Illum previous editions

ILLUM 12 July 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1268414

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 27

24 aħbarijiet IL-ĦADD 12 TA' LULJU 2020 • illum Ippjanar responsiv għall-ambjent Fl-irwol tagħha favur l-iżvilupp sostenibbli fi ħdan l-Awtorità tal- Ippjanar, is-Sinjura Michelle Borg temmen li sabiex tittejjeb il-kwalità t a l - a m b j e n t mibni f 'Malta u jkollna ppjanar spazjali tajjeb għal komunità, wieħed għandu jisma' kemm l-espertikif ukoll lil pubbliku. Matul dawn l-aħħar snin, ir-ritmu għat- tkabbir soċjo-ekonomiku f 'Malta irriżulta f 'żieda viżibbli fil-pressjoni fuq l-ambjent, l-infrastruttura u l-kultura tagħna. Fost l-istorbju u t-tniġġis tal-arja, il-kostruzzjoni u l-konġestjoni, qed jassistu għall- impatt tax-xejriet ta' żvilupp urban fuq il-kwalità ġeografika tal-Gżira. Issa, aktar minn qatt qabel, il- mekkaniżmi li jintroduċu sens ta' responsabbiltà għall-użu tar-riżorsi tal-art tagħna huma essenzjali. Il-kundizzjoni ta' Malta forsi hi marbuta bejn l-ippjanar fit-tul u t-talbiet għall-iżvilupp. Is-Sinjura Michelle Borg, Green and Blue Development Unit Manager fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanar, hija ottimista li "fl- aħħar, l-affarijiet jistgħu jerġgħu jimxu fid-direzzjoni t-tajba, dejjem hemm bosta fatturi li jridu jitjiebu, iżda nisperaw li issa qegħdin fi vjaġġ - għalkemm wieħed bil-mod - ta' għarfien akbar għall-benefiċċji tal- ippjanar spazjali effettiv." Sa mill-2016, il-Green and Blue Development Unit kien inkarigat bl-integrazzjoni ta' kwistjonijiet relatati mal-ambjent, it-tibdil fil-klima u l-komunità matul it- tfassil tal-policies." Il-gvern jippreżentana b' għanijiet nazzjonali, u aħna nippruvaw immexxu l-proċess biex nilħqu dawk l-għanijiet fid- direzzjoni ta' żvilupp sostenibbli," spejgat is-Sinjura Borg."Il-vjaġġ epiku ta' żvilupp sostenibbli beda fil-konferenza tan-Nazzjonjiet Uniti f 'Rio dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp fl-1992. Hawnhekk, il-pajjiżi ffirmaw biex jadottaw pjan ta' azzjoni għall-iżvilupp sostenibbli għas-seklu 21. Il-gwida għall-ippjanar tal- ispazju kienet hemm ukoll, it-talba għal approċċ integrat għall-ippjanar u l-immaniġġjar tar-riżorsi tal-art. Filfatt, matul l-istess perjodu beda il-proċess tal-ippjanar fit- tul għall-Gzejjer Maltin. L-ippjanar spazjali huwa kkonċernat bl-użu tal-art b'mod effiċjenti biex jinħoloq l-ambjent urban tagħna. Minbarra residenzi, l-infrastruttura hija kruċjali, inklużi l-iskejjel, l-isptarwwijiet, t-toroq, is-sistemi tad-drenaġġ u l-provvista tal-enerġija. "Ir-rwol ta' professjonist tal- ippjanar urban huwa li ttejjeb l-viżjoni tal-pajjiż," tkompli Is-Sinjura Borg. "Professjonist tal-ippjanar urban jkun jrid jittraduċi u jinforma l-policy li taħdem fil-kuntest fiżiku tal- pajjiż. F'Malta, il-progress kontinwu tas-soċjetà fi ħdan l-arċipelagu ċkejken tagħna huwa impressjonanti għal ħafna, u hemm tinsab ir-reżiljenza tagħna. Madankollu, il-bilanċ bejn l-appoġġ ekonomiku u l-ippjanar ta' spazji residenzjali huwa wieħed dinamiku. Mill-1992, il-kwalità ambjentali tqiegħdet fuq l-istess skala fit-teħid tad-deċiżjonijiet. Minħabba li t-talbiet settorjali jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet nazzjonali marbuta mal-iżvilupp fiżiku hemm madankollu riskju kostanti li wieħed jiffoka fuq iċ-ċifri ekonomiċi tanġibbli immedjati. Aħna rridu niakru, li l-akbar klijent tal-Awtorità huwa l-pubbliku "sieket", dawk li qatt ma sottomettu applikazzjoni tal ppjanar. Aħna entità pubblika, mhux kumpanija privata u għalhekk aħna mistennija li niżguraw li permezz tad- deċiżjonijiet tal-ippjanar tibbenefika l-komunità. Ħallejna f 'idejn l-esperti tas- saħħa waqt il-Covid-19, mingħajr ebda dibattitu eċċessiv minħabba li ħajjitna kienet f 'riskju. Meta niġu għall-ippjanar, professjonisti bl-edukazzjoni u bl-esperjenza għandhom ukoll ikunu minn ta' quddiem. Madankollu, minħabba li l-ippjanar huwa marbut sew ma' interessi ekonomiċi , diversi interessi tal-partijiet interessati jibdluh fi proċess diviżiv ħafna, mhux biss f 'Malta." F' Malta, l-partijiet settorjali l-aktar influwenti għandhom biżżejjed saħħa u influwenzi li jirriskjaw b' mod effettiv ix- xogħol tal-professjonisti tal- ippjanar urban. Madankollu, fl-istess ħin l-effetti tal-evoluzzjoni tal- Awtorità pprovdew lil Malta bl- ippjanar urban effettiv. Il-viżjoni għal Belt Valletta u t-Tlett Ibliet li kienu inkorporati fil-Pjan Strutturali tal-1990 u -fil-Pjan Lokali tal-Port il-Kbir tal-2002 ġie miksub. Għaddew it snin qabel maż- żona ġiet mibdula kompletament mill-istat preċedenti tagħha." Il-viżjoni tar-rijabilitazzjoni u r-riġenerazzjoni tal-Belt Valletta ġiet tradotta fil-pjan lokali ta' din iż-żona, li mbagħad wassal għal Michelle Borg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 July 2020