Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1253534
17 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 31 TA' MEJJU 2020 Fil-paġna letterarja ta' din il-ġimgħa, Kevin Saliba jiftaħ djalogu mat-traduttriċi u t-traduttologa Dr. Claudine Gauci rigward il-proċess tat-traduzzjoni letterarja u r-rwol tat-tradutturi. Fil-biċċa l-kbira Saliba jiffoka r-rimarki tiegħu fuq it-teoriji ta' Jacques Derrida u ta' Walter Benjamin billi qabelxejn jistaqsi jekk it-traduzzjoni hix attività letterarja impossibbli. Wara l-passi ta' dawn iż-żewġ ħassieba jidentifika wkoll rwol messajjiniku fil-ħidma tat-tradutturi li kapaċi jrodd milied ieħor mill-ġdid lit-test-sors. Dr. Claudine Gauci tapprezza qatigħ l-isfond teoretiku li jagħtuna dawn il-ħassieba, iżda mbagħad tisħaq bis-sħiħ li akkont it-traduzzjoni hija impriża fattibbli u possibbli filwaqt li tinsisti fuq il-ħtieġa li t-tradutturi jingħataw ferm aktar mertu u viżibbiltà. tant iqajjem kwistjonijiet u polemiċi li nistgħu ma nieqfu qatt. Fix-xogħol tiegħu La carte postale: De Socrate à Freud et au-delà Derrida jippreżenta etika traduttoloġika – bla dubju mnebbħa mid-diskors psikoanalitiku ta' Sigmund Freud – li qabelxejn tammetti l-falliment iżda mbagħad tistinka biex minn dan in-nuqqas toħloq trasformazzjoni funzjonali. Akkont, bħal Derrida ngħid għalija fit-teorija għandi ħabta nippreferi l-kelma "trasformazzjoni" minn "traduzzjoni". Taqbel miegħi? U xi ngħidu għal dan il-"falliment" tagħna t-tradutturi? Vallapena din il-ħidma stil Sisifu? Abbli Samuel Beckett kien jgħid iva, għax "falliment interessanti". Kif diġà sħaqt, nemmen illi t-traduzzjoni hija possibbli, fattibbli, mhux impossibbli. Lanqas ma naħseb li hija dejjem falliment: hemm xi każi ta' fallimenti imma hemm stejjer ta' suċċess ukoll. Hemm ukoll il-każ fejn it-tradutturi ifallu f 'xi partijiet mit-test, iżda mbagħad jirbħu jew jikkumpensaw f 'oħrajn. Naqbel, madankollu, li din hija dejjem trasformazzjoni – speċjalment it- traduzzjoni letterarja – u huwa proprju għalhekk li fit-tweġiba preċedenti insistejt fuq ir-rwol tat-traduttur għax huwa proprju t-traduttur illi jwettaq it-trasformazzjoni. Trasformazzjoni timplika bidla u t-traduzzjoni tinvolvi diversi bidliet: bidla fil-lingwa, bidla fl- awtur li jsir koawtur flimkien mal-kittieb tat-test-sors, bidla fl-ambjent soċjo- politiko-kulturali tat-test, u diversi bidliet oħrajn. Minkejja dan, nippreferi l-kelma "traduzzjoni" għax hija aktar speċifika. U iva, it-traduzzjoni hija vallapena: mingħajrha ħafna testi, għarfien u kulturi jibqgħu misturin u inaċċessibbli. Kemm Jacques Derrida u kemm Walter Benjamin, it-tnejn bil-mod tagħhom, jippreżentaw it-traduzzjoni – jew it- trasformazzjoni li sseħħ matul il-proċess traduttoloġiku – bħala l-ħajja-wara- l-mewt tat-test-sors. Fis-saġġ tiegħu The Task of the Translator Benjamin juża t-terminu "afterlife" mentri Derrida fil-kitbiet tiegħu dwar il-viżjoni traduttoloġika ta' Benjamin jissuġġerixxi t-terminu "sopravivenza", jew ferm aħjar, "il-ħajja-wara-l-ħajja". Ngħid għalija nippreferi nuża t-termini bħal "milied ieħor mill-ġdid". Fi ftit kliem – għax mill-ġdid inkella ma nispiċċaw qatt – fl-aħħar mill-aħħar it-tnejn donnhom jifhmu wkoll it-traduzzjoni bħala test illi jibqa' jiġġedded fi proċess bla hedu illi saħansitra, minnu nnifsu, iħaddan fih potenzjal messajjaniku. Ngħid għalija, meta nqis dana l-kunċett ta' "milied ieħor mill-ġdid" – flimkien mal-avvent messajjaniku tat-tradduttur adirittura – ma nistax ma naħsibx li għandu mnejn illi ċerti testi kapaċi jieħdu żvolta isbaħ huma u jgħaddu minn id għal oħra, minn ħajja għal oħra. Umberto Eco kien stqarr, pirkażu, illi t-traduzzjoni Ingliża ta' William Weaver tar-rumanz tiegħu Il Nome della Rosa hija "ferm aħjar" mir-rumanz innifsu. It-traduttologa Prof. Clare Vassallo – li fis-snin disgħin studjat taħt Eco fl-Università degli Studi di Bologna – m'ilux qaltli li forsi Eco ried sempliċement jgħaddi kumpliment għax ħwejjeġ bħal dawn ma jgħidhom ħadd. Ngħid għalija stqarrijiet bħal dawn ma jiskantawnix wisq. Temmen illi jista' jkun hemm milied letterarju isbaħ minn ta' qablu? It-tradutturi huma, l-ewwel u qabel kollox, qarreja – qarreja li jaqraw it- test-sors mill-qrib ħafna, fil-fond u mbagħad jinterpretawh, bl-influwenzi tiegħu kollha, kemm jekk ikunu konxji minnhom u kemm jekk le. Kull traduzzjoni hija interpretazzjoni tat- test-sors u għalhekk ebda traduzzjoni mhi l-istess. Éric-Emmanuel Schmitt, awtur kontemporanju Franċiż illi xogħlu nqaleb f 'bosta lingwi inkluż għall-Malti (Toni Aquilina qaleb Is-Sur Ibrahim u l-Fjuri fil-Koran u jiena Oscar u s-Sinjura r-Roża), fid-djarju li jakkumpanja l-ktieb Concerto à la mémoire d'un ange jikteb hekk:"Meta ktieb jitlesta, tibda ħajtu. Mil-lejla 'l quddiem, jien ma nibqax aktar l-awtur. Minn issa 'l quddiem l-awturi tiegħu jsiru l-qarrejja [...] Voltaire kien jgħid li l-aqwa kotba huma dawk nofshom miktuba mill-immaġinazzjoni tal-qarrej. Jien naqbel ma' din l-idea, imma f 'qiegħ qalbi dejjem ikolli aptit inżid: jekk il-qarrej għandu ħila [...] Kjarifika: ma niddejjaq xejn li l-qarrej ikollu aktar ħila minni. Anzi [...]" Din it-traduzzjoni tiegħi ta' dawn il- fehmiet ta' Schmitt tapplika wkoll għat- tradutturi – kemm għax it-tradutturi huma qarrejja u kemm għax kapaċi jagħtu ħajja oħra lill-ktieb permezz ta' lingwa oħra.