Illum previous editions

ILLUM 24 May 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1250961

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 31

27 oroskopju illum • IL-ĦADD 24 TA' MEJJU 2020 Bidu ta' Żodjaku ta' Gemini Iż-Żodjaku ta' Gemini jibda mill-Ħamis 21 ta' Mejju. Dan iż-żodjaku meqjus bħala wieħed mill-akbar żodjaki. Dan il-kalendarju żodjaku jgħaqqad miegħu wkoll iż-żodjaku ta' Aquarius u żodjaku ta' Libra, li t-tlieta flimkien jaqgħu taħt l-element ta' Arja. Iż-Żodjaku ta' Gemini jista jitqies bħala i-Re ta' l-Oroskopju minħabba li jipprovdi ħafna kwalitajiet lill kull żodjaku. Is-Simbolu tiegħu ta' ''Żewg Tewmin'' jirrifletti ħafna interpretazzjonijiet, fosthom li ma ssibx irkaptu tagħhom, li kapaċi jikkonvinċu lill kulħadd, li kapaċi ilaħħqu ma' kull sitwazzjoni, li ma tistax tafdahom jew li huma kapaċi jbiddlu l-karattru tagħhom ma' kull sitwazzjoni li ż-żodjaku ta' Gemini kapaċi jiffaċja, mhux ta' b'xejn iż-żodjaku huwa meqjuż bħala l-aktar żodjaku b'saħħtu u ta' enerġija pożittiva. Hemm ħafna x'tikteb dwar dan iż-żodjaku ta' Gemini imma l-ispazju huwa limitat. Jekk trid aktar informazzjoni ibgħat Sms fuq 79495804 jew żur is-site tiegħi: www.pauljon13.com. Namaste Bidu ta' Żodjaku ta' Gemini Mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? 9901 3600 www.pauljon13.com facebook.com/pauljon13 Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Il-bidu ta' żodjaku ta' Gemini għalik Aquarius ser jagħmlek tagħti aktar kas ta' saħħtek, fejn l-aktar li tinħass li hemm il- bżonn li tagħmel dan huwa li tħejji skeda tajba ta' dieta. Barra dan trid tara kif ħa ssib ħin biżżejjed sabiex tibda forma ta' eżerċizzju li jkompli jagħtik stamina ideali. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Dati ideali għalik għal din il-ġimgha huma dawn: 25, 27, 29 u 30. L-istilla li ser taspirak ġejja minn Capricorn. Namaste Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Il-bidu ta' żodjaku ta' Gemini għalik Pisces ser jagħmlek tagħraf kemm trid temmen fik sabiex ma' taqtax qalbek minn dak li qed tesperjenza fil-preżent għax din is- sitwazzjoni ser tgħaddi fi it jiem oħra. Importanti tibqa' kawt u tkompli għaddej. Ħu din l-esperjenza bħala eżami. Irrifletti. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma dawn: 24, 26, 28 u 29. L-istilla li ser taspirak ġejja minn Virgo. Namaste Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April Il-bidu ta' żodjaku ta' Gemini għalik Aries ser jagħmlek tkompli tkabbar il-pottenzjal tiegħek fil-karriera tiegħek. Pero trid tara kif ħa żomm bilanċ għax ma tridx minħabba dan it-tkabbir ta' madwarek tiżbilanċja minn dak li int għandek madwarek. Ghalhekk għaraf sabiex iżomm bilanċ. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Dati ideali għalik għal din il-ġimgha huma dawn: 25, 26, 29 u 30. L-istilla li ser tispirak ġejja minn Scorpio. Namaste Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju Il-bidu ta' żodjaku ta' Ġemini għalik Taurus ser jagħmlek tagħraf li deċiżjoni li ħadt setgħet kienet xi it mgħaġġla u minn dak li qiegħed jiġri madwarek fil-preżent trid tagħraf kif ħa dawwar is-sitwazzjoni ħalli kemm jista' jkun ma jkunx hemm xi problemi aktar ikkomplikati li jistgħu jitfgħu aktar lilek f 'sitwazzjoni delikata. L-aktar jum ideali għalik għal din il- ġimgħa huwa l-Ħamis. Dati ideali għalik għal din il-gimgħa huma dawn: 26, 28, 29 u 30. L-istilla li ser taspirak ġejja minn Cancer. Namaste Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Il-bidu ta' żodjaku ta' Gemini għalik Gemini ser jagħmlek tieħu deċiżjoni dwar il-futur f 'dak il-pjan li hemm pendenti. Din trid tkun waħda ta' ħsieb profond, dan sabiex dak li bħalissa jidher ikkomplikat jaf ikun oppost. Int trid tibqa ffokat fuq dak li verament tixtieq. Irrefleti sew. