Illum previous editions

ILLUM 3 May 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1243335

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 31

04 analiżi IL-ĦADD 3 TA' MEJJU 2020 • illum L-Ewropa tibda terġa' tieħu l-ħajja ... ħarsa Hekk kif jidher li l-ħajja fl-Ewropa bdiet ftit ftit terġa' tqum fuq saqajha, il-gazzetta ILLUM tagħti ħarsa lejn uħud mill-pajjiżi Ewropej u r-restrizzjonijiet li b'mod gradwali bdew jirrilaxxaw YENDRICK CIOFFI Matul din il-ġimgħa u anke minn għada, diversi pajjiżi Ewropej bdew jerħu jew se jibdew inaqqsu r-restrizzjonijiet li imponew bil-għan li jikkontrollaw l-imxija tal-COVID-19. Fost dawk li bdew jew se jibdew jerħu r-restrizzjonijiet, hemm l-Italja u Spanja, l-aktar żewġ pajjiżi milquta mill-pandemija fl-Ewropa u li iżda din il-ġimgħa ddikjaraw li "l-agħar għadda." Fid-dawl tal-fatt li anke f 'Malta bdew jiġu mnaqqsa xi restrizzjonijiet, bil-għan li b'mod gradwali l-ħajja tibda terġa' taqbad ir-ritmu, il-gazzetta ILLUM se tkun qed tagħti ħarsa lejn l-Ewropa u l-istrateġija li diversi pajjiżi qed jaddottaw biex jibdew inaqqsu l-miżuri drastiċi li kellhom jieħdu biex jikkontrollaw l-imxija tal-coronavirus. L-Italja tibda tistejqer ... daqshekk lockdown iżda appell għall-kawtela Bla dubju li l-agħar pajjiż milqut tal- kontinent kien l-Italja u kawża ta' hekk kien l-ewwel wieħed li impona lockdown nazzjonali fost il-pajjiżi kollha Ewropej. It-Taljani ilhom mid-9 ta' Marzu magħluqa fid-djar tagħhom u l-ekonomija tal-pajjiż letteralment waqfet. Hekk kif fl-aħħar jiem l-Italja bdiet tara xaqq ta' tama, bin-numru ta' każi ġodda u anke l-għadd tal-imwiet jonqsu ġurnata wara l-oħra, il-Gvern Taljan beda jaħdem biex jirrilaxxa xi wħud mill-miżuri. Fil-fatt, minn għada, l-Italja se tkun qed tidħol fit-tieni fażi tal-pjan li ħejja l-Gvern biex it it il-ħajja tibda tersaq lejn in- normal. Minn għada, tista' tgħid li l-Italja mhux se tkun aktar taħt lockdown, anke jekk il-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte appella biex ma jkunx hemm ħruġ bl-addoċċ u anke biex kulħadd jibqa' jirrispetta s-social distancing. Minn għada, wara diversi ġimgħat, it- Taljani se jkunu jistgħu jżuru lill-qraba tagħhom "fi gruppi żgħar." Dawn huwa dak li ħabbar il-Prim Ministru Giuseppe Conte: • Persuni se jkunu jistgħu joħorġu u jduru fir-reġjuni tagħhom stess iżda mhux permess li jkun hemm vjaġġar minn reġjun għall-ieħor • Il-funerali jistgħu jerġgħu jibdew isiru, iżda għalihom jistgħu jattendu biss massimu ta' 15-il persuna u idealment isiru fuq barra • L-atleti, b'mod individwali, jistgħu jerġgħu jibdew bit-taħriġ tagħhom u jistgħu jagħmlu dan mhux biss viċin id-djar tagħhom • Il-barijiet u r-ristoranti jistgħu jiħu għal servizz ta' takeaway minn għada. L-operat jista' jirritorna għan-normal mill- 1 ta' Ġunju • Il-ħwienet tax-xagħar jistgħu jerġgħu jiħu l-bibien tagħhom mill-1 ta' Ġunju • Aktar stabbilimenti li ma ngħatawx permess jiħu fl-ewwel fażi jistgħu jagħmlu dan mit-18 ta' Mejju, fosthom il-mużewijiet u l-libreriji • Timijiet sportivi jistgħu jkomplu bit-taħriġ tagħhom mit-18 ta' Mejju. Sa issa għadu ma tħabbarx meta se jkun qed ikompli l-kampjonat tal-futbol tas- Serie A, anke jekk tħabbar li għal din is- sena l-grawnds mhux se jiftħu u l-logħob ikompli bil-bibien magħluqa. Il-quddies kollu fl-Italja, għalissa, se jibqa' sospiż. Kull min joħroġ irid jilbes il-maskri, bil-Gvern jordna li l-prezz ta' kull maskra ma jaqbiżx il-50 ċenteżmu. Fl-ewwel fażi tat-tneħħija tar- restrizzjonijiet, li daħlet fis-seħħ fl-14 ta' April, ingħataw il-permess li jiftħu l-ħwienet iż-żgħar, inkluż il-ħwienet tal-kotba, tal-ħasil tal-ħwejjeġ u anke stationers. It-tfal Spanjoli jistgħu jieħdu ftit arja wara ġimgħat maqfula d-dar Bħall-Italja, Spanja kienet milquta wkoll ħażin ħafna mill-pandemija tal- COVID-19 u għalhekk kellha timponi restrizzjonijiet drastiċi biex tilqa' għall- imxija. Wara aktar minn 42 ġurnata msakkra ġewwa, matul din il-ġimgħa, il-Gvern Spanjol ħareġ digriet li jagħti permess lit-tfal Spanjoli li għandhom 14-il sena jew inqas biex ikunu jistgħu joħorġu sa siegħa kuljum anke jekk ma jistgħux jitbiegħdu sa aktar minn kilometru 'l bogħod mid-dar. Din il-miżura se tkun qed taffettwa lil 6.3 miljun tifel u tifla. It-tfal jistgħu joħroġu għal siegħa bejn id-disgħa ta' filgħodu u d-disgħa ta' filgħaxija. Tfal li għandhom 13-il sena jew aktar jistgħu wkoll imorru jaqdu lill-ġenituri tagħhom. Anke jekk it-tfal jistgħu jagħmlu użu mir-roti, l-iskates u l-iskateboards, il-ġonna pubbliċi għalissa se jibqgħu magħluqa. Ir-restrizzjonijiet l-oħra kollha se jibqgħu fis-seħħ, inkluż l-iskejjel li jinsabu magħluqa. Intant, mit-2 ta' Mejju, jiġifieri lbieraħ, l-Ispanjoli ngħataw permess li joħorġu jagħmlu attività fiżika barra mid-dar u anke jmorru mixjiet ma' dawk il-persuni li jgħixu magħhom. Il-Gvern Spanjol qal li se jkun qed jirrevedi mill-ġdid il-lockdown, jekk is-sitwazzjoni tibqa' sejra għall-aħjar, f 'nofs Mejju. Il-Ġermanja tnaqqas ħafna restrizzjonijiet ... l-użu tal-maksri jsir mandatorju Il-Ġermanja kienet wieħed mil-aktar pajjiżi li rnexxielha tikkontrolla l-imxija tal-COVID-19 fejn minkejja li kellha numru sostanzjali ta' każijiet, l-għadd tal-vittmi kien wieħed baxx ħafna, aktar u aktar meta wieħed iqabbel dan ma' pajjiżi oħra.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 May 2020