Illum previous editions

ILLUM 12 July 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1268414

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 27

12 intervista IL-ĦADD 12 TA' LULJU 2020 • illum 'Partit hijacked minn erba' min-nies li għandhom xi jedd speċjali' YENDRICK CIOFFI "Il-politika taffettwa lil kulħadd mhux biss lill-adulti jew lill-avukati. Dan jinkludi liż- żgħażagħ. Kemm jekk fil-PN u anke fil-PL, importanti li jkun hemm l-involviment taż-żgħażagħ fil-politika biex ikun hemm ilħna li jirrappreżentaw lilhom." Hekk beda jisħaq mal-gazzetta ILLUM omas De Martino, wiċċ żagħżugħ u ġdid fi ħdan il-Partit Nazzjonalista. L-ILLUM iltaqgħet miegħu u tibda tistaqsih dwaru nnifsu u għaliex minn tant affarijiet, għażel li jidħol fil-politika. Fi kliem De Martino, ħadd daqs iż- żgħażagħ infushom ma jista' jiem l-isfidi u l-aspirazzjonijiet tagħhom. "Adulti jistgħu jimu dak li jridu ż-żgħażagħ imma ħadd ma jista' jpoġġi 'l quddiem politika li tolqot direttament liż-żgħażagħ, ħlief iż-żgħażagħ infushom," saħaq De Martino. Kompla jisħaq li għall-kuntrarju ta' dak li jingħad, iż-żgħażagħ jitkellmu ħafna fuq il- politika, għax fi kliemu, biex titkellem fuq il- politika, ma jfissirx li trid titkellem fuq il-PN jew fuq il-PL. "Mhux ħafna żgħażagħ jitkellmu fuq Adrian Delia u Robert Abela, iżda ħafna żgħażagħ jitkellmu kif mhux qed ilaħħqu bl- istipendju, kif it-trasport pubbliku mhuwiex effiċjenti, ħafna jitkellmu dwar it-traffiku u l-ambjent, dwar il-fatt li ż-żgħażagħ taħt it-18-il sena ma għandhomx fejn imorru jiddevertu, dwar l-abbuż mid-droga u dwar il-kostruzzjoni bl-addoċċ. Iż-żgħażagħ mhux bilfors qed jitkellmu dwar l-aħmar u l-blu imma jitkellmu ħafna fuq it-temi li fl-aħħar mill-aħħar huma politiċi," saħaq De Martino. De Martino huwa esponent tal-PN iżda jaħseb li fadal iż-żmien għall-politika partiġġjana? Ma jaħsibx li f 'Malta ffissati wisq fuq il-PN u l-PL? Ma jeħodhiex bi kbira. Fi kliemu, il-polarizzazzjoni hija frott il-fatt li aħna Mediterranji u f 'kollox irridu ndaħħlu r-rivalità. "Anke f 'sempliċiment festa. L-iċken raħal ikollu żewġ każini. Aħseb u ara fil- politika," insista De Martino. Saħaq li hu ma jaqbilx ma' min, għax ikun għamel xi ħaġa l-PL, u għax huwa Nazzjonalist, jara kollox ħażin u viċi-versa. "Ir-rivalità mhijiex għal kollox ħażina. Li jkun hemm ċertu rivalità bejn żewġ partiti, min se jagħmel l-aħjar politika, min se jolqot l-aktar nies, min se jiem aktar ir-realtajiet tan-nies ... hemm ir-rivalità tkun pożittiva għax bħal għandek inċentiv biex dejjem toffri l-aħjar. Jekk iż-żewġ partiti dejjem ikunu għassa fuq xulxin, it-tnejn li huma se jipprovaw joffru l-aħjar," saħaq De Martino. Mill-banda l-oħra insista li r-rivalità tista ssir għadu meta tintuża biex wieħed ikisser lill-ieħor. "Ir-rivalità għandha tkun hemm biex tgħinha ntejbu lil xulxin. Jekk il-PL ippropona xi ħaġa li jiena ma naqbilx magħha mhux nattakkaha u daqshekk imma nipprova nippreżenta xi ħaġa li hija ħafna aħjar," insista De Martino. "Ħares lejn pajjiżna. Ara kemm imxejna 'l quddiem mill-Indipendenza 'l hawn. Flimkien tejjibna l-pajjiż. Ara kemm tista' tagħmel affarijiet, speċjalment meta ż-żewġ partiti jibnu fuq it-tajjeb ta' xulxin." Għaliex daħal fil-PN meta jaf li l-Partit jinsab għarkupptejh? L-ILLUM tistaqsih għaliex għażel il-PN għax ngħiduha kif inhi, ma daħalx fih fl- isbaħ żminijiet? De Martino jibda jgħid kif hu qatt ma jiakar lill-PN fl-aqwa żminijiet tiegħu. Jispjega kif fi żmien ir-Referendum tal-Unjoni Ewropea, hu kien għadu tarbija. Fakkar li hu ġej minn familja Nazzjonalista u involuta fil-politika u għalhekk, fi kliemu, ikun qed jigdeb jekk jgħid li dan ma affettwahx. "Imma mhux għalhekk biss. Naf li l-PN, tul l-istorja, ta' kontribut enormi biex ġab pajjiżna 'l