Illum previous editions

ILLUM 31 May 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1253534

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 27

12 intervista IL-ĦADD 31 TA' MEJJU 2020 • illum 'L-amministrazzjoni ta' Robert Abela titlef is-setgħa tagħha għall-prinċipji ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Dawn l-aħħar jiem reġgħet qamet diskussjoni dwar ir-riforma kostituzzjonali hekk kif il-Gvern bagħat il-proposti tiegħu lill-Kummissjoni ta' Venezja filwaqt li l-Partit Nazzjonalista ħareġ b'numri ta' proposti u tat is- sehem tagħha wkoll, anke permezz ta' kritika, l-għaqda Repubblika. Il-gazzetta ILLUM tiltaqa' mal-Ministru reponsabbli minn din ir-riforma - żvelata f 'seba' punti fuq din il-gazzetta nhar il-Ħadd 5 ta' April li għadda - Edward Zammit Lewis u tistaqsih fhiex waslu l-affarijiet kif ukoll għar-reazzjoni tiegħu għal diversi proposti li saru. Jiena l-Ministru illi qed nibda immexxi 'il quddiem riformi li ilhom biex isiru L-ILLUM tibda billi tistaqsih, hekk kif ma' din il-gazzetta kien qal li lest jiltaqa' u jiddiskuti ma' kulħadd, jekk ħadimx ma' Repubblika u l-Partit Nazzjonalista, kif ukoll dwar ir-reazzjoni għall-kritika li saret minn Repubblika. "Jiena nieħu gost li niġi kkritkat għax jiena l-Ministru illi f 'inqas minn erba' xhur qed nibda immexxi 'il quddiem riformi li ilhom biex isiru u ilhom jistennew għexieren ta' snin sħaħ," jibda jirrispondi Zammit Lewis. Hu jgħid li ħa konjizzjoni tal-pożizzjoni ta' kulħadd, iddiskuta ma' kulħadd imma eventwalment ried illi jiddeċiedi u jmexxi ir-riformi 'il quddiem. "Bnejt timeline li għaddejt lill- Kummissjoni Venezja, bgħattilha l-proposti tagħna u fil-fatt insistejt ukoll biex tiddiskuti l-proposti mal-PN u anke Repubblika." Zammit Lewis iżda ċċara li filwaqt illikl-kritika ma ddejqux, dejqitu it- tikketta ta' "superfiċjali" li Repubblika tat lill-proposti. Jgħid illi hu skatta proċess li issa irid isir u jfakkar illi fl-2008 Gvern Nazzjonalista kien ħoloq il-Kumissjoni Parlamentari għall-Avvanz tad-Demokrazija. Jistaqsi: "X'sar minnha? Ma saritx proposta waħda, xejn. Jiena rrid li dawn ir-riformi jsiru u determinat għax nemmen fihom." 'Il-President se jkollu poter li jaġġixi mingħajr parir tal-Kabinett ..' Repubblika qalet illi ma tistax tifhem għalfejn il-ħatra tal-Ġudikanti mhux se taqa' direttament taħt il-Judicial Appointments Committee u qalet ukoll li l-fatt li se jkun il-President tar- Repubblika li jagħti l-aħħar kelma - meta dan jieħu l-pariri mill-Kabinett, turi li hemm ċerta superfiċjalità. Zammit Lewis jibda billi jikkritika r-rapport ta' Rebubblika li, skontu, ma ħareġ b'ebda proposti. "Tini l-kontro proposti, mhux tikkritika biss. Għax ir-rapport huwa ta' xi ħadd bravu ħafna li qed ifittex id- dettalji żgħar.." Il-gazzetta twaqqfu u tfakkru illi fil- fatt, għandhom punt, għaliex il-prassi hija li l-President jiċċaqlaq skont il-pariri tal-Prim Ministru, mhux b'awtonomija. "Lanqas fuq il-President m'għandhomx raġun, le," qal il-Ministru għall-Ġustizzja li fakkar li jekk il-proposta tiġi milqugħa, għall-ewwel darba il-President tar- Repubblika se jkollu l-poter li jaġixxi mingħajr il-bżonn tal-pariri tal-Kabinett, kuntrarjament għall-prassi tal-lum. 