Illum previous editions

ILLUM 31 May 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1253534

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 27

11 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 31 TA' MEJJU 2020 It-tmexxija l-ġdida twaqqaf lil xi ħaddiema għax ma kinux qed imorru għax-xogħol ABBUŻI FIL-WASTESERV ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Numru ta' ħaddiema tal-Wasteserv li tkellmu mal-gazzetta ILLUM wrew l-għadab kbir tagħhom għas-sitwazzjoni ta' abbuż li ilha għaddejja fil-kumpanija minn numru żgħir ta' ħaddiema li huma jgħidu illi ma jista' għalihom ħadd, ħaddiema li kważi kollha kienu impjegati qabel inbidel il-Ministru, u allura fi żmien il-Ministru Josè Herrera. Jidher iżda illi dan l-abbuż mhux se jdum għaddej hekk kif it-tmexxija tal-kumpanija statali mistennija tinżel bil-qawwa kontra prattiċi ħżiena bil-possibilità ta' passi dixxiplinarji. Fil-fatt din il-gazzetta tinsab infurmata li tant kien gravi l-abbuż illi kien hemm uħud mill-ħaddiema li diġa' kellhom il-kuntratt itterminat hekk kif minn sena sħiħa lanqas biss kienu qed imorru - fi ġranet ekwivalenti - għal xahar xogħol. Il-gazzetta ILLUM tinsab infurmata li sa issa, din is- sena b'kollox twaqqfu tmien ħaddiema. Diversi sorsi fil-kumpanija u anke lilhinn minnnha allegaw prattiċi skandalużi bħal nies li jippanċjaw u jitilqu 'l barra jaħdmu fuq xi biċċa xogħol oħra privata, nies li ma jmorrux għax-xogħol, oħrajn jagħmlu l-qadi privat bil-vann tax-xogħol u oħrajn li jippanċjaw u jmorru jaħdmu fin-negozju tagħhom. "Lanqas inkun ilħaqt dħalt," jgħid wieħed minn dawk li kellmu lil din il-gazzetta, "jkunu diġa' ppanċjaw u telqu 'l barra. U x-xogħol l-ieħor jaqa' fuq il-ħaddiema l-oħrajn. Hekk sew? U ħadd ma jista' għalihom hawn, vera rrabjati! Agħar minn hekk jekk tgħid xi ħaġa, jgħidulek għax dak ikellem lill-Ministu (Herrera)." Sors mill-kumpanija u lilhinn kkonfermaw illi apparti nies li jippanċjaw u ma jmorrux għax-xogħol, uħud minn dawn jaħdmu f 'qasam - per eżempju il- manutenzjoni - u ma jafu kważi xejn li jirrikjedi dan ix-xogħol. 'Qisu xejn mhu xejn ... u aħna bil-GPS' L-ewwel sors qal li kollox qed jintefa' fuq ta' madwar dawn il-it ħaddiema li mhumiex jagħmlu xogħlhom u li dan mhuwiex ġust. "Dawn iddaħħlu hawn u kulħadd jibża' minnhom. Jagħmlu li jridu, qisu xejn mhu xejn - mit-Tnejn sal-Ħadd u aħna bil-GPS biex ikunu jafu fejn qegħdin, dan mhux sew." It-tieni sors żvela kif fl-aħħar jiem sar jaf li t-tmexxija l-ġdida tal-kumpanija, issa taħt it-tmexxija tal-eks Chrairman tal-Korporazzjoni tal-Ilma Richard Bilocca bagħtet email illi fiha qed tordna li ħaddiema illi ma jippanċjawx għal tliet darbiet wara xulxin, tittieħed azzjoni kontrihom. "Hawn iddaħħlu nies bl-addoċċ, hawn erba' minn nies jekk ilhom hawn tliet snin daqshekk ilhom ma jagħmlu xejn. Imma għandhom il- protezzjoni," jallega. Dan spjega kif fil-fatt fil- kumpanija ddaħħal Jermy J Camilleri li kien President ta' taqsima fil-GWU, bil- għan li jkun hemm aktar organizzazzjoni u dixxiplina. It-tielet sors qrib sew il-kumpanija reġa kkonferma