Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1250961
15 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 24 TA' MEJJU 2020 Bi tkabbir previst ta' 5% l-ekonomija Maltija għandha tibqa' mal-aktar li se jikbru fl-UE fl-2021 Għall-2021, Creditform Rating tipproġetta tkabbir ekonomiku ta' kważi 5%, li ser ikun dovut għall-andament tajjeb f'industriji bħall-igaming, kif ukoll proġetti kbar ta' investiment Creditreform Rating ikkonfermat li l-prospetti għal credit rating ta' pajjiżna huma stabbli u allura kkonfermat ir-rating A+ għal pajjiżna. B'kuntrast, mill-bidu ta' Marzu kien hemm erba' pajjiżi fl-Unjoni Ewropea li ngħataw prospett negattiv u tnejn oħra li kellhom ir-rating downgraded. Dwar Malta, Creditreform Rating bassret li l-ekonomija għandha tibda tirkupra fit- tieni nofs tas-sena hekk kif aktar restizzjonijiet huma rri- lassati. Għalhekk, għall-2021, ir-rapport jipproġetta tkabbir ekonomiku ta' kważi 5%, li ser ikun dovut għall-andament tajjeb f'industriji bħall-igam- ing, kif ukoll proġetti kbar ta' investiment. Fil-fatt l-aġenzija Ġermaniża temmen li Malta ser tibqa' fost l-aktar ekonomiji Ewropej li ser jikbru u jiġġeneraw imp- jiegi. L-aġenzija Ġermaniza tgħid illi l-pakkett finanzjarju li res- saq il-Gvern huwa "sostanzjali" u għalkemm dan qed jiswa ħaf- na l-aġenzija tgħid illi l-pożizz- joni fiskali ta' Malta, flimkien mal-prudenza finanżjarja koll- ha jsaħħu l-previżjonijiet stab- bli għall-ekonomija Maltija. Se tkun qed issir riforma ambjentali fid-Development Planning Fund (DPF) se twassal għall-iżvilupp ta' aktar proġetti ambjentali fil-lokalitajiet tagħna, ħabbar il-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil- Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia. Waħda minn dan il-propos- ti se tkun li għall-ewwel darba proġetti ambjentali fuq l-art u fil-baħar f'żoni urbani ser ikunu eliġibbli għal finanzjament ta' 100%, minflok li l-kunsill lokali jrid joħroġ 30% mill-ħlas tal- proġett. Apparti minn hekk, biex ikunu mħeġġa jagħmlu ħitan vertikali ħodor biex b'hekk jissebħu żoni urbani, il-Gvern se joħroġ ske- ma li permezz tagħha se joħroġ 105% tal-ispejjeż. Inizzjattivi ioħrajn se jkunu dawn: Ghall-ewwel dar- ba l-kunsilli lokali se jkoll- hom is-sigurtà tal-allokazz- joni finanzjarja għall-progett tagħhom; Għall-ewwel darba NGOs u benefiċarji oħrajn li mhumiex kunsilli lokali se jkollhom 20% tal-fondi kollha fl-iskema allokati direttament għalihom; Il-persentaġġ ta' fi- nanzjament ser ikun qed jiżdied oltre mill-arranġamenti kur- renti f'każi li jkun hemm part- nerships; Il-finanzjament għal proġett immirati għal persuni b'diżabbiltà se jiżdied b'10%; Kull kunsill lokali ser jiżdied- lu l-limitu massimu minn €5 miljuni għal €7 miljuni sabiex itaffi l-effetti tal-iżvilupp urban f'dawn il-lokalitajiet u jipprom- wovi l-iżvilupp ta' infrastruttu- ra ambjentali u finalment l-in- izjattiva 'Sebbaħ il-Lokal' ser tiġi estiża minn April 2020 għal Diċembru 2022. "Dawn il-bidliet huma parti minn reviżjoni olistika lejn il- kunċett ta' ppjanar intelliġenti u viżjoni ambjentali għal-lokalita- jiet tagħna", temm jgħid il-Min- istru Farrugia. Il-Kunsilli Lokali se jkunu eliġibbli għal finanzjament sħiħ fuq proġetti ambjentali