Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1264346
26 oroskopju IL-ĦADD 28 TA' ĠUNJU 2020 • illum L-Oroskopju taħt iż-żodjaku ta' Cancer Mill-Ħadd 28 ta' Ġunju sas-Sibt 4 ta' Lulju Il-Kristalli Il-kristalli huma ta' benefiċċju naturali li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar il-bniedem qed jinduna kemm huma ta' benifiċċju f 'kull parti tal-ħajja ta' madwarna. Il-kristalli saru ferm importanti sabiex iżommu bilanċ naturali u pożittiv, per eżempju fid-djar tagħna. B'mod speċjali f 'dawn iż-żminijiet meta qegħdin inqattgħu ħafna ħinijiet ġewwa d-djar tagħna, il-kristalli jagħtuna dik il-pożittivita' ġewwa djarna li tant tkun meħtiega. Id-dar hija l-qafas tagħna, fejn insibu l-kenn, il-wens, l-imħabba u għalhekk huwa ferm importanti li dan il- benfiċju tant naturali jkun fid-djar tagħna. Dan jista' jsir permezz ta' xi Crystal candel holder jew Crystal Tree. Hemm ħafna għamliet, dan skont il-ġwida meħtieġa. Importanti li dejjem tingħata gwida qabel tpoġġi xi kristalla fi dar tiegħek ! Għal aktar informazjioni tista' tibgħatli messaġġ fuq 79495804 jew żur is-sit tiegħi www.pauljon13.com Namaste Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? 9901 3600 www.pauljon13.com facebook.com/pauljon13 Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Iż-żodjaku għalik Aquarius ser ikun mument aktar stabbli minn dak li int kont qed tesperjenza dan l-aħħar. Għalhekk aħtaf din l-oppurtunita' sabiex tagħraf timxi aktar b'determinazzjoni. Dan huwa perjodu fejn int issa tista' twessa' aktar l-abbilita' tiegħek, tibżax minn dak li riesaq lejk. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Id-dati ideali għal din il-ġimgħa huma: 29, 1, 3 u 4. L-istilla kombinata miegħek ġejja minn Scorpio. Namaste Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Iż-żodjaku għalik Pisces ser jagħmlek tagħraf aktar il-bżonnjiet personali li int għandek u trid tibda' twettaq. Għalhekk ikun tajjeb li f 'dan iż-żmien iddur dawra madwarek sabiex tagħraf aktar kif tista' tibbilanċja aktar it-tqassim ta' madwarek u fl-istess ħin tħares lejn aktar stabbilta'. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Id-dati ideali għal din il- ġimgħa huma: 28, 30, 1 u 3. L-istilla kombinata miegħek ġejja minn Taurus. Namaste Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April Iż-żodjaku għalik Aries ser jagħmlek tirrifletti u tkun aktar attent ta' kif tagħraf tiddeċiedi xi deċiżjonijiet li resqin lejk. Dan huwa perjodu delikat għalik u din is- sitwazzjoni taf ukoll toħloq ċertu tensjoni fik. Għalhekk int trid tagħraf iżomm kemm tista' tkun kawt sabiex ma tagħmilx diċeżjonijiet magħaġġla. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Id-dati ideali għal din il-ġimgħa huma: 29, 30, 2 u 4. L-istilla kombinata miegħek ġejja minn Leo. Namaste Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju Iż-żodjaku għalik Taurus ser ikun mument li jagħmlek xi it imfixxkel bejn dak li kellek fil-passat u dak li int fil-preżent. Dawn huma fażjiet ta' riflessjoni li jafu joħolqu fik it ta' konfużjioni. Għalhekk int għandek biss tiffoka fuq dak li għaddej minnu fil-preżent sabiex tkompli tissaħħah aktar. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. Id-dati ideali għal din il-ġimgħa huma: 28, 29, 1 u 3. L-istilla kombinata miegħek ġejja minn Cancer. Namaste Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Iż-żodjaku għalik Gemini ser ikun mument ta' aktar riflessjoni mis-soltu. Dan jaf ikollu xi effeti għal mod kif ser tkun tiddeċiedi dwar deċiżjonijiet li hemm resqin lejk, iżda jekk int tagħraf din il-gwida li qed taqra, dan il-mument jgħaddi aktar malajr milli taħseb. Għalhekk agħraf iżjed u emmen aktar fik innifsek. