Illum previous editions

ILLUM 28 June 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1264346

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 27

07 analiżi illum • IL-ĦADD 28 TA' ĠUNJU 2020 rapport se jiġi diskuss estensivament fil-Parlament Kummissjonijiet Indipendenti: Il-Gvern iċedi mill-poteri tiegħu • Il-Gvern qiegħed iċedi mill-poteri eżekuttivi tal-Prim Ministru, u jgħaddihom lill-Kabinett tal-Ministri u dan fejn jidħlu poteri tal-ħatra fuq ċertu istituzzjonijiet importanti ġewwa pajjiżna • Fil-Konvenzjoni Kostituzzjonali li se titmexxa mill-President ta' Malta se titkompla d-diskussjoni fir-rigward tal-metodu ta' ħatra ta' kummissjonijiet oħra indipendenti L-Avukat Ġenerali: Aktar poteri lill- Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni • Il-Gvern ser ikompli l-proċess sabiex isaħħaħ l-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u dan sabiex jieħu fuqu l-prosekuzzjoni. B'hekk tiġi ċċarata distinzjoni netta fl-irwoli li l-Pulizija tinvestiga u l-Avukat Ġenerali jwettaq il-prosekuzzjoni • Il-Gvern se jkun qed jintroduċi leġiżlazzjoni biex tippermetti appell kontra nuqqas ta' prosekuzzjoni mill-Avukat Ġenerali lil istituzzjonijiet bħall-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni, l-Ombudsman, il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, u l-Awditur Ġenerali • Il-Gvern se jkun qed jintroduċi leġiżlazzjoni biex dawn l-istituzzjonijiet ikunu jistgħu jirrapurtaw każijiet ta' korruzzjoni direttament lill-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni (PCAC), li jekk issib ħjiel ta' prattiċi korrotti tirrapporta direttament lill- Avukat Ġenerali. Meta tkun il-PCAC li tirraporta l-każ lill-Avukat Ġenerali hija qed tingħata jedd awtomatiku li tkun tista' tappella mid-deċiżjoni tal-AĠ f 'każ li dan jiddeċiedi li ma jkunx hemm prosekuzzjoni Kummissarju tal-Pulizija: Ħatra b'aktar skrutinju • Il-Kummissjoni Venezja qed tirrakkomanda sistema ta' ħatra ta' Kummissarju ta' Pulizija, eżattament kif qed tagħmel Malta • Inbidlet is-sistema passata għal waħda li fiha ferm iktar skrutinju fuq il-kandidati interessati • Bis-sistema l-ġdida kulħadd jista' japplika għall-irwol ta' Kummissarju hekk kif qed tinħareġ sejħa pubblika mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku. Din hija Kummissjoni imparzjali u indipendenti fejn il- membri tagħha saru bi qbil bejn il- Gvern u l-Oppożizzjoni u tgawdi r-rispett t'għexieren ta' snin fejn tidħol ħatra u regolamentazzjoni ta' uffiċjali pubbliċi • Il-Kummissjoni sussegwentement tagħmel skrutinju ta' kull kandidat, tagħmel ir-riċerki neċessarji, u tagħti lista mqassra ta' żewġ kandidati lill- Kabinett tal-Ministri, li mbagħad jagħżel l-iktar kandidat addattat għal din il-kariga, liema kandidat jgħaddi minn proċess ta' skrutinju quddiem il-Kumitat dwar il-Ħatriet Pubbliċi fil-Parlament • Din il-ġimgħa nħatar f 'din il-kariga Angelo Gafà. L-Oppożizzjoni ma kinitx preżenti għall-iskrutinju quddiem il-Kumitat dwar il-Ħatriet Pubbliċi. 'Qed inbiddlu l-Kostituzzjoni għall- ewwel darba mill-Indipendenza' F'kumment mal-ILLUM il-Ministru Edward Zammit Lewis qal li l-Prim Ministru Abela ried li mill-ewwel jitlaq fuq proċess ta' riformi istituzzjonali f 'pajjiżna. "Għall-ewwel darba mill- Indipendenza ta' pajjiżna 'l hawn se nkunu qed inbiddlu l-Kostituzzjoni ta' pajjiżna b'mod estensiv b'riformi li huma intiżi li jsaħħu d-demokrazija ta' pajjiżna, is-saltna tad-dritt, u l-governanza tajba." Hu jgħid illi biex wasal għal dawn il-proposti il-Gvern kellu laqgħat kontinwi mal-Kummissjoni Venezja dwar rakkomandazzjonijiet, anke wħud li ma kienu jagħmlu ebda sens għat- tradizzjonijiet legali Maltin. "Il-Kummissjoni Venezja iddikjarat magħna iktar minn darba li tinsab kuntenta bl-andament tad-diskussjoni ta' bejnietna, u bil-ġenwinità li wrejna bħala amministrazzjoni u l-konvinzjoni li qed juri l-Gvern Malti biex jissaħħu l-istituzzjonijiet fil-pajjiż," temm jgħid Zammit Lewis. PRESIDENT ĠUDIKATURA

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 June 2020