Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1268414
25 aħbarijiet illum • IIL-ĦADD 12 TA' ĠUNJU 2020 għall-ambjent mibni investiment privat," spejgat is- Sinjura Borg. Għal perjodu taż- żmien il-Belt Valletta kienet ħajja biss waqt il-ħin tal-uffiċċini, iżda l-istrateġija tal-ppjanar ġabet il- ħajja lura fil-Belt kapitali." Is-Sinjura Borg hija konxja li fl-imgħoddi, l-Awtorità tilfet il-fiduċja tal-pubbliku Il-kisba tal--fiduċja fl-Awtorità li huwa vjaġġ twil, iżda jibda la darba l-pubbliku jibda jiem l-irwol tal-Awtorità. "Hija l-Awtorità li bdiet il- konsultazzjonijiet pubbliċi f 'Malta," qalet is-Sinjura Borg."Biż-żmien, il-pubbliku wieġeb u t-talbiet kibru. Jeħtieġ li nimu l-opportunità u naraw kif l-impenn pubbliku fil-proċess tal-ippjanar tal-lum jista' jiġi massimizzat. M'għandniex xi ngħidu, kull deċiżjoni li tittieħed mhix se togħġob lil kulħadd. Iżda jekk ma jiġux meħduha deċiżjonijiet dan jista' jwassal għal staġnar. Huwa għalhekk tajjeb li ntejbu l-proċessi tagħna biex niżguraw li l-Awtorità tal- Ippjanar timplimenta r-rekwiżiti tar-regolamenti tas-Strategic Environmental Assessment (SEA) fit-tfassil tal-policies. F' dawn l-aħħar snin, ħdimna b' mod sistematiku sabiex nevalwaw policies tal-ippjanar f 'termini tal-effetti sinifikanti tagħhom fuq l-ambjent biex niddeterminaw jekk hemmx bżonn ta' SEA jew le. Ir-riżultati huma ppubblikati online, sabiex inżiedu t-trasparenza u r-responsabbiltà. It-traduzzjoni tas-sostenibbiltà fix-xogħol huwafl-aħħar mill-aħħar il-mandat legali tal-Awtorità taħt l-Att dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp. Iżda, kif tgħid is-Sinjura Borg fl-aħħar ħsibijiet tagħha, "huwa iktar faċli li xi ħaġa tingħad milli issir. Irridu niakru ukoll li ma naħdmux ġewwa vakwu. Hemm kuntest storiku u kull ġenerazzjoni tibni fuq fatturi storiċi li wirtet. "Ma nistgħux sempliċement neqirdu dak li kien sar qabel imma dak li qed naraw huwa demokratiku, dibattitu miuħ u passi progressivi li qed jittieħdu biex nindirizzaw l-isfida tal-użu sostenibbli tar-riżorsi tal-art. Dan huwa pożittiv u jagħtini tama."