjoni ta' Marija Bambina ma ntesiet qatt. Hi waħda mill-ftit ġranet li bdew jiġu mfakkra minn ġenerazzjoni għal oħra. Bla waqfien, is- Sengleani rrakkontaw l-festi tal- inkurunazzjoni anke lil dawk ta' postijiet oħra. Is-sena 1921 baqgħet minquxa fil-qlub ta' dawk li twieldu u għexu fil-Belt Senglea li tant tgħożż il-ħarsien ta' Marija Bambina. Il-Kolleġġjata Bażilika ta' Marija Bambina qabel saret l-inkurunazzjoni Il-Bambina armata fuq l-artal maġġur tal-Kolleġġjata fit-8 ta' Ottubru 1920

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 May 2020