quddiem. Il-PN ġabna mill- ġlied f 'Tal-Barrani għal Brussell. Ara partit politiku, meta jaħdem sew, kemm jista' jagħmel ġid. Il-PN ħadna minn kważi gwerra ċivili għall-pajjiż fl-Unjoni Ewropea," insista l-politiku żagħżugħ. Iżda ma waqafx hawn. Insista li jinsab ċert li l-PN fadallu jagħmel aktar ġid lill-pajjiż. "Jien mhux qiegħed hawn għax nammira l-istorja tal-PN. Mhux qiegħed hawn qisni qiegħed f 'mużew. Qiegħed hawn għax ċert li l-PN fadallu x'joffri," kompla jisħaq. Fakkar li anke l-Partit Laburista għadda minn żminijiet diffiċli u rnexxielu jirriġenera lilu nnifsu. "Il-PL tela' fil-Gvern, għamel il-ġid u għamel il-ħażin ukoll. Taqbel ma taqbilx it-tajjeb trid tgħidlu tajjeb, imma għamel il- ħażin ukoll u aħna rridu naraw kif nistgħu ntejbu u nagħtu futur aħjar." 'Jekk nieqfu mal-esperjenza biss insiru biss mużew' L-ILLUM tistaqsih jekk il-PN għadux attraenti għaż-żgħażagħ. Tħares lejn il-PL tarah mimli żgħażagħ. Biss biss insemmu d-Deputat Mexxej il-ġdid għall-Affarijiet tal- Partit, Daniel Micallef u anke diversi membri tal-kabinett. Mill-banda l-oħra, il-PN għamel riforma b'Louis Galea, poġġa bħala Segretarju Ġenerali lil Francis Zammit Dimech u lil Censu Galea bħala President tal-Kunsill Ġenerali. Għaliex qiesu qed iħares lura flok 'il quddiem? "Għalhekk jien qiegħed hawn. Qiegħed hawn biex inbiddel dik," insista waqt li tenna li l-partit xorta waħda għandu bżonn nies ta' esperjenza. "Imma jekk nieqfu mal- esperjenza biss insiru biss mużew. Irridu l-enerġija, il-ħeġġa, l-innovazzjoni. Jien għalhekk qiegħed hawn. Jien kuljum niġri wara ż-żgħażagħ u nitkellem magħhom." L-ILLUM tistaqsih jekk jaħsibx li qed jaqdef fil-vojt iżda hu jisħaq li jirbaħ min jirbaħ l-elezzjoni li jmiss, irid li jkollu kuxjenza saa li jkun għamel dak kollu li seta' jagħmel. "Jekk nirbħu tajjeb. Jekk le, ngħid li jiena dmiri għamiltu ma' dak il-partit li nibqa' nemmen li jista' joffri futur aħjar," insista ż-żagħżugħ. 'Dawn l-intriċċi jsewdulek qalbek u jumiljawk' Tkellimna dwar il-vot ta' sfiduċja f 'Adrian Delia, riżultat ta' sitwazzjoni li kienet ilha ġejja u li fl-aħħar splodiet. Meta jara hekk, hu li għadu żagħżugħ, ma jaqtax qalbu? Ma jitlifx il-fiduċja fil-politika? "Fi grupp, il-bnedmin mhux dejjem jaqblu. Jiena nemmen li dawn huma affarijiet li wieħed irid jerfa' l-piż tagħhom meta jkun irid iservi partit u l-pajjiż ... Jekk mhux se tippersisti mhux se tasal. Jekk tieqaf żgur li mhux se tasal. Jekk tippersisti tista' tasal," insista De Martino. Madanakollu ammetta li dawn mhux żminijiet sbieħ. "Ovvjament dawn l-intriċċi jsewdulek qalbek, iweġġgħuk u jumiljawk man-nies. Meta n-nies ikunu jafu li inti Nazzjonalist u li tkun ħafna d-Dar Ċentrali, aktar jumiljawk speċjalment wara dak li ġara din il-ġimgħa. Qalbek tinqasam tara dawn l-affarijiet imma dak huwa parti mill-prezz li trid tħallas jekk sinċeriment temmen li kapaċi toffri xi ħaġa għall-pajjiż," kompla jisħaq. Kien hawn li insista li biex dan iseħħ, biex il-Partit joffri xi ħaġa aħjar għall-pajjiż, irid ikun hemm kulħadd jaħdem fuq l-istess linja għax jekk le, fi kliemu, inutli jkollok l-aqwa nies. Mhux inkwetanti li anke ż-żgħażagħ fil-PN mifruda? Hawn l-ILLUM twaqqfu u tfakkru li fil- Għad għandu 19-il sena imma jaf jitkellem daqs l-akbar politikant. Ilu mill-2016 jimmilita fil-Partit Nazzjonalista u fejn ikun Adrian Delia, x'aktarx se tara lilu. Beda mill-Kumitat Sezzjonali tal-Mosta u kompla jaħdem f'Team Start, il-fergħa fi ħdan il-PN għaż-żgħażagħ li għandhom inqas minn 18-il sena. Il-gazzetta ILLUM tmur id-Dar Ċentrali u tpoġġi bilqiegħda ma' Thomas De Martino. Kif nistgħu ngħidu li aħna għandna l-bniedem fiċ-ċentru tal-politika tagħna u mbagħad għax ġie bniedem ġdid naħarquh

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 July 2020