Illum previous editions

ILLUM 31 May 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1253534

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 27

25 ambjent illum • IIL-ĦADD 31 TA' MEJJU 2020 dar." L-evoluzzjoni tat-teleworking fl-Awtorità segwiet il-passi tal- ispinta, li kienet ilha għaddejja mill-2007, biex il-proċessi kollha jkunu paperless, kemm jista' jkun. "Dakinhar ridna nagħmlu dokumentazzjoni u proċessi faċilment disponibbli għall- Periti u l-pubbliku", is-Sur Cassar ifakkar. "Fl-2010 konna diġà bdejna ntejbu l-eApps li huwa l-pjattaforma li fuqha l-periti jissottomettu u jaċċessaw id- dokumentazzjoni elettronikament – b'hekk ġie faċilitat l-ipproċessar diġitali tal-applikazzjonijiet tal- ippjanar u l-iżvilupp. Mingħajr investiment fis-sistemi tal-ICT u s-sigurtà tad-data, kif ukoll is-snin ta' xogħol fuq il-bażi tas- sistemi, ma konniex nkunu kapaċi naddattaw ruħna biex naħdmu mingħajr ħafna xkiel matul din il- pandemija." "Meta l-COVID-19 wasal Malta diġà kellna t-teknoloġija meħtieġa biex xi impjegati jaħdmu mid- dar u biex l-applikazzjonijiet jiġu pproċessati b'mod diġitali, iżda issa l-iskala hija differenti ħafna", tispjega Mariela Dobreva, li tmexxi l-ICT Unit. "Nofs Marzu kien żmien ta' bidla kbira għalina. Nhar il-Ħamis, 12 ta' Marzu, kellna biss 150 ħaddiem jaħdmu mid-dar - u kien hawn meta Malta ndunat li kienet qed taffaċċja kriżi. Sat-Tnejn ta' wara, aħna lħaqna qassamna laptops ġodda, xtrajna server ġdid, kif ukoll akkwistajna liċenzji tas-soware rilevanti, u ppreparajna b'suċċess 230 impjegat ieħor biex jaħdmu mid-dar." "Din kienet storja inkredibbli ta' ħidma f 'tim," iżid l-Inġ. Ferrito. "Kienet l-inizjattiva tat- tim tal-ICT tagħna li ħriġna biss soluzzjonijiet, l-aktar bl-użu ta' għodod diġà disponibbli għalina, u wettaqnihom fi it jiem. Li kieku ma kinux għall-għarfien, il- ħiliet u l-ħsieb tagħhom, ma kienx jirnexxilna. It-tranżizzjoni kienet żmien ta' tagħlim, aġġustament u soluzzjoni ta' problemi hekk kif l-impjegati draw rutini differenti u tagħmir teknoloġiku ġodda." Imbagħad waslet id-deċiżjoni tal-Awtorità li, flok ma jieqfu, is- sessjonijiet tal-Bord tal-Ippjanar, tal-Kummissjonijiet tal-Ippjanar u tal-Kunsill Eżekuttiv isiru online wkoll, b'mod diġitali. Mill- perspettiva tal-pubbliku, din kien kienet bidla kbira. Minflok ma jiltaqgħu fiżikament biex jiddeċiedu l-applikazzjonijiet ta' żvilupp, il-membri issa jiltaqgħu online u l-pubbliku jista' jingħaqad ukoll online. B'dan, l-Awtorità żammet l-aċċessibilità għal dawn il-laqgħat u b'hekk assigurat it-trasparenza madwar id-deliberazzjonijiet u d-deċiżjonijiet li hija xhieda tal- aċċessibilità tagħha. Skont is-Sur Cassar, "Dan kien ikun impossibbli kieku ma kienx għall-insistenza tal- Awtorità li s-sistemi tagħha jiġu pprogrammati minn tim tagħha stess, flok minn servizzi esterni." "Ħafna drabi tasalli l-mistoqsija dwar il-benefiċċji tanġibbli li tinvesti fl-ICT," tkompli Mariela Dobreva."Xi kultant tali investiment huwa meqjus bħala flus f 'assigurazzjoni li mhux qed tuża, iżda, fl-aħħar mill-aħħar, tasal biex tiffranka. Fl-Awtorità, ma konniex qed nippreparaw għax konna nafu li l-COVID-19 kienet ġejja; konna ppreparati għax investejna f 'settur li jsaħħaħ il-qalba tal-ħidma tagħna." "Kien it-tim robust tagħna ta' programmaturi u esperti tal- hardware li ppermettielna naġixxu daqshekk malajr," itenni l-Inġ. Ferrito. "Minħabba dan, fil-biċċa l-kbira, ix-xogħol tal-Awtorità ma xxekkilx, u qegħdin naraw bidla inkoraġġanti u progressiva." "Mingħajr il-bżonn li l-periti, l-applikanti u l-impjegati tal- Awtorità jeħlu fit-traffiku biex jaslu sal-uffiċini tal-Awtorità, kulħadd qed jiffranka minn dik ir-riżorsa prezzjuża: il-ħin. U dan mingħajr ma nsemmu l-impatt ambjentali pożittiv. Naturalment is-sistema mhijiex mingħajr il-problemi tagħha, bħal kwistjonijiet tekniċi okkażjonali, iżda l-alternattiva li nwaqqfu l-operat tal-Awtorità żgur li ma kinitx għażla." Il-pandemija wriet li tat spinta għat-trasformazzjoni diġitali fuq il-postijiet tax-xogħol. Il- mistoqsija hi: l-ispinta biex naqilbu "diġitali" se tkun sospiża meta l-emerġenza tgħaddi? Filwaqt li għadu kmieni għall- Awtorità biex tistabbilixxi x'inhi d-dehra l-ġdida ta' "operat normali", l-Inġ. Ferrito jafferma li saru tibdiliet li wieħed għandu jitgħallem minnhom. "Matul din il-pandemija, l-Awtorità kompliet b'suċċess l-operat primarju tagħha. Iżda li taħdem kompletament mill- bogħod għal tul ta' żmien mhuwiex sostenibbli. Madankollu, irċivejna rispons pożittiv qawwi rigward l-andament tas-sessjonijiet online tal-Bord, tal-Kummissjonijiet u tal-Kunsill Eżekuttiv – b'mod partikolari mill-periti. Allura, ma nara l-ebda raġuni għaliex ma nistgħux niżviluppaw sistema ibrida." "Fl-Awtorità, il-viżjoni ta' teknoloġija tagħna sa mill- 2007 kienet li nadottaw l-aħħar teknoloġija biex inżidu l-effiċjenza u nagħtu servizz aħjar lill-klijenti tagħna. Issa, permezz tal-laqgħat online u s-sistemi elettroniċi, aħna qed insiru dejjem aktar aċċessibbli għall-partijiet interessati kollha. L-iktar ħaġa importanti hi li l-investimenti fl-ICT jagħmilna aktar trasparenti għall-pubbliku - u dan żgur hu aspett li se jkompli jitjieb", jikkonkludi l-Inġ. Ferrito. Għal aktar informazzjoni dwar is-servizzi u l-inizjattivi tal-Awtorità tista' żżur www. pa.org.mt "Fl-Awtorità, il-viżjoni ta' teknoloġija tagħna sa mill-2007 kienet li nadottaw l-aħħar teknoloġija biex inżidu l-effiċjenza u nagħtu servizz aħjar lill-klijenti tagħna. Issa, permezz tal-laqgħat online u s-sistemi elettroniċi, aħna qed insiru dejjem aktar aċċessibbli għall-partijiet interessati kollha"

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 May 2020