Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1272929
07 analiżi illum • IL-ĦADD 26 TA' LULJU 2020 xhieda, disprament, konfoffi u assasinju Jidħol fix-xena l-eks membru tas-sigurtà tal-eks PM Joseph Muscat - Kenneth Camilleri, li meta mitlub jixhed iddeċieda li ma jixhidx biex ma jkunx fil-periklu li jinkrimina lilu nnifsu. euma kien iltaqa' ma' Kenneth Camilleri, dak iż-żmien allura li kien jaħdem Kastilja u dan qallu illi s-suspettati bil- qtil se jingħataw l-ħelsien mill-arrest "fit-22 tax-xahar" u jieħdu €1 miljun kull wieħed. Minn fejn kien u ġejjin il-flus sa issa ma nafu xejn. Waqt din il-laqgħa euma jgħid li dan kien qed iċempel lil xi ħadd li huwa jgħid li jissuspetta illi kien Keith Schembri. Schembri kien xehed illi lil Camilleri ma jafux u kien sempliċiment jgħidlu 'hello u ċaw'. L-illum.com.mt kienet irrapportat nhar id-19 ta' Diċembru 2019 illi euma xehed kif darba kellu konverżazzjoni ma' ċerta Johann Cremona u Camilleri, fil-garaxx ta' Cremona. Dakinhar Camilleri kien kiteb tliet numri tat-telefon fuq biċċa karta. Wieħed minn numri kien ta' euma. euma qal fil-Qorti illi Camilleri kien qallu li għandu problema għax jidher li hu kien il-mandant tal-qtil. Imma hu qalilhom li huwa Yorgen mhux hu. Cremona huwa sieħeb ta' Yorgen Fenech fin-negozju. Wara li l-kumpilazzjoni tal-evidenza kellha tieqaf għal ġimgħat sħaħ minħabba l-pandemija, Melvin euma reġa' lura b'xhieda xokkanti kontra l-eks Ministru u ;le-eks Deputat Mexxej tal- Partit Laburista Chris Cardona. euma qal li l-irġiel akkużati bil-qtil ta' Caruana Galizia ħadu "350" - li huma flus (€350,000) - biex wettqu l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia, informazzjoni li skontu, waslet għandu mingħand Johann Cremona, sieħeb fin- negozju ma' Yorgen Fenech. Dawn it-"350" waslu mingħand Chris Cardona, intqal fix-xhieda. Chris Cardona jerġa' jiċħad ukoll dawn l-allegazzjonijiet. Jiddeskrivihom bħala "bla sens u bbażati fuq il-gideb." Fil-Qorti Melvin euma jiddeskrivi lil ċertu Anthony Chetcuti, magħruf bħala l-Biglee, bħala intermedjarju bejn Chris Cardona u Alfred Degiorgio. Dan Anthony Chetcuti huwa canvasser ta' Chris Cardona. Skont Melvin euma, kien dan il-Biglee li għadda t-"350" mingħand Cardona għal għand il-Fulu. Melvin euma xehed ukoll kif darba, Mario Degiorgio (ħu Alfred u George Degiorgio) kien spjegalu kif David Gatt kien qallu li qabel jibda l-ġuri jrid iħejji €400,000. Dan David Gatt huwa avukat li jaqsam uffiċċju ma' Chris Cardona. L-istess David Gatt, dejjem skont ix-xhieda ta' Melvin euma, kien bagħat messaġġ ma' xi ħadd jisħaq li jekk l-aħwa Degiorgio kienu se jitfgħu l-ħtija fuq Cardona kien joqtolhom. euma kien qal ukoll li darba Yorgen Fenech kien qallu illi Cardona tant kien inkwetat minħabba l-qtil tal- ġurnalista li daħal l-isptar b'overdose. Meta kien qed jixhed Edwin Gatt magħruf bħala l-Ġojja kien qal li darba kien ċempillu euma u qallu biex ma jirrabjax "imma jiena involut (fil- qtil