Illum previous editions

ILLUM 12 July 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1268414

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 27

13 intervista illum • IL-ĦADD 12 TA' LULJU 2020 min-nies li jaħsbu PN lanqas iż-żewġ fergħat taż-żgħażagħ ma jimxu fuq l-istess linja. L-MŻPN ma għandux fiduċja f 'Delia filwaqt li Team Start jiddefendu l-Kap. Dan jawgura tajjeb għall-futur tal-PN? De Martino beda billi fakkar f 'dak li żvela s-sit illum.com.mt, jiġifieri li l-istqarrija tal- MŻPN, li talbet għar-riżenja ta' Delia, ma kinitx ġiet approvata mill-eżekuttiv tal-istess fergħa taż-żgħażagħ. Fi kliem De Martino, huwa ironiku li stqarrija li tippriedka fuq id- demokrazija u l-istqarrija nnifisha hija anti- demokratika. Kompla jisħaq li ż-żewġ fergħat jaħdmu ma' faxex differenti ta' żgħażagħ u għalhekk anke jekk jaħdmu flimkien, ma jagħmilx sens li jkunu ħaġa waħda. "Il-problema hija li għandek fergħa li għandha fehma dwar il-Kap u fergħa oħra li l-fehma tagħha hija differenti. Imma ma hemmx żewġ fergħat minħabba l-kwistjoni tal-Kap. Saru biex ikun hemm rappreżentanza aktar wiesgħa ta' żgħażagħ. Bħala Team Start nagħmlu li nistgħu biex ikollna relazzjoni tajba mal-MŻPN. Għal dan is-sajf kellna proġetti li kellna naħdmu flimkien dwarhom. Ma niddejjaqx naħdem magħhom sakemm naħdmu flimkien għall-ġid tal-Partit," insista. 'Vot ta' 19-il persuna ma jistax iġib null il- vot tat-tesserati' De Martino jidher ħafna ma' Delia, iżda wara l-aħħar żviluppi, verament jaħseb li hu għaqli li Delia jibqa' l-Kap tal-PN? Beda jfaħħar id-determinazzjoni ta' Delia għax fi kliemu, fil-mumenti meta ta' madwaru jkunu qatgħu qalbhom, partikolarment meta wieħed iqis l-ostakli li sab ma' wiċċu f 'dawn it-tliet snin, l-enerġija tiegħu hija "inkredibbli." Dawn huma karatteristiċi, kompla jispjega, li jrid ikollu kull kap tal-partit u kull Prim Ministru. Ma tistax tieqaf mal- ewwel mewġa. Saħaq li Delia wera li kapaċi jegħleb l-ostakli u jibqa' għaddej b'aktar determinazzjoni," insista. "Is-sitwazzjoni li ninsabu fiha hija miskina. Iddejjaq lin-Nazzjonalisti ġenwini," saħaq De Martino. Fakkar li bħala Kap tal-Oppożizzjoni, Delia tilef l-appoġġ tad-Deputati iżda insista li bħala Kap tal- PN, Delia għandu l-appoġġ tal-maġġoranza tat-tesserati. "Kif nistgħu nippriedkaw id-demokrazija u politika li tirrispetta l-opinjonijiet tan-nies u mbagħad vot ta' 19-il persuna iġib null il-vot ta' eluf ta' tesserati u kunsilliera." Kien hawn li De Martino insista li l-fattur komuni f 'dawn il-problemi huma d-Deputati li ma jridux jaħdmu ma' Delia. '...nukleu li jrid jiddetta dak kollu li jridu l-partitarji u l-kunsilliera' "X'jiġri jekk nagħmlu Kap ġdid tal-PN u d-Deputati jibqgħu ma jaċċettawhx? Se nibqgħu neleġġu Kap ġdid sakemm dawn jaċċettawh? Dawn 19-il ruħ li ħafna minnhom ilhom hawn żmien twil. Aħna qed nippruvaw inġeddu l-partit ... u