Illum previous editions

ILLUM 12 July 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1268414

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 27

06 aħbarijiet IL-ĦADD 12 TA' LULJU 2020 • illum Minn belvedere, għall-bankini u l-wardens ... L-ILLUM Sena wara li ġie elett Kunsill Lokali ġdid għall-Belt Valletta, il-gazzetta ILLUM titkellem mas-Sindku Belti Alfred Zammit dwar il-proġetti li jinsabu fuq l-aġenda biex ikomplu jsebbħu l-Belt Kapitali Maltija. YENDRICK CIOFFI Il-Belt Valletta hija ġawrha fina nnifisha. Biżżejjed tidħol għall-kwiet u toqgħod iddur fit-toroq twal u dritti tagħha, titpaxxa bil-bereġ, il-knejjes, u l-arkitettura tal-bini tagħha. Għalhekk jibqa' jistħoqqilha l-aqwa u l-aħjar. Il-gazzetta ILLUM poġġiet bilqiegħda mas-Sindku tal-Belt Valletta, Alfred Zammit, li elenka l-proġetti kollha li fuqhom se jkun qed jibda x-xogħol fil- ġimgħat u x-xhur li ġejjin u proġetti oħra li l-kunsill lokali qed jissuġġerixxi. Zammit saħaq li wieħed mill- aktar proġetti għal qalbu u li wasal biex ikun lest huwa dak tal-klinika għall-komunità fil- Belt Valletta. Il-gazzetta ILLUM żaret ix-xogħlijiet li jinsabu fi stadju avvanzat. Din tinsab fil- binja tal-Kunsill Lokali iżda hemm entratura għaliha minn Triq it-Teatru l-Antik. Is-Sindku spjega kif il-kunsill preċedenti kien diġà ħaseb biex fl-istess binja ssir klinika, ċentru ta' matul il-jum għall- anzjani u sala għat-tagħlim tal- kompjuter. Madanakollu, anke wara s-suġġeriment tad-Deputat Prim Ministru u Ministru għas- Saħħa Chris Fearne, il-kunsill preżenti ddeċieda li din issir kollha kemm hi klinika għall- komunità. "Għalina s-saħħa hija prijorità," saħaq Zammit waqt li spjega kif tabib se jkun qed ipoġġi f 'din il-klinika kuljum sal-10:00am. Dan apparti servizzi oħra bħal dak ta' fiżjoterapista, fost oħrajn. "Sal-lum, il-Beltin, inkluż l-anzjani, li jkunu jridu sempliċiment preskrizzjoni, iridu jmorru l-Furjana," saħaq is- Sindku waqt li spjega li s-servizz se jkun miftuħ għal kulħadd, anke minn mhux resident. Proġett fiż-żona tal-Qanpiena tal-Assedju l-Kbir Il-Belt Valletta mhijiex nieqsa mill-ispazji miftuħa iżda ħafna minn dawn huma 'l bogħod miż-żoni residenzjali. Proġett li huwa għall-qalb ħafna l-Kunsill Lokali huwa dak ta' madwar il- Qanpiena tal-Assedju l-Kbir. Dan huwa proġett tal-Kunsill Lokali u li se jkun qed jgħin fih il-Ministeru responsabbli mill- Patrimonju Nazzjonali hekk kif se jkun qed jinkludi wkoll ir- restawr tal-istess Qanpiena tal- Assedju. Fost oħrajn, fiż-żona taħt il-Qanpiena u li sal-lum hija biss parkeġġ żgħir għal xi erba' karozzi, se jkun qed jinbidel f 'belvedere. "Dan huwa post li joffri wieħed mill-isbaħ angoli tal-Port il-Kbir," saħaq is- Sindku. Apparti minn hekk, fiż- żona ta' quddiem il-Qanpiena se jkun qed isir bandli ġdid u anke spazju miftuħ li jkun jista' jitgawda mir-residenzi taż-żona. Se jinbiddlu l-bankini kollha tal- Belt Valletta Jekk hemm proġett bżonnjuż huwa l-bdil tal-bankini fil-Belt Valletta. Fil-fatt, fix-xhur li ġejjin se jkun qed jibda x-xogħol li se jbiddel il-bankini kollha tal- Belt Valletta. Is-Sindku spjega li kienet ix-xewqa tiegħu li jinbidel il- materjal li permezz tiegħu kienu qed isiru l-bankini u dan biex il- bankini jkunu jikkumplimentaw żoni oħra pedonali li fuqhom qed jaħdem il-Gvern. Dan se jkun proġett li se jiswa €800,000. Tisbiħ tal-ġnien Hastings Meta ssemmi l-ġonna fil- Belt Valletta ħafna drabi jiġuk f 'moħħok biss iż-żewġ barrakki, iżda Hastings bla dubju huwa wieħed mill-isbaħ ġonna f 'Malta. Zammit spjega kif għaddejja ħidma biex isir xogħol ta' tisbiħ f 'dan il-ġnien, tħawwil ta' aktar siġar, sistema ġdida għall- irrigazzjoni u anke faċilitajiet ġodda għal dawk li jżuru l-ġnien. Spazju ieħor miftuħ għat-tfal Beltin Proġett li ġie approvat mill- Awtorità tal-Ippjanar u għalhekk jista' jibda x-xogħol fuqu, huwa dak ta' bandli ġdid fin-naħa ta' Sant'Jiermu. Dan se jkun qed isir fuq biċċa wesgħa li hemm biswit id-daħla tal-Mużew tal-Gwerra. Hekk it-tfal kemm taż-żona tal-Mandraġġ, tal-Arċipierku u anka tad-Diju Balli se jkollhom post fejn jirrikreaw ruħhom. Aktar żoni pedonali fil-Belt Valletta Il-Kunsill Lokali qed jimbotta wkoll 'il quddiem proposta li kienet għamlet l-Assoċjazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il- Kbir biex Misraħ Indipendenza, magħrufa bħala "l-pjazza tal- Palma," issir kollha kemm hi pedonali. Se tkun qed issir pedonali wkoll parti oħra minn Triq il- Merkanti, jiġifieri l-parti bejn Triq l-Arċisqof u Triq San Kristoforu. Skont il-liġi, din iż- żona suppost li hija pedonali u għalhekk se tkun attwata. U kif se jiżdied il-parkeġġ? Aktar żoni pedonali ifissru inqas post għall-parkeġġ. Iżda Alfred Zammi saħaq li se jkun qed jipproponi żewġ affarijiet importanti li l-għan tagħhom huwa li jiżdied il-parkeġġ għar- residenti Beltin. Se tkun qed issir proposta lil Transport Malta biex Triq Marsamxett (ir-ring road) issir one-way, biex hekk il-karozzi jidħlu minn Triq l-Assedju l-Kbir. Fi kliemu, dan mhux biss se jkun qed itejjeb il-kwalità tal- arja taż-żona b'50% iżda anke jżid il-parkeġġ bil-għan ikun li l-barranin jipparkjaw madwar il-Belt u r-residenti fit-toroq tal- Kapitali. Apparti minn hekk, kompla jispjega Zammit, se jkun qed jipproponi li jitneħħa l-parkeġġ Il-belvedere propost li jsir taħt il-Monument tal-Assedju l-Kbir Il-bandli u l-kumplament tal-proġett tal-Qanpiena tal-Assedju

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 July 2020