Illum previous editions

ILLUM 31 May 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1253534

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 27

13 intervista illum • IL-ĦADD 31 TA' MEJJU 2020 Abela hija l-ewwel waħda li lesta għall-prinċipji tal-governanza' imma proċess politiku mibni fuq ir-realtà madwarna. 'Ħatra storika' Isemmi l-ħatra tal-Prim Imħallef Mark Chetcuti u jispjega kif f 'ħidma "storika" kien hemm qbil bejn iż-żewġ partiti dwar din il-ħatra. Il-gazzetta ILLUM tistaqsieh x'inhuma l-proposti tal-Gvern dwar dixxiplina u tneħħija tal-Ġudikatura, waħda mis-seba' riformi mħabbra mill-istess Gvern. Huwa jibda billi jfakkar illi d-dixxiplina taqa' taħt il-Kummissjoni għll- Amministrazzjoni tal-Ġustizzja, li jgħid illi l-Gvern iżomm kemm jista' 'l bogħod biex din topera b'mod awtonomu. Dwar it-tneħħija tal-Ġudikatura huwa qal illi dak li se tipproponi l-Kummissjoni ta' Venezja hu se jkun qed jattwah. "L-amministrazzjoni ta' Robert Abela hija l-ewwel waħda li lesta titlef is-setgħa tagħha għall-prinċipji tal-governanza u saltna tad-dritt b'saħħitha," sostna Zammit Lewis. SLAPP: Id-deċiżjoni għandha tkunn waħda fuq bażi Ewropea Indawwru ftit l-attenzjoni fuq l-ISLAPP u tenattivi mill-Partit Nazzjonalista u anke Repubblika - kif ukoll fid-dawl ta' diversi Djar tal-Midja li jaqblu - illi jkun hemm leġiżlazzjoni kontra din il-prattika. Din il-prattika hija meta xi ħadd jiftaħlek libell f 'ġurisdizzjoni 'il bogħod, biex dak il-libell prattikament tant ikun sewa' flus li jfalli lil dik id-Dar tal-Aħbarijiet. SLAPP simili kien sar mill-Bank Pilatus fuq Daphne Caruana Galizia illi fih dan kien qed jitlob kumpens ta' $40 miljun f 'każ miftuħ fl-Istati Uniti. Filwaqt li Zammit Lewis jgħid illi hu jaqbel mal-prinċipju - u allura li l-ġurnalisti għandhom ikunu protetti minn thedid, anke finanzjarju - huwa fakkar illi kien dan il-Gvern li neħħa l-libell kriminali filwaqt li saħħaħ il-liġi li tkopri lill-istampa. "Taf kemm kienu ilhom jgħidu li se jneħħu l-libell kriminali? Aħna neħħejnieh," jisħaq il-Ministru. Huwa qal li l-ISLAPP hija marbuta ma' regoli u konvenzjonijiet Ewropej u li Malta waħedha ma tistax timponi fuq ġurisdizzjoni barranija. "Is-soluzzjoni hija waħda fuq bażi Ewropea għax dik il-liġi se topera f 'qafas Ewropew. Għalhekk ejja nidiskutu u nikkonvinċu, pero' s-soluzzjoni trid tkun fuq bażi Ewropea." L-ILLUM titsqsieh dwar l-Ombudsman u dak li qed jipproponi dwar dan l-uffiċċju. Huwa jgħid li l-Gvern qed jipproponi li dan jingħata status Kostituzzjonali u li r-rapporti u l-pariri tiegħu jiġu diskussi fil-Parlament biex ikunu ssottolinejati in- nuqqasijiet li qed isemmi hu. 'L-attitudni ta' Repubblika hija ħażina' Finalment il-gazzetta ILLUM tistaqsi lill-Ministru dwar ir-rikonċiljazzjoni. F'kummenti lil din il-gazzetta dwar ir- riformi f 'April huwa kien għamel aċċenn għar-rikonċiljazzjoni. Imma wasalna għaliha, speċjalment ma' Repubblika? "Jien ltqajt ma' ħafna għaqdiet - inkluż ma' Repubblika. Id-diskussjoni kienet ċivili. Ma naqbilx iżda mal-attitudni, li tgħid ċerti affarijiet fuq pajjiżek iddejjaqni ħafna." Huwa qal li ma jistax jifhem għalfejn Repubblika bħal donnha qed tiddejjaq li l-Gvern qed jgħid li jrid jasal fi qbil mal-Oppożizzjoni. Zammit Lewis temm l-intervista jgħid li hu miftuħ għall-kritika għalkemm dejjem qed jistenna li jingħataw il-kontro proposti. Minn jiena jien, biex niddeċiedi dwar kif tinħatar figura ta' għaqda bħall- President? Għalhekk għandna niddeċiedu fil-Konvenzjoni

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 May 2020