Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1253534
15 ambjent illum • IL-ĦADD 31 TA' MEJJU 2020 Il-Biedja ILLUM: Il-Ħarifa Wara waqfa l-Ħadd li għadda llum inkomplu nagħtu ħarsa lejn il-biedja u l-prodott lokali fil-Ħarifa. Dan is-serje ta' artikli huma miktubin minn Jonathan Sacco - Amministratur tal-Grupp fuq Facebook intitolat 'Dilettanti tal-Agrikoltura, Siġar u Pjanti' Wara s-sħana tas-Sajf nibdew nistennew l-ewwel xita u li l-arja tiffriska. Bħala frott ikun baqa' l-prun x'jinqata'. Nibdew naraw l-għelieqi jieħdu l-kulur ħadrani bil-mod il-mod. Fl- istess ħin il-ħajja terġa' tibda ċ-ċiklu tagħha. Għal dan iż-żmien nibdew naħsbu biex induru l-qaqoċċ mill-friegħi mejtin, biex f 'Ottubru jerġa jibda jtella. Ovvjament il-weraq jista' jsir kompost ġo xi kantuniera f 'xi ġnien/għalqa. Nibdew inħawwlu xi xitel tal- brokkoli, ġdur ,kaboċċi, pastard, ħass u brussels sprouts. Dawn il-prodotti flimkien ma' spinaċi u selq ikunu jistgħu jitkabbru wkoll miż-żerriegħa. Iż-żerriegħa trid tinfirex u ftakru li l-ispazju ta' meta tħawlu/tiżirgħu jrid ikun pjanat għal meta l-pjanta tikber- ħafna pjanti jkunu jridu minn pied sa pied u nofs kwadru biex jikbru. Ħafna nies bħalissa jħobbu jiżirgħu mixtla t a l - i n s a l a t a - din tkun daqxejn kbira u kapaċi toffri abbundanza ta' weraq għal tul ta' żmien tajjeb. F'dan iż-żmien nibdew niżirgħu l-patata biex mbagħad tinqala' fir-rebbiegħa u niżirgħu l-qamħ, ċerejali u magħlef ieħor li wkoll jinħasdu fl-istaġun tar-rebbiegħa. Ix-xogħol fis-serer u taħt it- 'tunnels' tal-plastik ikun miexi ġmielu wkoll u jibdew jitħawwlu t-tadam u l-frawli fis-serer jew f ' 'tunnels' ħalli l-pjanti jikbru f 'ambjent aktar sħun minn barra u allura jkunu jistgħu jikbru aħjar. Jibda wkoll jinqata' u jingħasar iż-żebbug sabiex nipproduċu ż-żejt taż-żebbuġa- element importanti ħafna fid-dieta Mediterranja. It-tisqija fejn ikun hemm bżonn, l-għoti tal-fertilizzanti u l-protezzjoni tal-pjanti minn mard u nsetti qerrieda jibqgħu għaddejin. Ħlejjaq li bħalissa jikkawżaw ħafna problemi huma l-bebbux u l-bugħarwien. Dawn ikunu bdew joħorġu minn qoxorthom wara sajf reqdin u l-ewwel li jkunu jridu jagħmlu hu li jieklu biex iġibu lura s-saħħa mitlufa tul is-sajf, u allura kull pjanta ħadra kapaċi tittiekel minn dawn l-organiżmi u tisfaxxa fix-xejn. Problema sekondarja li hija kkawżata mill-bebbux huwa li jinħattu ħitan tas-sejjieħ min- nies irresponsabli waqt li jkunu jiġbru il bebbux għall-ikel. Bħal dan iż-żmien jekk il- ħamrija tkun imxarrba, dejjem noqgħodu lura milli nidħlu ngħaffġu għax nispiċċaw nagħmlu iktar ħsara milli ġid. Dan jiġri għax inballtu l-art (compaction) u noqorsuwha (degradation). Dan iġiegħel l-art tibbies u tkun diffiċli tinħadem. Bħal dan iż-żmien wara l-ewwel xita jkun jagħmel sens taħrat il-wiċċ tal-art ħalli trewwaħ l-għalqa u tnaqqas ftit mill- ħaxix selvaġġ. Min ikollu xi bir jew ġiebja jagħmel sew inaddaf il-gandotti minn fejn jigbor l-ilma, ftakru li kull qatra tgħodd u x-xita kull sena tonqos qiegħda. F'dan iż-żmien naqtgħu l-kromb (pastard, kaboċċi, ġdur, eċċ.), ir-rummien, l-ewwel ftit frawli u prodotti oħra minn taħt is-serra jew 'tunnel' u jibda wkoll l-istaġun taċ-ċitru fost affarijiet oħra.