Illum previous editions

ILLUM 24 May 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1250961

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 31

26 rakkont IL-ĦADD 24 TA' MEJJU 2020 • illum Sharon Calleja Kien qiegħed hawn F etħet għajnejha. Ċpar biss kienet qiegħda tara. Ma setgħetx tiffoka sew u kellha uġigħ ma' ġisimha kollu. Donnha kull parti ta' ġisimha kienet qiegħda tħossha bla saħħa. Ħasset żiffa ħelwa dieħla mit- tieqa kbira viċin is-sodda, tmellsilha wiċċha. Xtaqet tqum it u tittawwal lejn it-tieqa ħalli tara fejn kienet qiegħda eżatt. "Betta........" semgħet qisu leħen jidwi f 'widnejha. Waqfet tiċċaqlaq. Riedet tipprova. Tipprova tiakar. Leħen sod. Prominenti. Imbagħad dawret ħarsitha madwar il-kamra għall-ewwel darba lejn in-naħa l-oħra. Bdiet tifli l-għamara moderna ta' din il-kmajra mdaqqsa. Ma setgħetx tiakar. X'kien ġara eżatt? Hawn fejn kien jiġi eżatt? "Betta........." leħen ġentili. Maġenbha. U ħarset. Ratu bilqegħda. Eżatt fil-kantuniera tal-kamra. Fuq pultruna. Iħares lejha. Għajnejn kbar ċari. Dik id-daqxejn leħja ġinġrija madwar xuejh. Kien jidher inkwetat. "Int min int?" staqsietu Betta, tipprova tqum bilqegħda iżda donnha lanqas setgħet. Bdiet tħoss qisha kellha blata kbira sserraħ fuq sidirha, iżżommha msammra ma' sodditha. "Għandek bżonn tistrieħ," semgħetu jgħidilha, ma jaqlax għajnejh minn fuqha. U dak il-ħin, semgħet il-bieb tal-kamra jinfetaħ u jingħalaq. Daħlu. Żewġ tfajliet ħelwin, lebsin pulit, it-tnejn li huma b'wiċċ mhux familjari. Betta bdiet tħossha kważi tirtogħod. Bdiet tħossha tibża'. Dawn min kienu? U din....... din il-kamra, qatt ma kienet ratha qabel. Ħassitha tallarma ruħha, hekk kif indunat li donnu kollox kien ġdid għaliha. Anke dak il-ġuvni ħelu li kien hemm bilqegħda fuq il-pultruna, li kien għadu jħares lejha minn taħt. Waħda minnhom kienet b'xagħarha skur u lixx sa nofs daharha, u kellha wiċċha b'fattizzi sbieħ u delikati. L-oħra, għalkemm kienet irqaq minnha, kienet tidher kemmxejn goffa, kienet liebsa xi it żgarbat u f 'idejha kellha bukkett uri, li malli daħlet fil-kamra, bdiet ixxejru minn naħa għal oħra, donnu ma kienx jimpurtaha jekk kinitx ser twaqqalu l-petali kollha tal-uri ħomor kollha li kellu. "Betta, kif inti?" staqsietha dik ta' xagħarha iswed b'vuċi ħelwa, hekk kif it-tnejn li huma resqu lejha bilmod. "Ma nafx." Leħinha kien tkellem waħdu. Lanqas indunat li kienet fetħet ħalqha biex tweġibhom. "Issa tħossok aħjar tafx," weġbitha l-goffa. "Ġibnilek dawn." Il-uri. Għal mument, Betta ħasbitha li kienet ser titfagħhomlha, tant kemm resqithom lejha b'mod goff. Iżda mbagħad resqet bihom lura u poġġiethom fuq tavolin fil-qrib ta' sodditha. "Intom.............intom min intom?" staqsiethom Betta b'leħen dgħajjef. Dak il-ħin, rat għajnejhom iżebbġu b'mod kemmxejn stramb. Rat wiċċ l-ieħor, dak li kien hemm hemm wara jħares lejha hu wkoll bl-istess mod. Donnhom kollha kemm huma kienu qegħdin josservawha. Josservawha b'mod kurjuż. "Betta, aħna ħbieb tiegħek. Din Fiona," qaltilha l-goffa. "U jien Hazel." Għal mument, Betta kienet ser tinfaqa' tidħaq. Għax isimhom xejn ma kien jaqbel magħhom. Iżda mbagħad kienet ser tinfaqa' tibki għax indunat li ma kinitx għadha tiakarhom. U ndunat li ġisimha ma kienx iċċaqlaq minn fejn kien. Rasha biss. Xejn iktar. Il-biża' kienet qiegħda taħkimha. Aktar u aktar. Ġesu tiegħi, x'kien qed jiġri? U dak il-ħin, semgħet il-bieb ta' kamritha jerġa' jinfetaħ. Ittawwlet mara. Persuna oħra li hija lanqas biss kienet qiegħda tagħraf. "Mhix tagħrafna." Setgħet tismagħhom jitkellmu bejniethom. Qisha hi ma kinitx qiegħda tismagħhom! "Min inti?" staqsiet Betta lil dik il-mara li kienet daħlet l-aħħar waħda fil-kamra. "Ma jimpurtax..........." qaltilhom dik. Iż-żewġ tfajliet sellmulha u telqu 'l barra. Betta rathom iħarsu lejha b'mod imnikket minn ħdejn il-bieb, qabel semgħet il-bieb jinfetaħ u jingħalaq. Kienu telqu 'l