Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1268414
27 films illum • IL-ĦADD 12 TA' LULJU 2020 Carmel Bonnici Films fiċ-ċinema minn din il-ġimgħa The Hunt Wara li riċentement rajna żewġ films tal- biża' u l-qtajja mingħand il-produttur Jason Blum ta' Blumhouse, nistennew issa xogħol mimli azzjoni u qtil, e Hunt, b'andament eżileranti li jħallik bla nifs. F'post mingħajr siġar mhux il-bogħod minn foresta, 12-il stranġier iqumu u jsibu ruħhom b'sarima f 'ħalqhom. Huma m'għandhom l-ebda ħjiel kif jinsabu hemm u lanqas fejn qegħdin. Jirriżulta li dawn ġew magħzula ghal skop speċifiku - biex ikunu kkaċċjati. Grupp ta' nies tal-klassi għolja jiltaqgħu f 'post remot, imsejjaħ Manor House, biex isusu wara u joqtlu xi Amerikani ordinarji, dan kollu biex jissodisfaw id-delizzju sportiv tagħhom. Din id-darba pero' mhux kollox se jirnexxi għaliex waħda minn dawk magħżula, Crystal [Gilpin] hija ntiża ħafna f 'din il- logħba mortali u hi stess taġixxi kontrihom b'qilla kbira. Wara li tibda tnaqqihom wieħed wieħed, tlesti triqtha għal Manor House biex titkixxef min hu l-perċimes. Imma din il-ħaga mhux se tkun faċli bhal dak kollu li għamlet qabel. e Hunt hu thriller splussiv ibbażat minn fuq l-istorja qasira, e Most Dangerous Game miktuba fl-1924. Il-ġenesi ta' dan ix-xoghol ħa l-ħajja meta wara l-elezzjoni tal-2016 tal-Istati Uniti, nħolqu hafna teoriji oskuri ta' konfoffa fejn il-produtturi u kittieba Damon Lindolf u Nick Cuse saru politikament ossessjonati waqt li ġiethom l-idea ghal din il-produzzjoni li, fuq kollox, għandha similaritajiet ma' films tal-passat specjalment bħal Hard Target [1993] tal- attur Jean-Claude Van Damme. Azzjoni u eċitament ma jaqtgħu kważi xejn! Atturi Ewlenin: Betty Gilpin; Hilary Swank; Emma Roberts; Ike Barinholtz; Amy Madigan; Ethan Suplee. Direttur: Craig Zobel. Mahrug minn KRS Releasing. 95 min. Cert. My Spy L-eks-lottatur, issa attur, Dave Bautista, wara sensiela ta' films ta' azzjoni gwappa jew tas-supereroj, bhall-eks- lottatur ieħor Dwayne Johnson, qaleb il-folja b'kummiedja b'xi azzjoni ħelwa u mexxejja. My Spy, fil-ftuħ tiegħu jagħti l-impressjoni li hu xi xogħol ieħor ta' azzjoni sfiqa, imma malajr ibiddel it- tendenza tiegħu. Bautista jaħdem ii-parti ta' Jason Jones, operatur tal-forzi sigrieti tas-C.I.A. li fil- bidu, bis-saħħa li għandu fuqu, jiknes minn nofs ċorma kriminali minaċċuzi. Wara J.J., kif magħruf ma' sħabu, flimkien mal-kollega tiegħu Bobbi Ault [Schaal], iwaqqfu apparat ta' sorveljanza f 'appartament, f 'dar fejn jgħixu Sophie [Coleman] tifla ta' 9 snin b'intelliġenza ħafna aktar avvanzata ghal żmienha u ommha Kate Newton [Fitz-Henley] Sophie, ta' makakka li hi, malajr tiskopri l-pjan ta' J.J. u biex ma tikxfux tirrikattah biex jgħaddi ħafna ħin magħha, għax hi bla missier, u jgħallimha kif tkun spija bħalu. Għalkemm ma jkunx jixtieq, isib li din it-tifla ta' ntellett superjuri u li taf kif tirreaġixxi biex tonsbu f 'kull sitwazzjoni li tinqala', tant għandha kariżma fuqha li jinkaram warajha. My Spy, produzzjoni li tħallat flimkien azzjoni, umoriżmu u ħbiberija hu film ta' ċerta ħlewwa fejn is-soltu Bautista, fir-rwol ta' karattru iebes u strett, jinħall b'mod inkredibbli tant li jsir mans u vulnerabbli quddiem ċkejkna li kapaċi timmanipulah mingħajr l-iċken tbatija. Naturalment, bejnu u bejn ommha titkebbes sitwazzjoni ġentili u amikevoli għall-gost tat-tifla. Iż-żgħira tiddomina l-ħin kollu u Bautista juri lat ieħor delikat tiegħu, minkejja li fih tassew golf u xi ftit goff fil- movimenti li jeżerċita. Atturi Ewlenin: Dave Bautista; Chloe Coleman; Kristen Schaal; Parisa Fitz-Henley; Ken Jeong. Direttur: Peter Segal. Mahruġ minn KRS Releasing. 99 min. Cert. P.G.