Illum previous editions

ILLUM 31 May 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1253534

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 27

IL-ĦADD 31 TA MEJJU 2020 • illum aħbarijiet 'Il-ħolma tagħna dejjem kienet li niżżewġu u nixtru post ... imma biex noħrorġu l-10% se nitkissru!' Permezz ta' inizjattivi t-tgħabija fuq min irid jixtri l-ewwel proprjetà naqset. Imma għad hemm sfida waħda u kbira, jiġifieri d-depożitu fuq dik il-proprjetà li bil- prezijiet kif inhuma jista' faċilment ivarja minn €15,000 sa €20,000. L-ILLUM tiltaqa' ... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM L-ewwel pass biex koppji u individwi jixtru l-ewwel proprjetà tagħhom baqgħet xi ħaġa iebsa anke jekk il-Gvern nieda matul dawn l-aħħar snin l-iskema tal-First Time Buyers u allura skema - li minnha ibbenifikaw eluf ta' nies - li permezz tagħha koppja jew individwu ma jħallsux it-taxxa fuq dik il-proprjetà li jkunu xtraw. Iżda għad hemm ukoll l-akbar sfida li għadha sal-lum qiegħda sservi ta' impediment biex eluf ta' nies ikollhom il- proprjetà tagħhom u dan huwa l-fatt illi qabel kollox u biex tibda jkollok saqaf fuq rasek jeħtieġ toħroġ 10% bħala depożitu. Dan ifisser li qabel biss jibdew ħafna nies, skont il-prezzijiet tal-lum, iridu joħorġu bejn €15,000 u €20,000, f 'depożitu għal proprjetà ta' daqs medju b'żewġ kmamar tas-sodod jew forsi (f 'xi lokalitajiet) tlieta. Dan fid-dawl tal-fatt illi skont l-aħħar ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-istatitika id- dħul bażiku medju f 'Malta sal-2018 kien ta' it inqas minn €19,000. Il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' tnejn minn nies li qed jippruvaw jagħmlu dan il-pass u staqsiethom dwar id-diffikultajiet tagħhom biex isiru sidien ta' djar, hekk kif f 'pajjiżna wkoll - minkejja li s-suq ġie regolat - il-kirjiet huma għoljin ħafna kkumparat mal-pagi. 'Qed naħdem u nistinka, imma kollu ta' xejn!' Waħda mill-persuni li tkellmu mal- ILLUM hija persuna single. Raġel, li għandu 24 sena, jaħdem bħala accounts clerk u jaqla' it iktar minn €17,000. Hu qal illi wara snin ta' studju, għamel l-ACCA u jixtieq li jagħmel il-pass li jsir sid ta' daru. "Naħdem full-time u minħabba li persuna waħdi, għax miniex f 'relazzjoni, qed insiba bi tqila biex infaddal l-10% biex nixtri proprjetà xejn speċjali – proprjetà bażika. Inġemma, kif nista' xi ħaġa fix- xahar – b'dak li jibqgħali mill-paga u jekk ma jinqala' xejn forsi jirnexxieli nasal ħafna snin oħra," sostna mal-ILLUM. Ifakkar ukoll iżda illi aktar kemm jgħaddu snin, iżjed jiżdiedu l-pagamenti fix-xahar biex iħallas lura lil bank is-self għaliex jonqos il-perjodu illi fih irid jitħallas lura l-istess self. "Allura nħossni studjajt, qed naħdem u nistinka u ma nasal qatt," jgħid b'xi it ta' qalb maqtugħa. Intant tkellmu wkoll ma' din il-gazzetta koppja, bir-raġel ta' 27 sena jaħdem f 'fabbrika u mara li taħdem LSE ta' 26 sena. Il-mara taqla' €17,500 fis-sena filwaqt li r-raġel jaqla' €13,445 biex b'kollox jaqilgħu it inqas minn €31,000 fis-sena. "Aħna nixtiequ niżżewġu, iżda fil-verità bil-paga tagħna lanqas dik ma nistgħu nagħmlu biex forsi jirnexxielna nixtru post," qalu lil din il-gazzetta. "Aħna l-ħolma tagħna dejjem kienet li niżżewġu imbagħad nidħlu l-post. Issa aħna t-tnejn naħdmu u nistinkaw imma biex ikollna biżejjed flus biex nixtru l-proprjetà imbagħad nimlewha rridu nġemmgħu l-paga kollha – li hija impossibbli. Sibna proprjetà 2 bedroom – €200,000 imma biex noħorġu l-10% se nissallbu," temmew isostnu mal-ILLUM. Intant f 'paġna 8 esperti fil-qasam tal- kiri jmeru dak li qal ma' din il-gazzetta Douglas Salt u jgħidu li mhu vera xejn illi sid ta' proprjetà jista' ma jaċċettax li jikri lil xi ħadd ibbażat fuq ir-reliġjon jew nazzjonalità.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 May 2020