ta' Daphne)". Il-Ġojja jiaħ it-tieqa wkoll fuq dak li ġara din il-ġimgħa hekk kif fil-Qorti kien xehed illi euma kien iddisprat u kien saħansitra hedded li joqtol lilu nnifsu jekk l-aħawa Degiorgio jieħdu l-maħfra. Il-Ġojja kien qal li kien ilu jaf lill-eks Kummissarju Lawrence Cutajar 20 sena u kien mar biex jipprova jirranġa ċitazzjoni li kien qala' lavrant tiegħu. Meta kien hemm Cutajar staqsieh dwar ir-rekordings li euma kien ħa u fejn qegħdin. Cutajar qal li darba euma kien ħadlu USB b'kopja tar-rekordings biex jurih li vera, imma ċaħad li jaf fejn kienu. Lil Cutajar kien ilu jafu l-Ġojja minn meta dan kien stazzjonat fl-Għassa ta' Birżebbuġa. Cutajar qed ikun investigat fuq l-allegazzjoni li għadda informazzjoni dwar l-arrest tal-aħwa Degiorgio permezz tal-Ġojja, li mbagħad allegatament għadda kollox lil euma. Ta' interess partikolari wkoll huma r-rekordings ta' bejn euma u Fenech. F'parti minnhom jitkellmu dwar "dak" u kif dan lanqas l-affarijiet tiegħu ma jista' jirranġa "aħseb u ara". Hawnhekk hawn min qed jgħid illi qed jirreferu għal Keith Schembri bil-kelma "dak". Yorgen Fenech u Keith Schembri, jirriżulta issa, kellhom ħbiberija kbira tant li l-eks Chief of Staff kien qal illi kien lest jidħol fin-nar għall-intraprenditur. Mistoqsi mill-avukat Jason Azzopardi l-illum.com.mt jirrapporta kif euma jgħid li Yorgen Fenech kien ikellmu dwar bombi oħra li Vince Muscat ried jikxef informazzjoni dwarhom. Aktar qabel, fir-recordings, Fenech jinstema' jgħid lil euma li jekk il-mowbajl ta' Cardona kellu jispiċċa f 'idejn persuni terzi, "jaqa' l-Gvern." Minkejja li Lovin Malta fit-13 ta' Frar ta' din is-sena rrappurtat kif lil euma jgħid li "Keith Schembri ovvjament kien jaf x'inhu jagħmel" , l-illum.com.mt ta' Ġunju ta' din is-sena tirrapporta kif euma qal li l-eks Chief of Staff kien imsemmi ħafna dwar tixħim u affarijiet simili. "Allura kkonkludejt li kien involut. Iżda taħt ġurament, ma nistax nimplikah. Qatt ma ltqajt ma' Keith Schembri dwar dan." euma kien qal li darba Yorgen Fenech kien qallu li sejjer Adrian Delia jiekol għandu, stqarrija kkorraborata mill-allegazzjoni ta' Whatssapp chats bejn it-tnejn illi fiha Fenech jistieden lil Delia għall-ikel u dan jaċċetta u jgħid li Pierre Portelli se jirranġa kollox. Darba oħra euma kien xehed kif Fenech kien għadda l-flus lil Delia bil-patt u l-kundizzjoni li l-Kap tal-PN jaħdem biex David Casa ma jkunx elett. Din l-allegazzjoni serja ġiet ikkoraborata minn Keith Schembri - f 'xhieda fil-Qorti illi fiha qal li Pierre Portelli kien imur jiġbor il-flus mill-Portomaso li kien imbagħad jgħaddi lill-PN. Dawn l-allegazzjonijiet kien hemm indikazzjoni tagħhom l-ewwel darba waqt il-programm Xarabank fejn David ake - issa Deputat - kien staqsa jekk hux minnu li Delia kien aċċetta €50,000 mingħand Yorgen Fenech. Il-laqgħa ma' Kenneth Camilleri Lura wara l-pandemija: It-350 ta' Cardona Theuma, il-Ġojja u l-eks Kummissarju Ir-rekordings Theuma u Keith Theuma u Adrian Delia