dak kollu li qalu l-ewwel tnejn mal-gazzetta ILLUM 'Kull fejn ikun hemm nuqqasijiet jiġu indirizzati' Intant din il-gazzetta staqsiet lil Bilocca żewġ mistoqsijiet. L-ewwelnett: Kif qegħdin titrattaw u tippruvaw twaqqfu dan l-abbuż, anke jekk qed isir mill-it? Qed tagħmlu checks biex tkunu ċerti li kulħadd jinsab fuq il-lant tax- xogħol? U t-tieni mistoqsija kienet: Ġieli kellkhom każi ta' indħil politiku minn Ministru - mhux neċessarjment dak li taħtu hemm dekasteru tal-wasteserv bħalissa - dwar impjegati, kundizzjonijiet t a l - i m p j i e g jew inkella dwar proċessi dixxiplinarji fil- konfront ta' xi ħaddiem? Bilocca saħaq illi bħal kull każ ieħor, dettalji u lmenti minn ħaddiema - wħud minnhom li saru ma' din il-gazzetta - ġew riferuti lid-dipartiment ikkonċernat. "Nixtieq nassigura li bħala Wasteserv noperaw prattiċi ta' HR moderni, inkluż punching elettroniku u kull fejn ikun hemm nuqqasijiet jiġu indirizzati." Bilocca qal illi l-kumpanija hija determinata tkompli ttejjeb l-operat tagħha, kif fil-fatt jgħid li qegħda tagħmel. Intant dwar it-tieni mistoqsija Bilocca qal illi fit-tliet xhur li ilu jmexxi din il- kumpanija ma kien hemm fl-ebda ħin xi forma ta' indħil mill-Ministru Aaron Farrugia, li jiddiskrevih bħala "xprun biex is-servizz li tagħti l-Wasteserv jkompli jittejjeb fl-aħjar interess tal pajjiż." L-akkużi fil-fatt ta' dawk li tkellmu mal- ILLUM qatt ma kienu lejn il-Ministru u l-amministrazzjoni tal-lum. Mhux l-ewwel darba fl-għajn pubblika... Din mhix l-ewwel darba li l-operat ta' Herrera fir-rigward ta' ħaddiema fil- Wasteserv spiċċa fid-dawl pubbliku. Fil-fatt il-Kumitat Parlamentari tal- Kontijiet Pubbliċi kien ddiskuta għexieren ta' ħaddiema li ddaħħlu f 'din il-kumpanija fil-ġimgħat ta' qabel l-elezzjoni ġenerali tal- 2017. Kienet l-Oppożizzjoni li talbet illi sir din l-investigazzjoni u li allegat illi dawn il-ħaddiema ddaħħlu f 'eżerċizzju ta' kaċċa għall-voti. Minn naħa tiegħu l-Gvern kien qal li dawn in-nies kienu ddaħħlu għax kien hemm bżonn u allega illi l-PN kien ipprova jagħmel l-istess billi għadda ismijiet ta' xi nies biex jaħdmu f 'din l-entità. Din l-akkuża ġiet irriutata mill-Oppożizzjoni. Herrera kien qal illi l-pressjoni mill- kostitwenti u allura prattiċi korroti biex jiddaħlu nies jaħdmu mal-Gvern qegħdin fuq kull politiku. Mistoqsi mid-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi matul l-istess Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi jekk l-ingaġġ ta' għexieren ta' ħaddiema qabel l-elezzjoni jikkostitwixxux 'prattiċi korrotti' Herrera kien qal illi l-kostitwenti kollha jmorru għand il-politiku meta jkollhom bżonn l-għajnuna. Hu qal li m'hemm xejn ħażin billi jsiru rakkomandazzjonijiet għalkemm iċċara li hu qatt ma ta ordni biex jiġu ngaġġati nies ma' din il-kumpanija u qal ukoll li qatt ma ndaħal fil-mod kif ħaddiema jiġu impjegati mal-Wasteserv. Id-diskussjoni dwar ħaddiema tal- Wasteserv ġit diskussa wkoll waqt PAC Sorsi li tkellmu mal-ILLUM iwaħħlu f 'nies li ddaħħlu fi żmien Josè Herrera

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 May 2020