hijacked minn erba' min-nies li jaħsbu li għandhom xi jedd speċjali fuq il-Partit," saħaq b'passjoni. "Jien irrid naħdem ma' kulħadd. Inkluż ma' dawn id-Deputati. Aktar ma jkolli nies miegħi, aktar għandi voti. Aħna rriduhom magħna. Imma ma nistgħux nibqgħu sejrin hekk, b'nukleu li jiddetta dak kollu li l-partitarji u l-kunsilliera jridu." Kompla jisħaq li l-argument ta' min jgħid li Delia ma kiseb xejn għall-PN fl-aħħar tliet snin ma jagħmilx sens għax fi kliemu dan beda "bil-gambetti," minn qabel sar Kap. "Gambetta wara l-oħra fit-tellieqa u nneħħuk għax tli flok inneħħu lil min qed jagħmel il-gambetti," insista De Martino. "Mill-esperjenza naf li Delia kemm-il darba ressaq l-id tal-ħbiberija u dawn ma aċċettawx." Insista li partit ikun sinjur meta jkollu ideat u opinjonijet differenti għax hekk ifisser li qed jirrappreżenta nies differenti. Madanakollu saħaq li ma jistax ikun li it nies jibqgħu jiddettaw huma x'jiġri. "Aħna daħħalna d-demokrazija u issa se nkunu aħna li nimminawha," insista De Martino. 'Riedu jtajruh mill-bidu nett...' Iżda l-ILLUM tinsisti miegħu li għall- pajjiż u l-partit din mhijiex sitwazzjoni feliċi. F'dan l-istadju, Delia, mhux aħjar iwarrab għal ġid ta' kulħadd? "Delia qatt ma tħalla jaħdem. Mill-ewwel ġurnata beda bit-tfixkil," tenna De Martino waqt li insista li l-allegati chats ma' Yorgen Fenech mhumiex ir-raġuni vera għaliex iridu jtajru lil Delia. "Riedu jtajruh mill-bidu nett, minn qabel sar Kap ... daqqa minħabba problemi familjar, daqqa għax ħareġ sondaġġ, daqqa għax tlifna l-elezzjoni u issa sibna skuża oħra." Jaħseb li Delia għandu jitlob mill-ġdid il- fiduċja tat-tesserati? De Martino ma jaqbilx. "Kemm se ndumu sejrin hekk? Is-sajf li għadda morna għall-vot tal-kunsilliera ... fl- 2017 ivvutawlu madwar 53% tal-kunsilliera u s-sena l-oħra vvutawlu 67%. Dan wara telfa elettorali. In-nies jafu li dan qatt ma ngħata ċans. Kif nistgħu ngħidu li aħna għandna l-bniedem fiċ-ċentru tal-politika tagħna u mbagħad għax ġie bniedem ġdid naħarquh." Ħiereġ għall-elezzjoni? Ħallejna l-Partit Nazzjonalista u erġajna tkellimna fuq omas u l-ambizzjonijiet tiegħu. Fejn jarah jasal fil-politika? Irid ikun fil-Parlament, fil-Parlament Ewropew, jew jibqa' jaħdem fil-Partit biss? "MEP żgur li le. Jiena ma nimmaġinax lili nnifsi ngħix barra minn Malta," wieġeb minnufih. "Ma nħarisx lejn karigi. Inservi biss fejn nara li n-nies jixtiquni nservi. Jekk in-nies iridu nasal sal-Parlament, jew għal xi kariga fil-PN, imbagħad nikkunsidra." L-ILLUM staqsietu jekk jixtieqx jikkontesta l-elezzjoni ġenerali li jmiss. "Kieku jdendluni tal-familja. Jiena għadni student. It-tentazzjoni hija kbira ħafna imma rrid niffoka fuq l-istudji tiegħi u anke għax nemmen li għandi ħafna kontribut x'nagħti fil-PN, mingħajr ma nkun kandidat," temm jgħid De Martino.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 July 2020