Illum previous editions

ILLUM 12 July 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1268414

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 27

14 analiżi IL-ĦADD 12 TA' LULJU 2020 • illum MHUX L-EWWEL DARBA LI SMAJNIHA DIN! 'Traditur, traditur...' ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-kelma 'traditur' hija tqila, kerha u b'saħħitha. Hija t-tgħajjira li f 'termini politiċi taf l-oriġini tagħha f 'Benedict Arnold, Ġeneral Amerikan li tradixxa l-armata tiegħu waqt il-gwerra. F'din il- paġna se nagħtu ħarsa ħafifa lejn dawk li fl-aħħar 30 sena kienu mlaqqmin tradituri, fl-istorja politika ta' Malta u jekk dawk li għajjruhom 'tradituri' ħafrulhomx. 'Traditur u Ġuda ...' - Mintoff Fil-memorja kollettiva u dik tal- ġenerazzjonijiet ta' mezza età għadha friska l-memorja tal-eks Prim Ministru u eks Mexxej Laburista Dom Mintoff ħiereġ mill-Parlament għall-għajjat ta' "Ġuda" u "traditur". Kien is-Sajf tal-1998 illi matulu faqqgħet ġlieda li kienet ilha tbaqbaq minn taħt mill-elezzjoni ta' qabel, jiġifieri tal-1996, meta Dom Mintoff tħalla joħroġ fit-Tieni Distrett minn Alfred Sant bi programm differenti u b'attivitajiet separati minn dawk ta' taħt il-kappa 'Iċ-Ċittadin l-ewwel' tal-Malta Labour Party. Mintoff kien ħadha kontra Sant fuq proġett fil-Kottonera illi kien jara il-moll tal-Birgu jingħata lill-privat - dan kien iċ-ċirasa fuq il-kejk fil-verità għaliex Mintoff kellu ħafna problemi bil-Gvern ta' Sant, fosthom l-għoti ta' Forti Sant'Anġlu lill-Kavallieri, il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, il-privatizzazzjoni parzjali tat-Telemalta u t-tneħħija tat-tmexxija mill- ħaddiema fit-Tarzna. Kellu wkoll problema mal-mod kif hu - skont hu - kien qed jiġi trattat mill-partit. Kull min jiakar dan l-apiodju jiakar ċar ix-xeni ta' Mintoff intervistat minn Pierre Portelli fid-dar tiegħu f 'Ħal Tarxien b'riga tal-injam jipponta lejn pjanti tal-proġett tal- Kottonera. Imbagħad id-diskorsi maratona fil-Parlament li wasslu għall-vot ta' sfiduċja fil-Gvern ta' Alfred Sant, wara li dan kien rabat vot dwar il-proġett tal-Kottonera ma' vot ta' fiduċja. Ir-rapporti minn ġol-Kamra tal- Parlament kienu jgħidu illi l-eks Deputat Laburista Joe Debono Grech kien qam għal Mintoff u l-eks Deputat Alex Sciberras Trigona kien għamel għall-eks Deputat Lino Spiteri. Xħin ħareġ mill-binja Mintoff kien milqugħ bl-għajjat ta' attivisti Laburisti preżenti jgħajjruh 'Ġuda' u 'traditur'. Kien lejl ta' kommossjoni u tensjoni politika li ra Gvern jikkrolla taħt il-piż ta' dak meqjus bħala "is-salvatur tiegħu" Ħafrulu? Alfred Sant baqa' politiku rrabjat wara dan l-episodju. L-aktar li dejqet lilu u lil ħafna votanti Laburisti kien li Gvern leġittimu li tela' wara swing ta' 20,000 vot mill-elezzjoni tal-1992 (PN rebaħ b'13,000 vot) ikollu l-leġiżatura mwaqqfa b'mod ħesrem. Sant kien dejjem jalludi għal kumplott jew xi forma ta' ehim bejn Mintoff u l-Partit Nazzjonalista mmexxi minn Eddie Fenech Adami biex jitwaqqa' l-Gvern. Ħafna Laburisti baqgħu mweġġgħin għal