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Id-dati ideali għal din il-ġimgħa huma: 28, 30, 3 u 4. L-istilla kombinata miegħek ġejja minn Sagittarius. Namaste Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Iż-żodjaku għalik Cancer ser ikun mument ta' aktar opportunitajiet li resqin lejk fil-ġimgħat li ġejjin. Int trid tkun aktar fiduċjuz u trid temmen aktar fik inifsek. Din hija fażi fejn int tagħraf aktar il-kontroll tiegħek innifsek sabiex b'hekk titkattar aktar l-istabilta' ta' madwarek. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Id-dati ideali għal din il-ġimgħa huma: 29, 30, 2 u 4. L-istilla kombinata miegħek ġejja minn Gemini. Namaste Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru Iż-żodjaku għalik Virgo ser ikun ifisser li trid isaħħaħ xi deċiżjonijiet li hemm bżonn jittieħdu. Aktar minn qabel, minn issa l-quddiem, ser ikun hemm bżonn ta' aktar konċentrazzjoni sabiex dak kollu li ser tiddeċiedi, ser ikun biss dak li huwa verament ideali għalik. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Id-dati ideali għal din il-ġimgħa huma: 29, 30, 3 u 4. L-istilla kombinata miegħek ġejja minn Capricorn. Namaste Libra mit-23 ta' Settembru sat-22 ta' Ottubru Iż-żodjaku għalik Libra ser ifisser mument sabiex tagħraf aktar timxi b'moħħok, b'hekk int tkun tista' timxi b'aktar abbilita' rigward xi deċiżjonijiet li trid tagħraf tieħu. Jekk int jirnexxielek tagħmel dan ser tagħraf kemm hi kbira l-kapaċita' tieghek, għalhekk għaraf kun aktar fiduċjuz fik innifsek. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Id-dati ideali għal din il-ġimgħa huma: 28, 29, 1 u 3. L-istilla kombinata miegħek ġejja minn Virgo. Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal- 21 ta' Diċembru Iż-żodjaku għalik Sagittarius ser iffiser li ser tiċċaqlaq aktar lejn l-istabbilta' ta' dak li int tant ilek tiffoka fuqu. Issa int ser tkun iffokat iżjed fuq il-madwar tiegħek aktar mis-soltu. Dan ser jawgura tajjeb sabiex dak li int tant tixtieq jibda jagħtik is-sodisfazzjon tant meħtieġ, pero' agħraf żomm bilanċ. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Id-dati ideali għal din il-ġimgħa huma: 28, 1, 3 u 4. L-istilla kombinata miegħek ġejja minn Aquarius. Namaste Scorpio mit-23 ta' Ottubru sat-21 ta' Novembru Iż-żodjaku għalik Scorpio huwa dak il-mument li ser jinfethulek aktar toroq ta' opportunatijiet fil-karriera tiegħek, pero' bħal issa l-aktar li qed tispikka hija d-deciżjoni dwar bidla personali li qegħda tħassbek xi it. Taqtax qalbek. Wettaq din il -bidla meħtiega sabiex b'hekk int tkompli tkun pożittiv. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. Id- dati ideali għal din il-ġimgħa huma: 29, 30, 2 u 4. L-istilla kombinata miegħek ġejja minn Pisces. Namaste Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad- 19 ta' Jannar Iż-żodjaku għalik Capricorn ser jagħmlek tagħraf aktar l-abbilta' tiegħek sabiex ma toqgħodx timxi aktar fuq il-pariri ta' ħaddieħor. Li tieħu parir ikun dejjem utli imma minn hemm il-quddiem għandek tkun b'saħħtek iżejd sabiex tasal għal konklużjonijiet fuq dak li tħoss gewwa fik. Wasal iż-żmien li taqdef għal rasek. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Id-dati ideali għal din il-ġimgħa huma: 28, 30, 2 u 3. L-istilla kombinata miegħek ġejja minn Aries. Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Iż-żodjaku għalik Leo ser jagħmlek toqgħod it aktar attent lejn dak li forsi s-soltu ma kontx tagħtih l-importanza mixtieqa. Trid tagħraf li int qiegħed f 'fażi ta' ċertu tibdil li minħabba f 'hekk trid toqgħod it aktar attent kif ser twettaq dan it-tibdil li riesaq lejk sabiex tkun tista' issaħħaħ il-madwar tiegħek. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Id-dati ideali għal din il-ġimgħa huma: 28, 30, 1 u 3. L-istilla kombinata miegħek ġejja minn Libra. Namaste