Illum previous editions

ILLUM 31 May 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1253534

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 27

IL-ĦADD 31 TA' MEJJU 2020 • illum 54 parroċċa f 'Malta qed joffru għajnuna lill-istudenti li ser ikunu qed jagħmlu l-eżamijiet online fil- ġranet li ġejjin, billi joffru spazji fejn l-istudenti jkunu jistgħu jagħmlu l-eżami. Numru ta' kappillani qed joffru wkoll lill-istudenti s-servizz ta' Wi-Fi li għandhom fil-bini tal- parroċċa. L-ispazji offruti jinkludu uffiċċji, ċentri parrokkjali u klassijiet tad-duttrina. Din l-inizjattiva mill-kappillani għandha tgħin lill-istudenti li minħabba diversi ċirkustanzi fid-dar jew fil-familja ma jkunx possibbli għalihom li joqogħdu għall-eżami f 'post għall-kwiet. Dan peress li l-istituzzjonijiet edukattivi f 'pajjiżna jinsabu magħluqin minħabba l-imxija tal-coronavirus. Dawk l-istudenti li jixtiequ jagħmlu użu minn dan is-servizz għandhom jikkuntattjaw il-kappillan tal- parroċċa tagħhom jew jibagħtu email fusegretarjat.parrocci@maltadiocese. org. Il-kulleġġ tal-kappillani tal- Arċidjoċesi ta' Malta jawgura lill- istudenti kull suċċess u joffri wkoll talb għalihom għal dawn l-eżamijiet. 54 paroċċa b'għajnuna lill-istudenti li se jagħmlu l-eżamijiet billi joffru spazji fejn jista' jsir l-eżami Proġett ta' turiżmu reliġjuż fil-Qrendi Il-Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur vara proġett fil-Qrendi bħala parti minn rotta ġdida ta' turiżmu reliġjuz. It- tlestija tar-restawr fuq tliet statwi fil-Qrendi li huma tar-ruħ, ta' Santa Marija u ta' Lourdes, bl-istatwa ta' Santa Marija bi storja li tmur lura għal kważi 400 sena. Ix-xogħol kollu sar mill-Awtorità Maltija għat- Turiżmu. F'konferenza tal-aħbarijiet minn quddiem ix-xena pittoreska tal-Maqluba fil-Qrendi stess, il-Min- istru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli qalet li dan ir-raħal kull se- na jżuruh aktar minn 200,000 tu- rist minħabba l-wirt storiku li joffri bit-tempji ta' Ħaġar Qim u l-Imna- jdra. Qalet li t-turiżmu reliġjuż huwa wieħed mill-pilastri li qed inħarsu lejh mill-aspett lokali imma wkoll internazzjonali. Spjegat li b'dan il- proġett pilota raħal bħall-Qrendi, li huwa mogħni bl-istorja, bit-tradiz- zjoni u bir-reliġjon, inkunu nist- għu noffru produtt turistiku aħjar lil dawk li jżuruh. Il-ministru rrin- grazzjat lill-Kunsill Lokali tal-Qren- di għall-kontribut tagħhom f'dan il-proġett kif ukoll lill-Amministra- tur tal-Parroċċa Rev Fr. Mario Said u liż-żewġ soċjetajiet mużikali fir- raħal. Id-Direttur dwar l-Iżvilupp tal-Prodott fl-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, Kevin Fsadni, żied li dan l-investiment fil-wirt storiku lokali huwa turija tal-importanza li l-Awtorità qed tagħti fil-prodott, speċjalment dak fil-villaġġi ż-żgħar u stupendi tagħna. Qal li dan ma jkunx possibbli mingħajr l-involvi- ment tal-organizzazzjonijiet lokali u tal-appoġġ kontinwu tal-Ministeru. Is-Sindku tal-Qrendi David Schembri rringrazzja lill-Ministeru u lill-Awtorità tat-Turiżmu li permezz ta' dan il-proġett qed ikun hemm għarfien dwar il-kultura ta' din il- lokalità. Temm jgħid li proġetti bħal dawn huma essenzjali għar-residenti tal-lokal imma wkoll għat-turisti li jżuru l-Qrendi.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 May 2020