Illum previous editions

ILLUM 28 June 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1264346

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 27

IL-ĦADD 28 TA' ĠUNJU 2020 • illum opinjoni Ix-xahar ta' Ġunju u x-xhur tas-sajf saru sinonimi ma' kalendarju mimli b'parati u avvenimenti tal-'Pride' (kburija) mad-dinja kollha, li jindirizzaw il- preġudizzju u l-kwistjonijiet li huma importanti għall-komunità LGBTI+. Dawn il-manifestazzjonijiet pubbliċi jikkundannaw id-diskriminazzjoni u l-inugwaljanza u joffru lill-komunitajiet l-opportunità li jingħaqdu u jirriflettu flimkien. Din is-sena, il-pandemija tal- COVID-19 biddlet dan kollu. L-avvenimenti tal-'Pride' se jsiru online jew ġew imħassra iżda xorta waħda baqa' l-bżonn tal-ispirtu ta' solidarjetà, inklużjoni u aċċettazzjoni tagħhom. Dan kollu jaħbat fiż-żmien meta rridu nintensifikaw il-ġlieda għall-ugwaljanza. Dan għaliex il-pandemija saħħet vulnerabilitajiet sistemiċi preċedenti u possibbilment se jkollha konsegwenzi kemm soċjali kif ukoll ekonomiċi gravi u fit-tul għall-minoranzi. U lil hinn mill-pandemija, f 'dan il-mument meta d-dinja qed titlob bidla, irridu niġġieldu għal futur fejn persuni ta' kull oriġini razzjali jew etnika, orjentazzjoni sesswali u identità tal-ġeneru jkollhom l-opportunità li jgħixu ħielsa minn kull forma ta' diskriminazzjoni, inġustizzja u trattament ħażin. Matul l-aħħar għexieren ta' snin, diversi pajjiżi rreġistraw xi progress f 'dan il-qasam ta' politika. Wara li l-omosesswalità ġiet dekriminalizzata, għadd jikber ta' pajjiżi introduċew liġijiet kontra d-diskriminazzjoni u kontra l-mibegħda u issa qed jirrikonoxxu l-familji qawsalla u d-diversità tal-ġeneru. Minkejja dan il-progress, l-ebda soċjetà għadha ma kisbet ugwaljanza għal persuni LGBTI+. Barra minn hekk, għad hemm diskrepanzi bejn l-istandards leġiżlattivi u r-realtajiet ta' kuljum ta' persuni LGBTI+. Il-preġudizzju, l-isterjotipar u l-attitudnijiet jieħdu ż-żmien biex jiġu indirizzati u jinbidlu. Apparti dan, għad hemm ir-riskju li l-progress ma jseħħx. Fil-fatt, attwalment hemm forzi immexxijin minn movimenti 'kontra l-ġeneru' u favur 'il-familja tradizzjonali' li qed jaħdmu sabiex il-progress li sar jitreġġa' lura. Għal uħud, id-dar mhijiex post sikur. Per eżempju għan-nisa u għat-tfal f 'sitwazzjonijiet ta' vjolenza domestika kif ukoll għaż-żgħażagħ li jridu jgħixu f 'familji ostili, li huma omo jew transfobiċi, u li ma jaċċettawhomx u li jabbużawhom. Individwi u għaqdiet tas-soċjetà ċivili li jaħdmu fil-qasam tal-LGBTI+ kellmuna dwar il-fatt li matul il-lockdowns, iż- żgħażagħ LGBTI+ li jgħixu f 'familji li ma jaċċettawhomx ġew soġġetti għal vjolenza u uħud minnhom saħansitra spiċċaw bla saqaf fuq rashom. Il- persuni LGBTI+ akbar fl-età li qatt ma kixfu l-orjentazzjoni sesswali tagħhom minħabba l-preġudizzju u li jgħixu fi djar tal-anzjani, sofrew solitudni u esklużjoni aktar minn anzjani oħra. Waqt il-konfinament f 'dawn l-ambjenti ostili, il-persuni LGBTI+ setgħu kellhom jaħbu min huma verament, bħala mezz biex jipproteġu lilhom infushom. Din il-pressjoni żejda tesponi lill-persuni LGBTI+ għal riskju akbar ta' problemi ta' saħħa mentali. F'xi pajjiżi, dan jiġi aggravat, peress li l-aċċess għal kura tas-saħħa kruċjali, bħat-trattament għall-HIV u l-kura li tafferma l-ġeneru, ġie ristrett jew meqjus bħala 'mhux essenzjali', għad-detriment tal-benesseri ta' dawk ikkonċernati. Persuni suwed u ta' minoranza etnika dejjem kienu attivi ħafna fil-komunità LGBTI+, u kellhom rwol ċentrali fl- irvellijiet ta' Stonewall. Madankollu, il-komunità LGBTI+ innifisha tista' u għandha tagħmel aktar