Illum previous editions

ILLUM 31 May 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1253534

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 27

26 IL-ĦADD 31 TA' MEJJU 2020 • illum TVM THURSDAY 6:30PM Il-kumpanija Communiqué b'kampanja kontra l-vjolenza domestika Bħala parti mill-programm ta' responsabbiltà soċjali korporattiva tagħha, il- kumpanija tal-marketing Communiqué dan l-aħħar ħadmet id f 'id mal-Kummissjoni għall-Vjolenza Abbażi tal- Ġeneru u l-Vjolenza Domestika biex nediet kampanja bil-għan li tindirizza l-vjolenza domestika. Il-kunċett tal- messaġġ ewlieni huwa magħmul bi sfond sempliċi, tipa mdaqqsa u kliem mill-anqas, u b'messaġġ b'saħħtu u dirett. Id-direttur maniġerjali tal- kumpanija Communiqué, Bernice Micallef stqarret li fl-aħħar ġimgħat, minħabba iċ-ċirkostanzi li ninsabu fihom, u għalhekk qed inqattgħu aktar ħin id-dar mis-soltu, dawn ir-realtajiet ta' vjolenza domestika mhux talli baqgħu jippersistu, talli ħraxu. Permezz ta' għadd ta' posters li twaħħlu fuq diversi "Bus Stops" madwar Malta, il-kampanja għamet mezz li tgħarraf lill- pubbliku biex f 'każ ta' bżonn ma joqgħodx lura milli jċempel fuq il-helpline 179. Hija żiedet li bis-saħħa ta' diversi ġurnali u portals tal- aħbarijiet fosthom illum.com.mt, il-kampanja setgħet tilħaq aktar persuni bit-tama li l-messaġġ tagħha jasal għand firxa wiesgha ta'nies. Is-Sinjura Bernice Micallef qalet li l-kampanja tinkludi messaġġi b'għadd ta' lingwi barranin fosthom bit-Taljan, bil- Franċiż, bil-Ġermaniż, bis-Serb u bil-Filippin hekk kif meta tat daqqa t'id f 'kampanja oħra mtella' mill-Kummissjoni għall-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika flimkien mal-Unjoni Ewropea bl-isem ta' 'Breaking the Cycle of Violence', innutat li fost il-persuni li sfaw milquta minn kull xorta ta' vjolenza domestika fostna kien hemm għadd ta' persuni ta' nazzjonalità barranija. L-iskop tal-kampanja huwa biex iħħeġġet 'il-pubbliku biex jirrikorri għall-għajnuna f 'każ ta' bżonn u jċemplu il-helpline 179.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 May 2020