Illum previous editions

ILLUM 12 July 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1268414

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 27

04 aħbarijiet IL-ĦADD 12 TA' LULJU 2020 • illum ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Matul il-jum tal-bieraħ kien hemm stennija kbira fil-Partit Nazzjonalista u lilhinn biex ikun magħruf l-eżitu ta' diskussjonijiet li l-President tar-Repubblika kellu ma' kull Deputat tal-Partit Nazzjonalista. Mal-għodwa kien ċar illi dawk ta' kontra Delia għandhom in- numri kontrihom bi 17-il Deputat Nazzjonalist - u jista' jkun 18 hekk kif sorsi sostnew mal-illum.com. mt li wieħed li vvota favur Delia din il-ġimgħa issieħeb mar-ribelli - jisfiduċjaw lil Delia quddiem il- President tar-Repubblika George Vella. Vella ilu mill-Ġimgħa jiddelibera dwar din id-deċiżjoni bla preċedent li mistennija issa tifrex it-triq 'il quddiem għall-Partit Nazzjonalista b'Adrian Delia jidher riżolt illi jibqa' fil-kariga, jiġri x'jiġri. Hemm diversi interpretazzjonijiet tal-Kostituzzjoni b'esperti fil- Kostituzzjoni - Austin Bencini, Giovanni Bonello u Kevin Aquilina - jgħidu illi l-Kostituzzjoni tgħid illi l-Kap tal-Oppożizjoni huwa l-Kap tal-akbar partit fl-Oppożizzjoni sakemm dan ikollu maġġoranza ta' Deputati warajh. Jgħidu illi żewġ artikoli li jidhru illi huma kontradittorji fil-fatt mhumiex u waħda tirreferi għall-ħatra tal-Kap tal-Oppożizzjoni wara elezzjoni ġenerali u oħra għal ħatra matul leġiżlatura. Jidher li hemm minn qed jinterpreta illi l-Kostituzzjoni tgħid li l-Kap tal-Oppożizzjoni għandu dejjem ikun il-Kap tal-Partit, anke bla appoġġ ta' Deputati warajh. Paul Borg Olivier, eks Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, qal mal-illum.com.mt illi jekk il- President tar-Repubblika jżomm lil Delia bħala Kap tal-Oppożizzjoni bbażat fuq il-premessa li huwa l-Kap tal-akbar partit fl- oppożizzjoni jkun qed jiddefendi l-kariga ta' Kap tal-partit qabel dik ta' Kap tal-Oppożizzjoni. "Din l-interpretazzjoni stretta li qed tintefa' bl-addoċċ, tkun qed iġġiegħel lill-Kostituzjoni tidher illi qed tagħti protezzjoni lill- kariga ta' Kap tal-partit - anke jekk ikun tilef l-appoġġ tal-maġġoranza - iktar milli tagħti importanza lill- kariga Kostituzzjonali ta' Kap tal- Oppożizzjoni," temm jgħid Borg Olivier. Il-Partit Nazzjonalista fi kriżi politika u kostituzzjonali. Ġurnata sħiħa ta' stennija lbieraħ għall-President - b'interpretazzjonijiet differenti tal- Kostituzzjoni Maltija u xi tgħid dwar il-ħatra ta' Kap tal-Oppożizzjoni Partit f'limbu ... sigħat ta' stennija għad- deċiżjoni tal-President dwar Adrian Delia

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 July 2020