Illum previous editions

ILLUM 28 June 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1264346

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 27

12 intervista IL-ĦADD 28 TA' ĠUNJU 2020 • illum 'Tagħtux saħħa u poter lil aħna l-persuni LGBTI+ lanqas ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Fl-aħħar ġimgħat kienet fuq l-aħbarijiet, fuq il-portals u fuq diversi programmi u allura ma setax jonqos li l-gazzetta ILLUM tiltaqa' ma' Angela Coleiro - preżentatriċi, żaqqha f 'fommha u mara trans - li għax esprimiet opinjoni politika kuntrarja għal dak li kellha snin ilu sfat mgħajjra u insulentata fuq il-midja soċjali - pjattaforma fejn kulħadd sar jgħid u jweġġa' b'impunità donnu. Coleiro, ħerqana biex ma titpinġix bħala vittma iżda biss bħala persuna li xtaqet tieqaf għall-mibgħeda, tibda tirrispondi l-mistoqsijet tal-ILLUM 'Għal missieri, fil-bidu, kienet disfatta' L-ewwelnett, kemm kien diffiċli biex persuna toħroġ fis-soċjeta bħala persuna LGBTI+, speċjalment tkun trans snin ilu? Mhux għax illum m'hawnx problemi, imma kemm kien aktar diffiċli għaliha meta s-soċjetà Maltija kienet għadha m'għamlitx l-avvanzi legali u soċjali tal-lum? Hija tispejga kif kienet bdiet it-tranżizzjoni snin ilu, madwar 23 sena ilu - meta għamlet l-operazzjoni msejħa Gender Reassignment Surgery. Tfakkar illi qabel iżda u allura madwar 27 sena ilu kienet għadha f 'din it- tranżizzjoni u kienet għadha tidher bħala ġuvni. "Jiena bdejt it-tranżizzjoni bħala Angela, għax jiena dejjem kont Angela minn ġewwa, snin ilu. Kien hemm bżonn illi dak li jiena nħoss fuq ġewwa, jaqbel mal-immaġini tiegħi fuq barra," bdiet tispjega Coleiro. Hija tgħid kif missierha kien raġel tad- dixxiplina u kien fl-armata u tammetti illi minkejja li kien iħobbha ħafna u baqa' jħobbha sal-aħħar nifs ta' ħajtu, l-bidu kien diffiċli. "Għal bidu lanqas seta' jiem, asħeb u ara kemm seta' jaċċetta. Dan qed ngħidu fis-snin 80. Ma kienx faċli li tkun persuna LGBTI+. Għas-soċjeta konna sempliċiment p**ti," tisħaq mingħajr wisq tidwir mal- lewża. "Għal missieri kienet disfatta fil-bidu, anke għax hu ried ukoll li jiena nkompli fin- negozju tiegħu fl-ispare parts tal-karozzi - xi ħaġa li jiena qatt ma kelli interess fiha." Coleiro tispjega mal-ILLUM li anke ommha sabitha diffiċli għall-ewwel, minkejja li kienet ġejja minn pajjiż differenti. "Imma din ma kinitx għażla għalija. Jew se ngħix gidba jew inkun il-persuna li verament jiena." Ħafna miżinformazzjoni u sterjotipi L-ILLUM tinnota illi minkejja avvanzi, kemm fil-liġi iżda wkoll soċjalment in- nuqqas ta' informazjoni u xi kultant anke l-mibgħeda għadhom wisq komuni. Kemm tħoss Angela illi għad hawn nuqqas ta' informazzjoni u transfobija? In-nies - apparti li jimu l-argumenti tagħha kontra l-mibgħeda qed jimu li hi minn dejjem kellha ġeneru femminili? "Sfortunatament iva, għad hawn ħafna injoranza u nuqqas ta' għarfien," tibda tispjega Coleiro li tirrikonoxxi illi filwaqt li l-bidliet fil-liġijiet kienu neċessarji, dawn la qatt għandhom iservu biex jagħlqu ħalq in-nies u lanqas ifisser illi m'għadx hemm mibgħeda kontra l-komunità LGBTI+. "Hawn ħafna sterjotipi. Per eżempju ħafna jaħsbu li kollha nafu nħitu - mhux il- każ jiena ma nafx. Jew inkella nies ikellmuk u anke jekk ikunu qed jgħaddu messaġġ pożittiv, xorta daqslikieku jiena differenti. Bħal meta xi ħadd jgħidli 'intom