Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1268414
03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 12 TA' LULJU 2020 Situation Vacant Technical Support Officer with Safe City Malta Ltd Permit No: 352/2020 Main Duties: 1. Provides day-to-day first line support and daily running of network infrastructure and computer systems; 2. Monitors network infrastructure and all data centre systems; 3. Troubleshoots system and network problems, diagnosing and solving hardware or software faults; 4. Provides operational support, including procedural documentation and relevant reports; 5. Works in tandem with other team members, suppliers, services providers and 3rd party contractors to roll-out new services in different locations; 6. Tests and evaluates new technology; 7. Willing to work flexibly out of office hours to assist customers when required. Core competencies: • Layer 2 and Layer 3 network infrastructure operations and maintenance. • System administration (Windows and Linux). Education Level, Qualifications and Skills: • MCAST Advanced Diploma in I.T. (Computer Systems and Networks), or a similar ICT qualification (minimum MQF Level 4). Applicants in possession of CCNP, MCSE or similar certification also considered. LPI and Enemalta Licence A considered an asset. • Fluency in written and spoken English and Maltese. • At least 18 months' work experience in a similar role. • Good communicator. • Team player. • Ability to work under minimal supervision. • Ability to solve problems from logical principles. Applications together with a detailed CV are to reach us on hr@mimcol.com by not later than 20 th July 2020. Mill-Iżvizzera sa Ħal Luqa - Il-festival Internazzjonali tal-Logħob tan-Nar Il-Festival Internazzjonali tal- Logħob tan-Nar ta' din is-sena se jsir fl-aħħar ta' dan ix-xahar u fl-ewwel ġimgħa ta' Awwissu li ġej. Fil-festival, li din is-sena se jkun fid-19-il edizzjoni tiegħu, se jipparteċipaw sitt kumplessi tan-nar barranin u wieħed lokali. Il-kumplessi barranin ġejjin mir- Renju Unit, l-Isvizzera, l-Italja (tnejn), Franza u l-Ukrajna. Il-kumpless lokali se jkun dak tal-Post tan-Nar Sant'Andrija, Ħal-Saflini, Ħal-Luqa. Il-wirjiet kompetittivi se jkunu akkumpanjati minn spettakli ta' nar provduti minn diversi kmamar tan-nar Maltin. Il- wirjiet, kemm dawk kompetittivi kif ukoll ta' akkumpanjament se jsiru kemm f 'Malta kif ukoll f 'Għawdex. Dettalji dwar il-festival, li se jkun organizzat mill-Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur flimkien mal- Awtorità għat-Turiżmu, ingħataw waqt Konferenza tal-Aħbarijiet mill-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli u minn Gavin Gulia, Chairman tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu. "Huwa fatt li l-festi tal-ibliet u tal- irħula tagħna huma parti integrali u qawwija fit-tradizzjoni u fil-kultura Maltija u Għawdxija. Daqstant ieħor huwa innegabbli l-fatt li l-piroteknika Maltija tifforma parti importanti mill-festi. Huma attrazzjoni mhux biss għalina l-Maltin u l-Għawdxin imma wkoll għat-turisti li jżuruna u li issa erġajna bdejna narawhom fostna. Il-piroteknika Maltija għandha rwol internazzjonali wkoll, fil- fatt din is-sena f 'Malta kien se jsir l-International Symposium of Fireworks, li kellu jiġi pospost għas- sena li ġejja kawża taċ-ċirkostanzi maħluqin mill-COVID-19", qalet il-Ministru Julia Farrugia Portelli. Min-naħa tiegħu ċ-Chairman tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu Gavin Gulia stqarr li l-Festival Internazzjonali tal-Logħob tan- Nar sar avveniment stabbilit fil-kalendarju annwali, wieħed mistenni mid-dilettanti Maltin u minn dawk li jzuruna. Il-logħob tan- nar huwa wkoll sinonimu mal-festi Maltin, okkazjoni ta' ċelebrazzjoni li din is-sena partikolari qed tieħu sinifikat speċjali. Il-Festival Internazzjonali tan- Nar se jkun mifrux fuq erbat ijiem bl-ewwel ġurnata tkun il- Ġimgħa, 24 ta' Lulju, bl-attività tittella' fix-Xagħra, Għawdex. F'din l-attività se jsiru tliet wirjiet piro- mużikali fil-qasam kompetittiv li jkunu akkumpanjati minn wirjiet pirotekniċi Maltin. Il-festival ikompli t-Tnejn u l-Erbgħa, 27 u 29 ta' Lulju rispettivament bl-attivitajiet jsiru fl- Imqabba. F'kull ġurnata jittellgħu żewġ wirjiet piro-mużikali fil- qasam kompetittiv akkumpanjati minn wirjiet pirotekniċi Maltin. Il-Gran Finale jsir il-Ġimgħa, 7 ta' Awwissu, fil-Port il-Kbir. L-ammont ta' wirjiet pirotekniċi Maltin bħala akkumpanjament se jkun ta' madwar 37 bis-sehem ta' diversi kmamar tan-nar Maltin u Għawdxin. Kull parteċipant tal- kompetizzjoni se jkun qed jingħata s-somma ta' €15,000 bir-rebbieħ ippremjat ammont addizzjonali ta' €4,000 u min jikklassifika fit- tieni u t-tielet post jieħu ammont addizzjonali ta' €2,000 u €1,000 rispettivament. Il-Festival Internazzjonali tan-Nar se jkun mifrux fuq erbat ijiem bl-ewwel ġurnata tkun il-Ġimgħa, 24 ta' Lulju, bl-attività tittella' fix-Xagħra, Għawdex