'Dwar il-ħatra tal-President tiddeċiedi l-Konvenzjoni' U minn hemmhekk il-gazzetta tistqasi dwar l-irwol tal-President u kif dan se jkun iffurmat skont ir-riforma Kostituzzjonali. Apparti minn hekk l-ILLUM tistaqsi lil Zammit Lewis jekk jaqbilx mal-proposta tal-PN biex il-Presdent jinħatar biż-żewġ terzi tal-Parlament. "Jiena nitbissem," jibda Zammit Lewis. "Rajt il-proposti tal-PN u hemm minnnhom li ma ressaqniex, pero' m'għandi problema xejn niddiskutihom wara li jispiċċa dan il-proċess." Huwa qal li l-Gvern għandu interess sħiħ li jara illi l-Konvenzjoni Kostituzzjonali li jixtieq jibda l-Presdient tar-Repubblika issir u li fiha jkunu diskussi materji li jinkludu l-ħatra tal-President. "Minn jiena jien, biex niddeċiedi dwar kif tinħatar figura ta' għaqda bħall-President? Għalhekk għandna niddeċiedu fil-Konvenzjoni." Imma f 'botta għall-PN jgħid illi filwaqt li huwa sew li jsiru proposti, jisħaq in-nies li qed jagħmluhom kienu Ministri tal- Ġustizzja u tal-Intern fi żmien Gvernijiet Nazzjonalisti, "u m'għamlu xejn minn dan." "Li ressaqt jiena mhux perfett imma hija triq tajba 'il quddiem." 'Dan mhux proċess tal-avukati - imma proċess politiku' Il-PN qed jagħmel proposta wkoll biex iċ-Chairperson ta' entitajiet kostituzzjonali bħall-Awtorità tax-Xandir jiġu maħtura wara l-approvazzjoni ta' żewġ terzi tal-Parlament. Lilhinn minn x'għamel jew m'għamilx Gvern Nazzjonalista, per prinċipju ma jaqbilx il-Ministru li karigi bħal dawn jixirqilhom appoġġ aktar wiesa? Zammit Lewis jerġa jfakkar li anke hawn ma sar xejn minn Gvern Nazzjonalista qabel imbagħad ifakkar li sistema fejn il-poter huwa ċċentrat madwar il-Prim Ministru ma bdietx ilbieraħ f 'Malta imma hija sistema Anglo Sassona li ilha magħna snin. "Issa aħna qed ngħidu li dawn il-karigi ma jibqgħux fid-diskrezzjoni tal-PM biss imma jkunu deċiżi mill-Kabinett. Qalulna li l-Kabinett jagħmel dak li jgħidlu l-PM. Jiena ma nafx x'kienu jagħmlu, pero jiena dak li għandi ngħid, ngħidu fil-Kabinett anke jekk il-PM jibqa' primus inter pares" Huwa akkuża lil min kiteb ir-rapport ta' Repubblika illi ma jafx x'inhu jiġri fil- pajjiż u li ħares biss lejn l-ittra tal-liġi u mhux fuq kif qed titħaddem fil-prattika. Ifakkar illi Il-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku, għandha żewġ membri li huma direttament maħturin mill-Oppożizzjoni anke jekk il-liġi tgħid li suppost l-Oppożizzjoni tikkonsulta lill-Gvern. "L-istess il-Kummissjoni Elettorali. Apparti ċ-Chairman maħtur mill- Gvern għandek tnejn appuntati mill- Oppożizzjoni u t-tnejn l-oħra mill- Gvern, għalkemm de facto din mhix miktuba fil-liġi." Hu qal li min se jikkritika għandu jifhem li dan mhux proċess tal-avukati - Ir-riforma Kostituzzjonali - jew il-proposti dwarha - tinsab għand il- Kummissjoni Venezja. Minn hemmhekk jiskatta proċess ta' tibdiliet li wħud qed jarawhom kuraġġużi u oħrajn qed jarawhom superfiċjali. Il-gazzetta ILLUM tintervista lill-Ministru Edward Zammit Lewis dwar din ir-riforma ...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 May 2020