Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1268414
IL-ĦADD 12 TA' LULJU 2020 • illum aħbarijiet Malta b'ċertifikat pożittiv! L-ekonomija mistennija tikber aktar mill-medja tal-UE minkejja l-pandemija Malta baqgħet fil-klassifika tal-pajjiżi A+ fir-rapport li għadha kemm ippubblikat Fitch Ratings. Din l-aġenżija internazzjonali ikkonfermat li l-prospetti għar-rating ta' pajjiżna baqgħu stabbli minkejja l-impatt negattiv tal- pandemija li madwar id-dinja dejjem qed jiġi rivedut 'il fuq. Fil-fatt, mindu faqqgħet il- Covid-19, din l-aġenzija naqset il-prospetti tal-Belġju, Franza, il-Latvja u Rumanija minn stabbli għal negattiv, filwaqt li tat downgrade fir-rating tar- Renju Unit minn AA għal AA- bi prospett negattiv u naqqset ir-rating tal-Islovakkja minn A+ għal A. L-esperti tal-Fitch Ratings, l-istess bħal dawk tal-IMF u tal-Kummissjoni Ewropea, qed ibassru li, minkejja d-dipendenza ta' pajjiżna fuq industriji bħat- turiżmu, l-impatt tal-Covid-19 fuq Malta ser ikun inqas minn dak fiż-żona ewro. Isostnu li l-andament ekonomiku ta' pajjiżna ser ikun 2.1% aħjar mill-medja taż-żona ewro fl- 2020. Filwaqt li fl-aġġornament preċedenti tagħhom l-esperti tal- Fitch kienu inċerti fuq it-tbassir tagħhom għal pajjiżna. Ir-rapport jistqarr li "l-potenzjal ta' Malta għat- tkabbir f 'termini medju jibqa' b'saħħtu u ħafna aħjatr mill- medja." Il-Gvern fi stqarrija sostna li dan ifisser li l-impatt tal- pandemija se jkun temporanju u mhux se jaffettwa l-potenzjal ekonomiku ta' pajjiżna. Element importanti huwa s-sostenn qawwi li ser ikun qed jagħti l-Gvern li, skont il-Fitch Ratings, ilaħħaq aktar minn 10% tal-ġid nazzjonali. L-esperti internazzjonali qed ibassru li, f 'temp ta' sentejn, mistenni jkun hemm "ritorn fħal xi forma ta' tkabbir ekonomiku" li jwassal biex id-defiċit li jkun inħoloq biex isostni s-sostenn tal- Gvern, jerġa' jiġi fil-livell stipulat fit-trattat ta' Maastricht. Ta' min jinnota li l-esperti tal-Fitch jgħidu li l-piż tad-dejn nazzjonali mhux ser jaqbeż is-60% tal-ġid nazzjonali, jiġifieri se jibqa' ferm anqas mil-livell fl-2012. Ir-rapport jipproġetta li, minkejja n-nuqqas ta' domanda esterna, Malta ser tibqa' tesporta aktar milli timporta. L-esperti tal-Fitch Ratings huma fiduċjużi wkoll fuq is-saħħa tal-banek Maltin li għandhom likwidtà għolja ħafna. Il-Gvern saħaq illi din l-analiżi hija "ċertifikat ieħor pożittiv dwar l-andament ekonomiku ta' pajjiżna. Kontra n-negattività u l-biża li ppruvaw ixerrdu wħud, aġenzija internazzjonali waħda wara l-oħra qed jikkonfermaw prospetti stabbli għal pajjiżna u jbassru impatt inqas negattiv mill-bqija taż-żona ewro." Boeżju u l-Filosofija lura Malta wara akkwist ta' €1.3 miljun L-akkwist ta' 'Boezju u l-Filosofija' twassal il-vjaġġ tal-opra fi tmiemu. Din l-opra, bħall- artist innifsu, għandha rabta b'saħħitha ma' Malta, hekk kif ġiet ikummissjonata mill-Kavallier Fra Andrea di Giovanni fis- seklu 17, u għamlet għexieren ta' snin imdendla fil-Palazz tal- GranMastru. Għalkemm dan il-kapolavur ser jintwera għall-ewwel darba fil-MUŻA, il-Mużew Nazzjonali tal-Arti, mis-17 ta' Lulju sal-31 ta' Lulju, ladarba jitlesta x-xogħol estensiv ta' restawr fil-Palazz tal- Gran Mastru, 'Boezju u l-Filosofija' sa fl-aħħar ser terġa' ssib postha f 'darha, fejn kienet oriġinarjament imdendla. L-akkwist tal-opra għas-somma ta' €1.3 miljun waqt l-Old Masters Auction ta' Sotheby's, fi New York, ġie ffinanzjat mill-Fond Soċjali għall-Iżvilupp Nazzjonali. Il-Ministru għall-Kultura Josè Herrera qal illi l-akkwist huwa evidenza ulterjuri tal-impenn tal- Gvern lejn il-ħarsien u t-tisħiħ tal- wirt artistiku u kulturali ta' pajjiżna. Il-Ministeru għall- Wirt Nazzjonali ħabbar li l-pittura 'Boezju u l-Filosofija', kapolavur ta' Mattia Preti, waslet Malta Ilbieraħ għall-ħabta tat-8:30 am il-Pulizija ġew infurmati permezz ta' telefonata li kien hemm bżonn l-assistenza fi Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ minħabba li kien hemm persuna feruta mixħuta fl-art. Il-Pulizija tad-Distrett marru mill-ewwel fuq il-post u hemm instab raġel b'numru ta' ġrieħi li kien qiegħed jingħata l-assistenza minn xi persuni li nzertaw fl-inħawi. Għaldaqstant, fuq il-post issejaħ tim mediku u ambulanza ħadet lill-vittma, li l-identità tiegħu għadha mhux magħrufa, l-Isptar Mater Dei għal iżjed attenzjoni medika. Hemmhekk, hu ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta' natura serja. Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Caroline Farrugia Frendo LL.D, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha. Il-Pulizija għadha għaddejja bl-istħarriġ sabiex tiġi stabbilità d-dinamika tal-każ, li qed jiġi ttrattat bħala hit and run. Kull min għandu xi informazzjoni li tista' tgħin fl- investigazzjonijiet huwa mħeġġeġ jgħaddiha lill-pulizija, anke b'mod kunfidenzjali fuq in-numru 119 jew 2122 400. Raġel isofri minn ġrieħi serji u jispiċċa ħażin