Illum previous editions

ILLUM 31 May 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1253534

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 27

27 films illum • IL-ĦADD 31 TA' MEJJU 2020 Carmel Bonnici Il-Legat ta' Dracula (2) Sa it gimgħat qabel din in-novella ta' Dracula ġiet ippubblikata l-isem oriġinali kellu jkun e Un-Dead' L-isem oriġinali tal- Konti kien Count Wampyr, imma Stoker intriga ruhu bil-ktieb ta' William Wilkinson dwar karattru mill-folklor Rumen, Vlad e Impaler. Ta' min jgħid ukoll li meta hu kien impjegat fit-Teatru Lyceum, il-maniġer il-kbir attur ukoll, Henry Irving, kien ta ispirazzjoni għalih ukoll bil-mossi tiegħu u l-kapaċita' li jaħdem tal-viljakk. Pero', Irving qatt ma nterpreta lil Dracula fuq il-palk. Il-konti Vampir ta' Transylvania, maħluq minn Bram Stoker, deher fuq il-liżar taċ-ċinema f 'ħafna forom. Max Schrek interpretah fil-film mutu Germaniż tal-1923, Nosferatu. Is-suċċess kbir wasal fl-1931 meta Bela Lugosi xhedd il-mantell għall-ewwel darba għall-kumpanija Universal fi Dracula. Hu ma ħadimx fi Dracula's Daughter (1936), imma reġa' deher bħala wieħed mill-qraba ta' Dracula f 'Return Of e Vampire (1944) u kompla fil-parti tal-Konti fl-1948 fil-kummiedja Abbott & Costello Meet Frankenstein. Lon Chaney Jnr. ħadem f 'Son Of Dracula (1943); John Carradine ħa r-riedni f 'House Of Frankenstein u House Of Dracula (it-tnejn 1945); Francis Lederer daħal ghal dan l-irwol fl-1958 f 'e Return Of Dracula. F'dik l-istess sena, l-Kumpanija Ingliża Hammer Films reġgħet ħadmet ix-xogħol ta' Stoker, Dracula, din id-darba b'kuluri (l-ewwel darba) tassew sbieħ u jgħajtu, bl-attur Christopher Lee li sar famuż permezz ta' din il-parti. Lee, inġenwinament reġa' deher fi Dracula, Prince Of Darkness (1965), fi Dracula Has Risen From e Grave 1968) u s-sena ta' wara f 'Taste e Blood Of Dracula, kif ukoll f 'e Scars Of Dracula (1970) għall-istess kumpanija Hammer/ Universal. Aktar varjazzjoni ta' din it-tema bi Christopher Lee wkoll, kienu Dracula AD 1972 u e Satanic Rites Of Dracula. Wara l-oriġinal tal-kulur, Hammer ħadmu wkoll e Brides Of Dracula (1960) u Kiss Of e Vampire (1963) mhux bi Christopher Lee li kien għadu tal- fehma li ma jaħdimx aktar din il- parti. Fl-1970 Ingrid Pitt kienet Countess Dracula u fl-1972 ħareġ Vampire Circus. Fl-1967 dehret is-satira (mhux tal-Hammer) e Fearless Vampire Killers (li hawn Malta rajnieh bl-isem Dance Of e Vampires) fejn Ferdy Mayne kien Van Krolock, isem ieħor ghall- Konti. Jack Palance fl-1973 deher fi Dracula minn storja oriġinali ta' Dan Curtis, film għat-TV li f 'xi pajjiżi, nkluż Malta, deher fuq il- liżar il-kbir. Sadanittant, mill-Amerika wasal rival ieħor f 'Count Yorga Vampire (1970) u e Return Of Count Yorga (1971) bl-attur Robert Quarry, kif ukoll films bħal House Of Dark Shadows (1970) Scream Blacula Scream (1973) bl-attur iswed William Marshall. Kien ovvjament jidher li għalkemm il-Konti uffiċjament mejjet, mhux se jibqa' f 'din is- sura għal żmien twil. Imma ħadd ma kien ippreparat għan-numru ta' varjazzjonijiet ta' Dracula li bdew ħerġin lejn l-aħħar tas-snin sebgħin. F'dan iż-żmien, Hammer ma baqgħux jaħdmu films. Il- kapulavur ta' F. W. Murnau tal- 1923 reġa' nħadem mid-direttur metikoluż, Werner Herzog, Nosferatu e Vampyre (1979), film Germaniż li ħareġ ukoll bl- Ingliż. Klaus Kinski kien eċċellenti bħala l-Konti u l-Franċiża Isabelle Adjani ta' delikatezza fina kienet utilizzata mill-aqwa. Din id-darba kien ukoll bil-kulur u bil-kliem. George Hamilton deher fis-satira umoristika u senswali Love At First Bite (1979); Frank Langella ħadem tal-vampir fi Dracula (1979), b'Laurence Olivier ikun Van Helsing l-għadu feroċi tiegħu. Jidher li ma kienx hemm tmiem għal din is-serje l-għaliex il-produzzjoni ta' Francis Ford Coppola, Bram Stoker's Dracula bdiet ċiklu ieħor ta' produzzjonijiet enerġetiċi ta' films tal-vampiri. Din ir-rutina għaqdet iċ-ċirku fis-sena 2000 b'Shadow Of e Vampire, fejn William Dafoe ħadem il-parti ta' Max Schrek, bħala vampir ta' veru fi produzzjoni dwar kif inħadem il- pijunier klassiku Germaniż mutu. Il-Konti vampir jibqa' dejjem karattru popolari maċ-ċineasti li jħobbu l-films tal-biża' u għaldaqstant żgur li jibqgħu joħorġu xogħlijiet ċinematografiċi dwar dan l-infami li jerda' d-demm mill-għonq tat-tfajliet biex jgħix u li jinbidel f 'farfett il-lejl meta jidlam.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 May 2020