Illum previous editions

ILLUM 12 July 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1268414

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 27

11 analiżi illum • IL-ĦADD 12 TA' LULJU 2020 Grupp Parlamentari mifrud Karl Gouder - Imexxi l-midja tal-Partit Nazzjonalista u fil-pubbliku wkoll qatt ma tkellem kontra Delia. Minkejja dan hu kien wieħed minn dawk meqjusin illi ħaduha kontra Delia diversi drabi, finalment din il-ġimgħa stess kien ikkonfermat meta listi fil-midja soċjali qalu li vvota kontra Delia. Huwa kien ukoll wieħed mill- grupp ta' 17-il Deputat li ħaduha kontra Delia ktar kmieni din is-sena. Ryan Callus - Minkejja li dejjem żamm profil baxx, Callus deher fil-lista kemm ta' dawk is-17 li ħaduha kontra Delia u issa wkoll fost dawk li vvutaw kontra l-Kap tal-PN Kevin Cutajar - Dan id-Deputat Għawdxi dejjem żamm profil baxx ħafna għalkemm huwa mium, li vvota kontra Delia din il-Ġimgħa. Ximkien fin-nofs jew mhux daqstant kontra/favur Hermann Schiavone - Schiavone kien, fil-bidu , wieħed mill-aktar Deputati favur Adrian Delia - wieħed mill-it Deputati fil-fatt li kkampanjaw għal Delia. Schiavone baqa' leali sakemm dan l-aħħar għamel twissija ċara lill-Grupp Parlamentari li spiċċat ġiet leaked u li fiha jwissi li l-PN hemm bżonn jagħmel xi ħaġa għaliex id-differenza bejn il-partiti bħalissa tinsab ta' madwar 90,000 vot. Mhux ċar kif ivvota din il-ġimgħa, għalkemm fuq il-midja soċjali intqal li vvota kontra Delia - xi ħaġa li ma ċaħadx. Kristy Debono - Kristy flimkien ma' Hermann Schiavone, kienet akkużata illi organizzat laqgħa ma' Yorgen Fenech dwar kiri ta' swali għal attivitajiet tal-PN wara li kien żvelat illi 17 Black hija ta' Yorgen Fenech. Mhux ċar kif ivvotat għalkemm isimha deher ma' dawk kontra Delia fuq il-midja soċjali u hi ma ċaħditx. Stephen Spiteri - Tabib popolari fil-Kottonera, kwiet u it li xejn jidħol f 'kontroversji. Żgur li qatt ma mar fil-pubbliku kontra Delia, lanqas f 'każi illi fihom numru ta' Deputati ħarġu għonqhom. Jidher iżda illi bħal Schiavone u Debono, Spiteri vvota kontra l-Kap Nazzjonalista - pass mhux antiċipat. Il-gazzetta ILLUM hija nfurmata illi kien mhedded quddiem ir-residenza tiegħu. Ivan Bartolo - Fil-listi jinsab bħala persuna li vvutat kontra Delia. Huwa preżentatur fuq ir-radju tal-Partit Nazzjonalista u swticher. Jidher iżda li huwa wieħed minn dawk li fl-aħħar xhur ħaduha kontra Delia. Dawk li huma favur Delia bil-qawwi Robert Arrigo - Viċi Kap u persuna oħra qrib Delia li mhux l-ewwel darba illi wera' ċerta frustrazzjoni għall-kritika interna li ssir. Responsabbli miċ-ċedoli u l-finanzi tal-partit, Arrigo kien irriżenja iżda mbagħad dawwar ħsiebu u baqa'. David Agius - Huwa l-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista u wieħed mill-aktar persuni viċin Delia. Clyde Puli - Eks Segretarju Ġenerali li meta rriżenja kien kiteb ittra qawwija u b'saħħitha illi fiha indika li baqgħu jsiru l-bsaten fir-roti u allura l-PN ma setax jimxi 'il quddiem David Agius - Huwa l-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista u wieħed mill-aktar persuni viċin Delia. Robert Arrigo - Viċi Kap u persuna oħra qrib Delia li mhux l-ewwel darba illi wera' ċerta frustrazzjoni għall-kritika interna li ssir. Responsabbli miċ-ċedoli u l-finanzi tal-partit, Arrigo kien irriżenja iżda mbagħad dawwar ħsiebu u baqa'. Maria Deguara - Mart l-eks Ministru tas-Saħħa Louis Deguara vvotat favur Adrian Delia Edwin Vassallo - Id-Deputat Mosti ivvota favur Delia u huwa meqjus MP leali lejn Delia. Robert Cutajar - Id-Deputat Mellieħi vvota favur Delia u huwa meqjus bħala persuna li dejjem kienet favur il-Kp tal-PN Mario Galea - Deputat li jżomm profil baxx imma lealissimu lejn Delia. Carm Mifsud Bonnici - Deputat li jżomm profil baxx b'familja bi storja fil-PN. Dejjem baqa' wara Delia. Toni Bezzina u Frederick Azzopardi - Żewġ Deputati li wkoll qatt ma tkellmu dwar materji li jirrelataw mal-Kap tal-PN iżda li wkoll dejjem baqgħu wara l-Kap Nazzjonalista.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 July 2020