biex tkun kompletament inklużiva. L-avvenimenti tal-'Pride' jirrappreżentaw mument importanti ta' riflessjoni dwar kif il- komunità tista' tindirizza d-diskrepanzi fl-inugwaljanza, u okkażjoni biex jiġu ċċelebrati l-kuluri kollha tal-qawsalla fl- isfumaturi kollha tagħha. In-networks ta' appoġġ komunitarju attivi fl-ambitu tal-'Pride' jipprovdu għajnuna kbira għal dawk li jesperjenzaw iżolament b'mod rikurrenti. Il-komunità LGBTI+ tintervjeni meta s-servizzi l-oħra jfallu. Bħalissa, iċ-ċentri komunitarji huma magħluqin, l-avvenimenti kkanċellati u diversi organizzazzjonijiet qed jiffaċċjaw riskji eżistenzjali, hekk kif qed isibuha diffiċli li jaċċessaw il- finanzjament, li jkomplu jappoġġaw il- komunitajiet tagħhom u li jamministraw is-servizzi. L-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali ħarġet ir-riżultati tat-tieni stħarriġ tagħha dwar persuni LGBTI+ għall-Istati Membri tal-UE. 140,000 persuna LGBTI+ ipparteċipat fih. It- tweġibiet juru kif saħansitra qabel il- pandemija tal-COVID-19 kien hemm żieda fl-iżolament, fil-vulnerabbiltà, u fir-riskji assoċjati mal-fatt li tkun persuna LGBTI+. L-istħarriġ wera li minkejja d-diversità kbira ta' persuni fil- komunitajiet LGBTI+, l-esperjenza ta' diskriminazzjoni għadha qawwija. It-taħlita ta' ċirkostanzi u identitajiet individwali spiss issawwar ukoll id- diversi saffi ta' esklużjoni li huma esposti għalihom. Pereżempju, in-nisa, iż-żgħażagħ, il-persuni b'diżabbiltà u l-anzjani għandhom riskju akbar. Apparti dan, persuni trans, ta' ġeneru mhux binarju u intersess jesperjenzaw livelli ferm ogħla ta' esklużjoni, fastidju u vjolenza. Ir-rispons tagħna għad- diskriminazzjoni, għandu għaldaqstant ikun inklużiv u intersettorjali. Jeħtieġ li s-skiet u l-iżolament jintemmu sabiex tiġi ffaċilitata l-affermazzjoni pożittiva tal-ħajjiet tal- persuni LGBTI+. Jeħtieġ li l-gvernijiet jappoġġaw lill-persuni LGBTI+ billi jeliminaw l-istigma soċjali li għad fadal. L-addozzjoni ta' liġijiet dwar l-ugwaljanza u kontra d-diskriminazzjoni, l-istrateġiji nazzjonali ta' azzjoni għad-diversità u l-inklużjoni, u l-ħolqien ta' spazji sikuri huma kruċjali u m'għandhomx jiġu posposti. Hemm bzonn jiġu introdotti wkoll programmi ta' appoġġ għall- ġenituri ta' żgħażagħ LGBTI+. Il-pjanijiet ta' rkupru mill-impatt tal-COVID-19, għalhekk, għandhom jirrikonoxxu u jindirizzaw il-preġudizzji u l-inugwaljanzi sistematiċi li ġew mikxufa minn din il-kriżi. Jeħtieġ li naġixxu minnufih. Il-missjoni kollettiva tagħna għandha tikkonsisti f 'li nindirizzaw id-diskriminazzjoni u l-effetti fit-tul fis-soċjetajiet tagħna bl-istess determinazzjoni li biha qed nikkumbattu din il-pandemija. Is-skiet u l-iżolament li jiċċirkonda l-komunitajiet LGBTI+ għandu jieqaf. Dan huwa essenzjali biex jiġu integrati persuni LGBTI+ li, matul din il-kriżi, qed jiġu mbuttati lejn il-marġini tas-soċjetà. Ningħaqdu ma' dawk kollha li jikkommemoraw il-Global Pride, qegħdin magħkom. Għall-oħrajn kollha, ngħidulhom: aħna kollha kemm aħna nistgħu nagħmlu l-parti tagħna billi sempliċement inżommu f 'moħħna li kull persuna hi dik li hi. Ħadd ma jagħżel kif u fejn jitwieled, u ħadd ma għandu d-dritt jiddiskrimina jew jippreġudika. Id-diversità hija forza, ejjew niċċelebrawha. Dan l-artiklu miktub minn Helena Dalli, Sir Elton John u David Furnish, Billie Jean King u Ilana Kloss, Sir Ian McKellen, Skin, Edward Enninful OBE u Frank Ocean Kburija mhux preġudizzji Ħadd ma jagħżel kif u fejn jitwieled, u ħadd ma għandu d-dritt jiddiskrimina jew jippreġudika. Id- diversità hija forza, ejjew niċċelebrawha

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 June 2020