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma dawn: 25, 27, 28 u 30. L-istilla li ser taspirak ġejja minn Sagittarius. Namaste Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Il-bidu ta' żodjaku ta' Gemini għalik Cancer ser ikun ħsieb dwar il-fiduċja li int għandek f 'kollega li int tafda b'għajnejk magħluqa, qed tinduna li jista' jkun mhiex dik il-persuna kredibli li int kont taħseb. Peress li int qiegħed f 'dubju, wettaq bħal eżami magħha u b'hekk int tagħraf. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgha. Dati ideali għalik għal din il- ġimgha huma dawn: 24, 25, 27 u 29. L-istilla li ser taspirak ġejja minn Pisces. Namaste Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru Il-bidu ta' żodjaku ta' Gemini għalik Virgo ser ipoġġik bejn żewġ sitwazzjonijiet li ser iġibuk bejn ħaltejn fejn ħa taqbad tmur. Int ser ikollok tara lil fejn ħa tiġbed l-aktar jekk mhux fil-karriera jew fl-imħabba li int għandek. Għalhekk għaraf sew dwar kif tista' toħloq bilanċ. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Dati ideali għalik għal din il-ġimgha huma dawn: 24, 25, 27 u 29. L-istilla li ser taspirak ġejja minn Aquarius. Namaste Libra mit-23 ta' Settembru sat-22 ta' Ottubru Il-bidu ta' żodjaku ta' Gemini għalik Libra f 'dan l-istadju ser jgħalmek lil min tista' tafda jew le, u jekk tafda sa kemm int tista' twassal li tafda, lill dak li jkun. Dan qiegħed iseħħ madawrek minħabba dak li int kont esperjenzajt fil-passat . Għalhekk irrifletti it dwar din ir-rejalta' li int fiha sabiex tagħraf iżjed. L-aktar jum ideali għalik għal din il- ġimgħa huwa t-Tlieta. Dati ideali għalik għal din il-ġimgha huma dawn: 24, 26, 29 u 30. L-istilla li ser taspirak ġejja minn Aries. Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal- 21 ta' Diċembru Il-bidu ta' żodjaku ta' Gemini għalik Sagittarius ser jagħmlek tara li l-ħajja ta' madawrek għandha triq li minn issa ser tkabbarlek il-madwar tiegħek. Il-ħajja tiegħek riesqa lejn aspirazzjoni li int tant ilek tħaddan. Wasal iż-żmien li int tisaħħaħ fil-karriera tiegħek. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Dati ideali għalik għal din il- ġimgħa huma dawn: 25, 27, 28 u 30. L-istilla li ser taspirak ġejja minn Libra. Namaste Scorpio mit-23 ta' Ottubru sat-21 ta' Novembru Il-bidu ta' żodjaku ta' Gemini għalik Scorpio ser jgħallmek kemm tavvanza u tissaħħaħ. Imma dan xi kultant jaf iġib miegħu aktar responsabilita' u din is-sitwazzjioni tista' tikkawża ċertu tensjoni. Għalhekk int trid tagħraf li ma jkunx hemm dan. Agħraf aqsam sew dak li issa dieħel għaliħ. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma dawn: 24, 26, 28 u 29. L-istilla li ser taspirak ġejja minn Leo. Namaste Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad- 19 ta' Jannar Il-bidu ta' żodjaku ta' Gemini għalik Capricorn ser jagħmlek tagħraf kemm qed tikkumbatti sabiex iżomm lura minn xi kumplikazzjonijet fil- karriera meta taf li issa għandek ħafna pjannijiet sbieħ ta' tkabbir, imma bħal qisek m'intix fiduċjuż biżżejjed. Taqtax qalbek, ħares il-quddiem u emmen fik innifsek. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. Dati ideali għalik għal din il- ġimgħa huma dawn: 26, 27, 29 u 30. L-istilla li ser taspirak ġejja minn Gemini. Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Il-bidu ta' żodjaku ta' Gemini għalik Leo ser jagħmlek tagħraf li l-ħajjja xi kultant mhux dejjem ħa tkun dejjem ward. Bħalissa għaddej minn fażi delikata ħafna li jekk ma toqodx attent taf tkun waħda aktar ikkomplikata. Għaraf li din hi fażi. Għalhekk emmen fik innifsek aktar sabiex tegħleb dan ma ddumx. L-aktar jum ideali għalik għal din il- ġimgħa huwa t-Tnejn. Dati ideali għalik għal din il-ġimgha huma dawn: 24, 26, 28 u 30. L-istilla li ser taspirak ġejja minn Taurus. Namaste

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 May 2020