Illum previous editions

ILLUM 12 July 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1268414

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 27

05 aħbarjiiet illum • IL-ĦADD 12 TA' LULJU 2020 L-Imħallef Emeritus Giovanni Bonello, l-Kap tad-Dipartiment tal-Fakultà tal-Liġi Kevin Aquilina u l-Espert Kostituzzjonali Austin Bencini t-tlieta li huma kkonfermaw illi l-Kostituzzjoni Maltija tagħmilha ċara li l-Kap tal-Oppożizzjoni huwa l-persuna li jikkmanda l-maġġoranza tad-Deputati fl-akbar partit tal-Oppożizzjoni, iżda dan ma jibqax applikabbli meta dak il-Kap tal-Oppożizzjoni jitlef il- maġġoranza. Dan ifisser li fil-każ ta' bħalissa jekk il-maġġoranza tad-Deputati Nazzjonalisti jagħżlu persuna oltrè minn Delia li għandha din il-fiduċja hija din il-persuna li ssir Kap tal- Oppożizzjoni - jgħid x'jgħid statut ta' partit. Bencini jiċċara fl-opinjoni legali tiegħu li hemm differenza bejn il-ħatra ta' Kap tal-Oppożizzjoni f 'artiklu fil-Kostituzzjoni u t-tneħħija tal-Kap tal-Oppożizzjoni f 'artiklu separat. Huwa jgħid illi l-Kap tal-Oppożizzjoni jinħatar - ġeneralment u normalment wara elezzjoni ġenerali - u jkun il-Kap tal-akbar partit fl-Oppożizzjoni, li f 'dan il-każ huwa l-PN. Imma, fit-tpoġġija l-kliem huwa 'Kap tal-Partit' u fit-tneħħija l-kliem jinbidel għal 'Membru tal-Kamra tar-Rappreżentanti'. Benicini qal illi l-President huwa marbut bil-Kostituzzjoni Maltija biex jaċċerta li jekk MP ieħor li mhux il-Kap tal-Oppożizzjoni, għandu maġġoranza tal-akbar partit fl-Oppożizzjoni jappunta lilu Kap tal-Oppożizzjoni, filwaqt li jirrevoka l-mandat ta' dak kurrenti. L-Imħallef Emeritus Bonello jfakkar li hemm żewġ artikli fil- Kostituzzjoni, l-ewwel illi titratta t-tqegħid ta' Kap tal-Oppożizzjoni fil-bidu tal-Leġiżlatura u t-tieni wieħed jitratta l-ħatra ta' Kap tal- Oppożizzjoni waqt il-leġiżlatura. Fil- każ tat-tieni artiklu - jgħid Bonello - il-President tar-Repubblika jeħtieġ jiddeċiedi skont min mill-bankijiet tal-Oppożizzjoni jkun jikkmanda l-maġġoranza. Bonello jgħid illi f 'każ fejn il-Kap tal-Oppożizzjoni jitlef il- maġġoranza tad-Deputati l-artiklu fil-Kostituzzjoni li jgħid illi l-Kap tal-Oppożizzjoni għandu jkun il-Kap tal-Partit jsir irrelevanti. Finalment Aquiilina jfakkar illi l-Kostituzzjoni tgħid illi huwa vera li l-Kap tal-Oppożizzjoni li huwa l-Kap tal-Partit iżda jinsisti illi meta dan jitlef il-maġġoranza ta' dan il-grupp dan ma jibqax applikabbli. Il-Professur tal-liġi, Raymond Mangion spjega kif il-Kostituzzjoni tgħid b'mod ċar li l-Kap tal-Oppożizzjoni jrid ikun Kap ta' partit. F'kummenti ma' ONE News, il- Professur Mangion spjega kif skont Artiklu 90 tal-Kostituzzjoni ta' Malta, sub-artikolu 2, il-Kostituzzjoni tgħid li meta Kap tal-Oppożizzjoni jiġi biex jinħatar mill-President ta' Malta, irid ikun Kap tal-partit. Fl-analiżi kolta u bir-reqqa tiegħu, il-Professur tal-liġi qal li wieħed ma jistax japplika sub-artikolu 4 indipendentament mis-sub-artikolu 2 għaliex il-President ta' Malta jkun ħatar Kap tal-Oppożizzjoni li jkun Kap ta' partit. Il-Prof. Mangion spjega: "Għax tgħidlek li meta jiġi biex jinħatar, jinħatar dak il-leader Kap tal-partit, tal-partit tgħid, ma tgħidlek ta' partit politiku, tal-partit li jgawdi jew għandu saħħa numerika fil- Kamra. Allura hawnhekk wieħed irid joqgħod attent li jekk se jirrevoka taħt sub-artikolu 4, il-ħatra li tkun saret taħt is-sub-artikolu 2, wieħed ma jistax japplika s-sub-artikolu 4 indipendentament mis-sub-artikolu 2 għaliex din lilek li nkun ħtartek, inkun ħtartek bħala kap ta' partit." X'qalu Bencini, Bonello u Aqiulina? X'qal il- Professur Raymond Mangion? Austin Bencini Giovanni Bonello Kevin Aquilina Raymond Mangion

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 July 2020