Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1264346
06 analiżi IL-ĦADD 28 TA' ĠUNJU 2020 • illum ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Ir-riforma Kostituzzjonali, li ngħatat fil-biċċa l-kbira tagħha karta ħadra ta' approvazzjoni ġiet mgħattna mill- gelgul ta' informazzjoni li ħarġet nhar il-Ġimgħa dwar il-proġett tal-Wind Farms fil-Montenegro. Minkejja dan il-bidliet kienu ilhom mistennija u diskussi, u fil-verità jimmarkaw mument storiku u importanti fil-format ta' Kostituzzjoni tagħna li tagħti l-ħajja lir-Repubblika demokratika ta' Malta. Id-diskussjoni dwar il-bżonn ta' dawn ir-riformi, kien qajjimhom lura għall-2013, Franco Debono - li fil-fatt kien ippropona riforma sħiħa - ftit minnha li bdiet taħt Gvern Nazzjonalista u ħafna aktar preżenti fir-riforma li tressqet mill-Gvern issa u f 'bidliet iżgħar li saru fl-aħħar seba' snin. Il-gazzetta ILLUM tagħti ħarsa lejn din ir-riforma - li għad trid tmur għall- approvazzjoni tal-Parlament - fi tmien punti. Ħatriet Ġudizzjarji: Il-President b'poteri ġodda wkoll • Il-Gvern se jkun qed jirristruttura l-Kumitat għall-Ħatriet Ġudizzjarji, li l-Prim Imħallef se jkun iċ- Chairperson tiegħu flimkien ma' sitt membri oħra • Dawn se jkunu l-Awditur Ġenerali, l-Ombudsman, il-President tal- Kamra tal-Avukati, żewġ Imħallfin u Maġistrat, lkoll magħżula minn sħabhom stess • B'hekk il-Ġudikatura se jkollha erba' mis-seba' siġġijiet. • Dwar il-Kummissjoni għall- Amministrazzjoni tal-Ġustizzja, la l-Avukat Ġenerali u lanqas l-Avukat tal-Istat mhuma se jkunu parti minnha • Dan se jfisser li iktar minn nofs tal-membri se jkunu ġudikanti u għalhekk ser jiġi rispettat il-prinċipju li membri tal-ġudikatura kemm jista' jkun jintagħżlu mill-kollegi tagħhom stess • Il-Gvern ser ikun qed jagħmel sejħa pubblika sabiex jimtlew vakanzi jew postijiet fil-ġudikatura. Ser tibqa fis- seħħ is-sistema eżistenti mis-sena 2016, hekk imsejħa 'public rolling call'. Dan ifisser li kull min għandu l-ħajra li jsir membru fil-ġudikatura, jista' japplika mal-Kummissjoni għall- Amministrazzjoni tal-Ġustizzja (JAC) meta jrid. Madanakollu, meta jkun hemm vakanza għall-post fil-ġudikatura, xorta waħda jkun hemm sejħa pubblika oħra li tagħti l-opportunità lill-avukati interessati biex japplikaw • Il-Gvern ser jagħti poteri lill- President tar-Repubblika biex dan jaġixxi waħdu meta jkun mitlub jaħtar Imħallef jew Maġistrat, mil- lista ta' tliet ismijiet provduta lilu mill-JAC • Il-lista tat-tliet kandidati mgħoddija lill-President ta' Malta se tkun qed issir pubblika Il-Ħatra tal-Prim Imħallef biż-żewġ terzi • Il-Gvern jaqbel li l-persuna li se tokkupa dan l-irwol tkun appuntata mill-President ta' Malta, li jaġixxi skont riżoluzzjoni appoġġjata minn żewġ terzi tal-Kamra tar- Rappreżentanti • Jekk ir-riżoluzzjoni ma tiksibx żewġ terzi tal-voti, il-Prim Imħallef ikun maħtur b'riżoluzzjoni li tkun kisbet maġġoranza ta' voti • Dan se jassigura indipendenza assoluta u fiduċja fl-irwol ta' Prim Imħallef Dixxiplina Ġudizzjarja ... jitneħħa l-irwol tal-politiku • Il-Gvern se jara li ma jkunx il- Parlament, iżda l-Kummissjoni għall- Amministrazzjoni tal-Ġustizzja li tneħħi xi membru tal-Ġudikatura • Dan se jkollu d-dritt li jappella mid- deċiżjoni tal-Kummissjoni quddiem il-Qorti Kostituzzjonali • B'hekk f 'dan ir-rigward tneħħa l-irwol tal-politiku mill-proċess kollu Il-Ħatra u t-Tneħħija ta' President tar- Repubblika • Il-President tar-Repubblika ikun maħtur b'reżoluzzjoni approvata minn żewġ terzi tal-Kamra tad- Deputati • Jekk ir-riżoluzzjoni ma tiksibx żewġ terzi tal-Kamra, huwa biżżejed li tinkiseb maġġoranza biex il-persuna nominata tinħatar bħala President • President jitneħħa bil-vot taż-żewġ terzi tal-Parlament għal raġunijiet li nsibu fil-Kostituzzjoni applikabbli għall-Imħallfin Ombudsman • Il-Gvern se jkun qed jaċċerta poteri lill-Ombudsman, u li dan jingħata saħħa kostituzzjonali, b'riferenza għall-aċċess għal informazzjoni meta jkun qed iwettaq ir-riċerka tiegħu • L-Ombudsman se jħejji rapport annwali, li se jkun magħmul minn kumpilazzjoni ta' rapporti li ġew ippubblikati matul din is-sena, liema IR-RIFORMA KOSTITUZZJONALI FI TMIEN PUNTI: MILL- PRESIDENT SAL- ĠUDIKATURA