Illum previous editions

ILLUM 24 May 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1250961

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 31

28 ambjent IL-ĦADD 24 TA' MEJJU 2020 • illum Il-basemap il-ġdida se sservi bħala t-tila li turi l-istorja tad-data ġeografika kollha Aħna nassoċjaw il-mapep ma' nies li jħobbu jistudjaw jew jgħallmu l-ġeografija. Imma r-realtà hija li l-mapep huma użati minn firxa wiesgħa ta' professjonijiet – uffiċjali militari, servizzi ta' emerġenza, servizzi relatati ma' konsenji, periti, gwidi turistiċi u ħafna iktar. Bil-mod kif evolviet it- teknoloġija diġitali, il-mapep saru wkoll parti integrali mill- ħajja tagħna ta' kuljum. Il-mapep mhumiex qegħdin hemm biex jagħtuna l-informazzjoni biss, iżda wkoll jgħinuna ninterpretaw dik id-data. Il-mapep qegħdin hemm biex jirrakkontaw stejjer interessanti u impenjattivi. Meta l-mapep jirrakkontaw l-istejjer, dawn jinbidlu f 'informazzjoni u f 'għarfien.. Iżda biex stejjer bħal dawn ikunu kkomunikati b'mod effettiv, jeħtieġ li jkun hemm dik li tissejjaħ basemap. Din hija saff b'informazzjoni ġeografika li sservi ta' pedament u tipprovdi kuntest għal saffi ta' mapep differenti biex jirrakkontaw l-istorja tagħhom. L-Awtorità tal-Ippjanar nediet basemap ġdida għall- Gżejjer Maltin li hija magħmula minn ritratti ortografiċi b'riżoluzzjoni għolja, bi preċiżjoni u ħila impekkabbli li tiġbor informazzjoni dettaljata. Il- basemap il-ġdida tirrifletti r-realtajiet tal-lum u se sservi bħala t-tila għall-volumi ta' data biex tgħid l-istorja tagħhom. Il-basemap hija waħda mill- prodotti ewlenin tal-proġett SIntegraM, proġett ta' 7 miljun ewro li kien parzjalment iffinanzjat mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali. L-Inġ. Stephen Ferrito, id- Direttur fl-Awtorità tal-Ippjanar għat-Teknoloġija Informatika, l-Immappjar, u s-Servizzi Diġitali, qal li "t-tnedija ta' din il-mappa ġdida hija parti oħra importanti tal-istampa ikbar li tħabbar era ġdida u eċċitanti għad-data ġeografika f 'Malta. Matul dawn l-aħħar it snin, l-Awtorità tal- Ippjanar flimkien mal-imsieħba tagħna ħdimna fuq l-iżvilupp tal- ewwel Infrastruttura Nazzjonali tal-Ispazju Nazzjonali ta' Malta, l-Istrateġija tal-Informazzjoni Ġeografika u l-iżvilupp tal- infrastruttura.Tletin sena wara li nħolqot l-ewwel basemap , il- basemap il-ġdida tagħna se sservi bħala t-tila li turi l-istorja tad-data ġeografika kollha li tiġi miġbura, immaniġġjata, analizzata u tkun tista' tintuża." Il-basemap bażika toffri informazzjoni ewlenija dwar l-art tal-Gżejjer Maltin bħal bini, spazji miuħa, u n-netwerk tat- toroq. Tikkonsisti wkoll minn 18-il saff u fiha aktar minn 50 klassifikazzjoni differenti. Fuq is-saff ta' bażi tal-basemap ġdida jistgħu jittellgħusaffi oħra tal-karatteristiċi ambjentali addizzjonali li huma sovrapposti. Dawn jipprovdu l-possibbiltà li jidentifikaw fdalijiet, irdumijiet, ħitan tas-sejjieħ, il-karatteristiċi tat-terren u jgħinu fit-teħid ta' deċiżjonijiet b'mod infurmat.Il- basemap Maltija tintuża ħafna għall-analiżi ambjentali, għall- ippjanar tal-iżvilupp, għall- ippjanar ta' toroq ġodda, għar- rotot tal-ambulanzi, rotot tal-linja u oħrajn. Il-basemap il-ġdida hija aċċessibbli mill-websajt tal- Awtorità tal-Ippjanar www. pa.org.mt permezz tal-link tal- Geoportal.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 May 2020