Illum previous editions

ILLUM 28 June 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1264346

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 27

08 analiżi IL-ĦADD 28 TA' ĠUNJU 2020 • illum Bagħtu għalih jew mar minn jheddu f'Kastilja Min qed jigdeb Yorgen u Keith jew Delia u Portelli Ħaġa ċerta: Keith Schembri kien ilu sentejn jigdeb dwar 17 Black Kellu jew ma kellux x'jaqsam mal-ħelsien mill-arrest? YENDRICK CIOFFI Kienet ġimgħa twila u bdejna mit-Tnejn meta wara stennija twila Keith Schembri tela' jixhed fil- kumpilazzjoni tal-evidenza kontra Yorgen Fenech biex fi kliemu, fl-aħħar "joħroġ il-verità." Iżda x-xhieda tiegħu ħolqot aktar inċertezza. L-eks Chief of Staff ta' Kastilja bażikament ċaħad dak kollu li ntqal dwaru sa issa. Iżda mhux hekk biss. Għamel ukoll allegazzjonijiet fuq diversi persuni, fosthom fuq il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia. Iżda min gideb? Melvin euma jew Keith Schembri? Min għandu raġun? Adrian Delia jew Keith Schembri? Yorgen Fenech kien qed jgħid il- verità jew lagħab logħba b'Melvin euma u Keith Schembri? MIN JGĦID ĦAĠA U MIN JGĦID OĦRA ... ĦARSA LEJN IX-XHIEDA TA' KEITH SCHEMBRI Keith Schembri ċaħad kważi dak kollu li ntqal dwaru fil-kumpilazzjoni tal-evidenza kontra Yorgen Fenech. Huwa u jixhed tefa' l-attenzjoni fuq ħaddieħor. Mela xi ħadd qed jigdeb! L-ILLUM tanalizza x-xhieda ta' Keith Schembri fil-Qorti L-intermedjarju li għandu l-protezzjoni tal-istat, Melvin euma, kien xehed li qabel seħħ l-assassinju, Yorgen Fenech kien qallu li se jirċievi telefonata minn Kastilja, mingħand Sandro Craus, biex jiltaqa' ma' Keith Schembri. Schembri insista li jinsab konvint li ħadd ma bagħat għal euma. Fi kliemu, euma mar minn jheddu għandu biex jitolbu xogħol. Insista li l-laqgħa ma damitx, euma ried ritratt miegħu u wara Schembri għadda d-dettalji tiegħu lill-customer care. Fi kliemu, ma kellu l-ebda idea jekk euma ngħatax impjieg. Dan kollu seħħ sitt xhur qabel l-assassinju ta' Caruana Galizia. Insista li fl-uffiċċju tiegħu kien hemm "open-door policy" u bħal ta' euma kien jirċievi mal-ħames żjajar kuljum. Schembri saħaq li ltaqa' ma' euma darbtejn. Din id-darba f 'Kastilja u darba oħra fil-farmhouse ta' Fenech, li ddeskrivih bħala ħabib kbir tiegħu. Craus kien ukoll tkellem mal-gazzetta ILLUM u kien insista li "qatt, qatt u qatt" ma għamel pressjoni biex euma jingħata xi xogħol mill-Gvern. "Deffsuli ismi f 'din l-istorja. Irrabjat, imdejjaq u nħossni użat," kien saħaq Craus. Meta kien qed jixhed dwar kemm nies kienu jmorru għand Fenech għall- ikel, insista li "ħaddieħor fil-politika li jridha tad-dritt kien imur għandu jiekol u jixrob u jitolbu l-flus." Hawn Schembri kompla ma' dak li xehed jiem qabel Melvin euma dejjem skont dak li qalilhom Yorgen Fenech. Schembri qal li Adrian Delia kien mar għand Yorgen Fenech u talbu €50,000 biex jintużaw kontra l-elezzjoni ta' David Casa għall-Parlament Ewropew. Skont Schembri, kien Pierre Portelli, l-eks Kap Eżekuttiv tal-midja tal-Partit Nazzjonaliosta, li kien imur jiġbor il-flus. Insista li Portelli ġieli għamel sigħat jistenna fir-reception ta' Portomaso biex jiġbor il-flus. Kemm Delia u anke Portelli ċaħdu dawn l-allegazzjonijiet u t-tnejn li huma għamlu affidavit ġuramentat. Dwar din l-allegazzjoni serja ħafna infetħet inkjesta maġisterjali. Ma setax jonqos li waqt ix-xhieda Keith Schembri kien mistoqsi dwar il-kumpanija 17 Black imniżżla bħala 'target client' tal-kumpanija tiegħu u tal-eks Ministru Konrad Mizzi fil-Panama. Keith Schembri kienu ilu sentejn jevita l-mistoqsijiet tal-ġurnalisti dwar jekk kienx jaf li l-kumpanija 17 Black hija ta' Yorgen Fenech. Iżda fix-xhieda tiegħu ammetta li kien jaf minn dejjem li din il-kumpanija kienet ta' Fenech. Huwa ammetta taħt ġurament li 17 Black kienet target client tal-kumpanija tiegħu fil-Panama hekk kif il-pjan tiegħu kien li wara li jitlaq mill-politika, ikun involut f 'negozju ma' Yorgen Fenech. Fi kliemu, kien meqjus "prestiġju" li wieħed ikollu negozju ma' Yorgen Fenech. Fir-recordings ta' Melvin euma, Keith Schembri jissemma b'rabta mal-ħelsien mill-arrest tal-aħwa Degiorgio. "Ma għandi l-ebda konnessjoni ma' affarijiet bħal dawn. Smajt ir-recordings meta kont fil- lockup ... Meta għafastu lil Melvin euma għaliex semma lil Keith Schembri, huwa qalilkom li ried iniggeż lil Fenech. Jiena qatt ma tkellimt dwar ħelsien mill-arrest ta' xi ħadd," insista. Schembri ċaħad ukoll li kien iltaqa' mal-eks Imħallef Antonio Mizzi dwar il-kwistjoni tal-bail, kif kien allegat

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 June 2020