Illum previous editions

ILLUM 3 May 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1243335

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 31

05 analiżi illum • IL-ĦADD 3 TA' MEJJU 2020 ħarsa lejn ir-rilaxx tar-restrizzjonijiet Propju għalhekk li fl-aħħar jiem il-Ġermanja bdiet tirilaxxa r-restrizzjonijiet, anke jekk jibqgħu fis- seħħ dawk li għandhom x'jaqsmu mas- social distancing. Apparti minn hekk, fil-Ġermanja, l-użu tal-maskri huwa mandatorju fil- ħwienet u fuq it-trasport pubbliku. Fil- fatt, fil-Ġermanja, bdew jiftħu ħwienet li mhumiex akbar minn 800 metru kwadru. L-iskejjel bdew jiftħu l-bibien tagħhom mill-ġdid, b'mod gradwali, anke jekk l-għadd ta' studenti f 'kull klassi tnaqqas, biex ikun assigurat li ma jkunx hemm iffullar. L-ewwel studenti li rritornaw wara l-bankijiet tal-iskola huma dawk li din is-sena se jkunu qed jagħmlu eżamijiet importanti. Il-kindergartens se jibqgħu magħluqa. Apparti minn hekk, l-attivitajiet tal-massa, inkluż servizzi reliġjużi, se jibqgħu sospiżi sal-31 ta' Awwissu. Il-barijiet, kafetteriji, ir-ristoranti, iċ-ċinema u anke t-teatri se jibqgħu magħluqa. Franza tħejji biex tibda tnaqqas ir- restrizzjonijiet Din il-ġimgħa, il-President Franċiż Emmanuel Macron ħabbar il-pjan tal- Gvern Franċiż biex it it jibdew jitnaqqsu r-restrizzjonijiet f 'dan wieħed mill-aktar pajjiżi milquta fl-Ewropa. Jinfetħu l-iskejjel ... attivitajiet tal-massa mwaqqfa sal-1 ta' Settembru Fin-Norveġja wkoll bdew jiġu rrilaxxati xi miżuri hekk kif fost oħrajn infetħu l-kindergartens u anke l-iskejjel għal tfal żgħar. Ħwienet tax-xagħar ukoll ingħataw permess biex jifħtu. Madanakollu, l-appell ta' Gvern kien biex kulħadd iżomm għajnejh miuħa u jibqgħu jsegwu l-appelli dwar is-social distancing. Intant, l-attivitajiet tal-massa fin-Noverġja ma jistgħux isiru sal-1 ta' Settembru li ġej. L-Awstrija l-ewwel li bdiet terħi r-restrizzjonijiet L-Awstrija kien l-ewwel pajjiż Ewropew li beda jerħi r-restrizzjonijiet li impona biex jikkontrolla l-imxija tal-COVID-19. Fil-fatt, fl-aħħar jiem, fl-Awstrija reġgħu fetħu xi ħwienet meqjusa 'mhux essenzjali' bil-Gvern jimponi l-użu tal-maskri fis-supermarkets, il-ħwienet u t-trasport pubbliku. L-ewwel ħwienet li ngħataw permess jiħu mill-14 ta' April kienu dawk li mhumiex akbar minn 400 metru kwadru. Intant, mill-1 ta' Mejju, infetħu wkoll iċ- ċentri kummerċjali u anke l-ħwienet tax- xagħar. Madanakollu, ir-ristoranti u anke l-lukandi se jkollhom jistennew sa nofs Mejju biex jiħu l-bibien tagħom. Magħhom, ukoll l-iskejjel. L-attivitajiet tal-massa ġew sospiżi sal- aħħar ta' Ġunju. Id-Danimarka fost l-ewwel li daħlet restrizzjonijiet u fost l-ewwel li tibda tirrilaxxa Id-Danimarka kienet it-tieni pajjiż wara l-Italja li daħlet fis-seħħ lockdown nazzjonali biex tikkontrolla l-imxija tal- COVID-19 u jidher li dawn il-miżuri ħadmu tant li kienet fost l-ewwel pajjiżi Ewropej li bdiet tirrilaxxa l-miżuri. Fil-fatt, id-Danimarka fetħet in- nurseries u anke l-iskejjel primarji għat- tfal li għandhom 11-il sena jew inqas u dan wara xahar magħluqa. Ir-regoli dwar is-social distancing għadhom fis-seħħ u għadu projbit li jkun hemm ġemgħat ta' aktar minn 10 persuni. Attivitajiet tal-massa ġew sospiżi sa Awwissu. Mill-20 ta' April infetħu wkoll diversi negozji, fosthom dawk tax-xagħar, tat- tattoos u anke l-psikoloġi, fost oħrajn. Il-kafetteriji, ir-ristoranti u anke l-iskejjel għal dawk li għandhom 12-il sena 'l fuq għadhom magħluqa. Minn għada l-Belġju jibda jerħi r-restrizzjonijiet ... il-pjan ikopri sa Ġunju Il-Belġju se jibda jerħi r-restrizzjonijiet tiegħu minn għada, hekk kif fost oħrajn ċerti ħwienet se jitħallew jiftħu mill-ġdid dejjem b'rispett lejn l-appelli tas-social distancing. Persuni se jitħallew jiltaqgħu ma' massimu ta' żewġ persuni oħra li ma jgħixux magħhom, iżda għandhom xorta waħda jżommu d-distanza u jibqgħu barra. Kull min għandu minn 12-il sena 'l fuq irid jilbes il-maskri meta jirkeb it- trasport pubbliku u bil-għan li tiżdied il- produzzjoni tal-maskri se jkunu jistgħu jiftħu l-ħwienet tad-drapp u l-ħjata. Mill-11 ta' Mejju, il-ħwienet kollha fil-Belġju se jingħataw permess jiftħu taħt kundizzjonijiet stretti ta' social distancing. L-iskejjel se jkunu qed jiftħu mill-ġdid fit-18 ta' Mejju, iżda kull klassi ma jistax ikollha aktar minn 10 persuni. Mit-18 ta' Mejju, persuni se jkunu jistgħu jiltaqgħu, fi gruppi żgħar, fid-djar ta' xulxin u se jinfetħu wkoll il-mużewijiet u l-hairdressers. Mit-8 ta' Ġunju, b'mod gradwali se jinfetħu l-kafetteriji, ir-ristoranti u anke xi attrazzjonijiet turisti.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 May 2020