hemm. "Qalbi, issa jgħaddilek ta. Toqgħodx tinkwieta," qaltilha dik. "Imma inti min inti?" Betta kienet qiegħda tibki. Id-dmugħ kien nieżel waħdu mingħajr ma kienet taf għalfejn. "Jiena ommok." Wiċċ din il-mara kien mimli tikmix. Xagħarha abjad silġ. Kienet xi it ħotbija wkoll. Imma din mhux ommha kienet! Lil ommha mhux hekk kienet tiakarha! Imma kienet tiakarha? Jew...........? U dak min kien? Kien għadu hemm fuq il-pultruna, iħares lejha mingħajr ma jitkellem. Mingħajr ma jagħmel l-ebda mossa. "Qalbi," qaltilha dik il-mara, tpoġġi fuq is-sodda ħdejha u tmellsilha wiċċha. "Kellek inċident it ikrah. Ilek it ġranet l-isptar. Issa ġejt lura d-dar u ser tibda t-triq għall-fejqan." Betta qabditilha idha bil-herra. "Imma kif ma nistax niakar............ma nistax!" kienet qiegħda tgħajjat. "Għax ħbatt it rasek u tli il-memorja," qaltilha ommha. "Issa tara kif kollox jibda ġej bilmod!" "U ġismi? Għalfejn ma nistax inqum? Għalfejn?" kienet qiegħda tgħidilha b'mod urġenti. Għal mument, xtaqet tqum f 'salt iżda kienet għadha debboli. Debboli ħafna. "Kellek inċident serju. Imma m'għandek xejn minsus. Il-memorja tiġi," qaltilha ommha b'leħen ġentili. "Għidli eżatt x'ġara! Irrid inkun naf!" għajtet Betta, bid-dmugħ nieżel minn ma' wiċċha. "Fuq it-tavolin hemm il-gazzetta. Meta tkun aħjar u tkun tista' tqum timxi, tkun tista' taqraha," weġbitha ommha. "Ħa mmur inġiblek it brodu. Issa li ġejt id-dar u bdejt tiġi f 'tiegħek!" U hekk għamlet. Ħarġet mill- kamra u it wara ġiet lura bil-brodu. Betta ħassitha f 'aptitha. Ommha kienet qajmitha it u poġġitilha l-kuxxini wara daharha. Malli telqet ommha, ħarset lejh. Kien għadu hemm. Iħares lejha. Sieket. U kalm. "Hawn int..........ejja it ħdejja!" sejħitlu Betta. Għal it qagħad hemm iħares lejha mingħajr ma jiċċaqlaq. Imbagħad għamel kif qaltlu, qam minn fuq il-pultruna u resaq lejha. "Int min int? Jew mhux ser tgħidli?" staqsietu. Kien gustus. U f 'dak il-preċiż mument, xtaqet li jgħidilha li kien l-għarus tagħha. "Ħabib tiegħek jien." "Ħbieb biss aħna?" staqsietu, kważi b'dispjaċir. "Iva." Imma kien qiegħed hawn. U la kien qiegħed hawn, kien jimpurtah minnha. U bdiet tkellmu. Qagħdu jitkellmu għal ħin twil. Imbagħad ħassitha tibda tongħos, in-ngħas jieħu kontoll ta' ġisimha kollu u raqdet. Kien dlam ċappa xħin reġgħet stenbħet. Għajnejha marru fuq il-pultruna. Rat is-silwett tiegħu tirrifletti mit-tieqa ta' barra u ħassitha titwennes. Kien għadu hawn. Avolja billejl. Tbissmet waħedha u reġgħet raqdet aktar għal qalbha. Kien jimpurtah. Kien għadu hawn. Imbagħad semgħet l-għasafar ipespsu qalb il-friegħi tas-siġar t'hemm barra. Ħasset ir- raġġi sħan tax-xemx bikrija tmissilha l-ġilda fina ta' wiċċha. Fetħet għajnejha. U ċċaqalqet it. Illum kienet aħjar! Aħjar mill-ġurnata ta' qabel! Setgħet tiċċaqlaq. Il-pultruna kienet vojta. Ma kienx għadu hemm. Għal mument, xtaqet mod ieħor. Bi tbatija kbira, għamlet l-almu tagħha u qamet bilmod mis-sodda. L-uġigħ kien għadu qed iweġġagħlha kull parti ta' ġisimha, imma rnexxielha tagħmel pass bilmod. U pass. U pass ieħor. Malli bdiet iżżomm mat-tavolin, idha messet il-gazzetta. "Meta tkun aħjar u tkun tista' tqum timxi, tkun tista' taqraha." Leħen ommha. Resqet lejn it-tavolin u dawwret il-gazzetta. Kien hemm ritratt tagħha fuq il-faċċata. U ieħor tiegħu. Dak. Dak li kien hemm fuq il-pultruna ħdejha! Dak li kien qagħad hawn! Bdiet taqra u żżomm il-gazzetta b'idha tirtogħod. Riedet tkun taf. Riedet tkun taf x'ġara. U akret. Ftakret kollox. Hekk, f 'tebqa t'għajn. Kienet qiegħda taqsam it-triq. Karozza. Kienet ġejja lejha. Tajritha. Jew le........... "David Pace.............eroj. Imut wara li jsalva lil Betta Borg Azzopardi minn xifer il-mewt!" bdiet taqra. Ma tajrithiex! Għax kien hemm hu! Kien hemm dak li kien qiegħed hawn! Kien salvaha minn inċident! Imma kif jista' jkun? Hu kien qiegħed hawn!

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 May 2020