Mintoff u għalkemm maż- żmien ħafna bdew jaħfru - kien hemm min baqa' ma ħafirlux. L-akbar vantaġġ ta' Dom Mintoff kien illi dan kien ġgant politiku - maħbub u kważi meqjum minn eluf kbar ta' Laburisti. Riformi u l-oligarkija "M'għandi ebda fiduċja f 'nies bħal (PM) Gonzi. Huwa Prim Ministru mhux alla u l-pajjiż għaddej minn ħafna tbatija minħabba r-ras iebsa tiegħu. M'għandi ebda fiduċja fil-Gvern." Kliem Franco Debono - sena qabel tħabbret elezzjoni ġenerali u sena kkaraterizzata minn ġlied intern fil-PN, li wassal biex Lawrence Gonzi tilef il-fiduċja tal-maġġoranza tal-Grupp Parlamentari - hekk kif dan kellu biss maġġoranza ta' siġġu wieħed fil-Parlament. Fl-istess jum Debono kien qal li hu mhux se jagħtih aktar appoġġ u allura Gonzi seta' jsejjaħ elezzjoni għax hu ma jagħtix appoġġ lil dik li sejħiljha "oligarkija". Hu kien diġa' astjena fuq vot dwar Austin Gatt, dak iż- żmien Ministru prominenti tal-PN. L-inkwiet baqa' jkarkar sakemm Debono vvota kontra l-Baġit mressaq lejn l-aħħar tal-2012, mal-Oppożizzjoni Laburista b'Gonzi jgħid il-famużi kliem: "Franco Debono huwa kapitlu magħluq ... m'għandix dispjaċir Franco Debono rrelevanti." Debono kien imlaqqam traditur u ħafna votanti Nazzjonalisti ħaduha kontrih bil- kbir, tant hu hekk li sas-sigurtà kellha titpoġġa mad-dar tiegħu. Wara r-riżultat elettorali tal-2013 sa ttella' ritratt fuq il- midja soċjali juri lil Debono jintrefa' fuq l-ispallejn minn attivisti tal-Partit Laburista f 'Ħal Għaxaq. Ħafrulu? Jidher li seba' snin wara hemm diskussjoni dwar jekk - saħansitra - għandux imur lura fil-PN. Debono stess din il-ġimgħa qal li kienu bosta li ċemplulu u ħeġġuh biex jerġa jmur lura għand il-partit. Anke fil-pubbliku, persuni bħal Joe Giglio fuq Xarabank faħħru lil Debono. Jekk evetwalment jidħolx lura jew le għad irridu naraw. Li hu ċert iżda huwa li Debono lura fil-PN tkun xi ħaġa simbolika għall-partit, ċertifikat ta' amiċizia ma' xi ħadd li kien meqjus traditur minn ħafna Nazzjonalisti , iżda li llum bosta fil-PN jammettu li dak li ppropona fl-oqsma tal-ġustizzja u riforma kostituzzjonali kien jagħmel sens. Xi ħaġa bħal din, kieku ssir issa tagħti it injezzjoni lil Kap u partit imkisser u mifrud. 19-il traditur... Il-gazzetta tal-lum hija mimlija materjal dwar dak li ġara din il-ġimgħa - katakliżmu fil-Partit Nazzjonalista ta' proporzjonijiet kbar. 19-il Deputat ħaduha kontra Adrian Delia u vvutaw kontrih f 'vot ta' fiduċja li Delia prova kemm seta' jevita' din il- ġimgħa. Apparti li vvutaw kontrih iżda, dawn id-19 - li uħud minnhom qatt ma appoġġjaw lil Delia - għawwġulu jdejh billi pproponew lil erese Comodini Cachia bħala Kap tal-Oppożizzjoni. Se jaħfrulhom? Ħafna Nazzjonalisti huma rrabjati ħafna però hemm min mhux u hemm min saħansitra u pubblikament jikkongratulahom lil dawn id-19. Dawk il-ħafna rrabjati se jdumu ma jaħfrulhom u dik ta' bħalissa se tibqa' ġerħa politika kbira għall-Partit Nazzjonalista. Chris Said Franco Debono Dom Mintoff

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 July 2020