l-aqwa nies'. JIngħad b'intenzjonijiet tajbin. Imma jiena la rrid tifħir u lanqas tmaqdir - jiena Angela u daqshekk." Tgħid li hemm ħafna ma jimux ukoll kif xi nisa trans ma jagħmlux l-operazzjoni bħalha. "Għalija kien importanti li ninbidel kompletament fil-fiżiku imma hemm nisa trans li jħossu li m'għandhomx għalfejn." Fil-verità hemm ukoll fattur - tfakkar il- gazzetta ILLUM - illi bosta nisa trans lanqas ikunu jifilħu jħallsu għal din l-operazzjoni, li tiswa ħafna flus. "Uħud lanqas lili ma jitrattaw ta' mara," tgħid Coleiro li żżid kif bosta jaħsbu wkoll li persuni trans huma persuni tax-shows u t-teatrini. "Hemm nisa trans vera li jagħmlu shows. Hemm ukoll Drag Queens li jgħixu ta' rġiel u jridu jibqgħu jgħixu ta' rġiel, imma jagħmlu spettakli lebsin ta' nisa." Il-gazzetta tfakkar iżda li din hija kwistjoni ta' edukazzjoni li tieħu ż-żmien. Lanqas tista' tippretendi - anke l-komunità LGBTI+ - illi kulħadd se jitwieled b'għarfien komplut ta' dawn ir-realtajiet, xi it jew wisq kumplessi. Dan speċjalment għal dawk li trabbew fi sfond aktar konservattiv. "Iva għalhekk nemmen illi bħal kollox, iċ- ċavetta hija l-edukazzjoni," tgħid Coleiro. L-ILLUM terġa twaqqaa u tfakkarha li ħafna - speċjalment ġenituri - jgħidu li informazzjoni bħal din qed tħawwad lill- ulied f 'età żgħira. Kif tirrispondi? Coleiro tammetti illi jeżisti dan is- sentiment u li għad hemm miżinformazzjoni jew nuqqas ta' informazzjoni fuq il-komunità LGBTI+ kollha. Tfakkar illi għad hawn min jaħseb li hija xi ħaġa li tittieħed, xi moda jew xejra (trend) jew inkella li lanqas biss jagħmlu distinzjoni bejn pedofelija u omosesswalità. Hi tappella lil min qed jaqra din l-intervista biex jaħseb. "Inti m'intix raġel eterosesswali sempliċiment għax ilbist qalziet jew għandek il-leħja. Kieku kulħadd jgħidlek li inti mara, se twieġeb li m'intix għax taf li m'intix u taf li inti xorta mara tħobb - għax il-ġeneru tiegħek huwa raġel u s-sesswalità tiegħek hija eterosesswali. U l-istess persuna LGBTI+." "Faċli. Immaġina inti tqum kull filgħodu u fil-mera tara lil Paul, imma kull fejn tmur - xogħol , familja u mal-ħbieb - kulħadd jgħajjatlek Jane." 'Mhux sew li d-drittijiet jintużaw biex jagħlqu ħalq in-nies' Imma kif tara li sar progress? Tammetti li wara kollox huwa l-Gvern li tikkritika li għamel dan il-progress? Colerio tammetti li sar dan il-progress u li dan il-progress fil-liġi huwa pożittiv. "Imma, minħabba li sfortunatament f 'pajjiżna hawn partiġġjaniżmu sfrenat - fejn donnu kulħadd grat lejn xi partit u f 'ħajtek kollha ma tistax tikkritikah - dan il-progress jista' jaħdem kontrina wkoll." Imma kif? "Għax kull darba li tiaħ ħalqek biex tikkritika fejn tħoss li hemm bżonn jgħidulek għalaq ħalqek għax lilek tak id- drittijiet. Kulħadd għandu dritt jikkritika, basta ma jkunx insolenti u ma jgħajjarx." Coleiro tgħid li huwa vera li qabel il- ħajja kienet iebsa, kont titwarrab u ma ssibx xogħol imma sostni illi llum hemm il-liġijiet fuq il-karta u għax hemm il-liġijiet - skont Sfat mgħajjra u redikolata għax trans u għax ikkritikat lill- Gvern. Imma hi la se toqgħod tibki xortiha u lanqas se tibza'. L-ILLUM tintervista lil Angela Coleiro ... Kull darba li tiftaħ ħalqek biex tikkritika fejn tħoss li hemm bżonn jgħidulek għalaq ħalqek għax lilek tak id-drittijiet

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 June 2020