Illum previous editions

ILLUM 26 July 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1272929

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 27

08 aħbarijiet IL-ĦADD 26 TA' LULJU 2020 • illum KULL SENA F'MALTA QED JIŻVILUPPAW IL-MELANOMA YENDRICK CIOFFI Kull sena, medja ta' 120 persuna qed jiżviluppaw il-Melanoma, l-aktar tip komuni ta' kanċer tal-ġilda. Qal dan mal-gazzetta ILLUM Dr Lawrence Scerri li huwa l-Kap tad-Dipartiment tad-Dermatoloġija fl-Isptar Boffa. Scerri spjega kif in-numru ta' pazjenti ġodda bil-Melanoma kull sena mhuwiex wieħed żgħir u dan aktar u aktar meta jitqabbel mar- rata ta' każi ġodda fl-aħħar snin. Fi kliem il-Kap tad-Dipartiment tad-Dermatoloġika, fl-aħħar 25 sena, ir-rata rdoppjat. L-akbar riskju għall-iżvilupp tal-melanoma, ikompli jispjega Dr Lawrence Scerri hija l-ħsara mix-xemx, b'mod aktar korrett, il-ħsara kkawżata mir-radjazzjoni UV. Dan ma jfissirx li xemxata waħda se tikkawża l-Melanoma. Fi kliem Scerri, il-Melanoma tkun ir-riżultat ta' akkumulazzjoni ta' ħsara mix-xemx. Fi kliemu, xemxata waħda, hija biss musmar wieħed fit- tebut u għalhekk, anke jekk ġurnata waħda fix-xemx mhux se tiżviluppa l-kanċer, wieħed għandu xorta waħda joqgħod attent. 'Ix-xemx sabiħa ... imma tista' titradik' "Ix-xemx hija sabiħa. Gawdiha b'mod prudenti. Tista' titradik." Hekk saħaq Scerri meta l-gazzetta ILLUM talbitu jispjega it passi sempliċi li wieħed jista' jagħmel biex kemm jista' jkun jevita li jiżviluppa l-Melanoma. Din is-sena, forsi aktar minn sjuf oħra, ħafna qed iqattgħu jiem fuq il-bajjiet u għalhekk tajjeb li wieħed iżomm f 'moħħu dawn il- punti biex jipproteġi lilu nnifsu. Dr Scerri appella biex kemm jista' jkun, persuna tevita l-agħar ħinijiet tax-xemx, jiġifieri bejn l-10:30am u l-4:00pm u jfittex li joqgħod fid-dell kemm jista' jkun. Appella biex wieħed ma jagħmilx l-iżball u jaħseb li x-xemx tista' tagħmel il-ħsara fis-sajf biss. Insista li anke fir- rebbiegħa, l-indiċi tar-radjazzjoni UV ikunu qawwija biżżejjed biex jagħmlu l-ħsara. Fi kliem il-Kap tad-Dipartiment tad-Dermatoloġija, meta l-indiċi tar-radjazzjoni UV jimmarka sebgħa jew aktar, dan huwa meqjus sinifikanti u għalhekk wieħed għandu joqgħod aktar b'seba' għajnejn. "Għandek medja ta' sitt xhur fis- sena meta x-xemx tkun perikoluża ħafna," insista. Apparti l-Melanoma, hemm ukoll l-aspett kożmetiku. Lawrence Scerri spjega kif l-espożizzjoni kontinwa għax- xemx se xxejjaħlek il-ġilda qabel iż-żmien. 'Ilbes ħwejjeġ addattati' Normalment, meta wieħed jisma' lil xi ħadd iwissih biex jipproteġi lilu nnifsu mir- raġġi tax-xemx, l-ewwel li jiġih f 'moħħu huwa s-sunblock. Iva, dan importanti, iżda mhux kollox. Ejjew għalissa nħalluh fil-ġenb. Is-sħana, speċjalment fis- sajf Malti, ħafna drabi ma tissaportihiex u għalhekk kulħadd iqaċċat. Min b'żaqqu barra u min b'xi flokk perpura biċ-ċingi. Iżda l-parir tad-dermatologu huwa differenti. Scerri ma qalilnix biex fl-eqqel ta' Lulju noħorġu bil-kowtijiet, iżda appella biex kemm jista' jkun wieħed jilbes ħwejjeġ li huma addattati għax-xemx. "Jekk tista' tilbes flok bin-nofs komma, aħjar milli tilbes flokk taċ-ċingi," insista Scerri. Ta' min ifakkar li jeżistu wkoll ħwejjeġ apposta li jkollhom it-tabella UPF – Ultraviolet Protective Factor. Fost oħrajn, Scerri appella għall- ilbies ta' kpiepel li jkunu jgħattu mhux biss ir-ras iżda kemm jista' jkun anke l-għonq. L-użu tan-nuċċali tax-xemx ukoll huwa importanti. Id- dermatologu fakkar li r-raġġi UV mhux biss jikkawżaw il- Melanoma iżda maż-żmien anke l-kataretti. Hawnhekk jidħol fl-istorja s-sunblock. Fejn ma tistax tgħatti, ikompli d-dermatologu, applika fuqu s-sunblock li jkun qawwi biżżejjed. Fakkar ukoll li l-effett tas- sunblock jgħaddi madwar sagħtejn jew tlieta wara li jkun applikat u għalhekk wieħed ma għandux iserraħ rasu jekk sejjer ġurnata baħar u japplika s-sunblock darba biss malli jasal. 'Ix-xemx mhux fuq il-bajjiet biss qiegħda' "Ix-xemx ma tagħżilx. Mhux se tgħid għax dawk qiegħdin fuq il-bajja u l-oħrajn le. Ix- xemx qiegħda kullimkien. Anke f 'karozza." Hekk kompla jisħaq mal-ILLUM id-dermatologu biex jinsisti dwar il-fatt li wieħed irid joqgħod attent mix-xemx mhux fuq il-bajjiet biss iżda kullimkien. Kien hawn li appella lill- ħaddiema li jaħdmu fuq barra biex ukoll jieħdu ħsieb. Għalihom japplikaw ukoll l-appelli biex jilbsu kappell, nuċċali tax-xemx, ħwejjeġ adegwati u anke japplikaw is-sunblock. Semma fost oħrajn, lid- delivery persons. Faħħar dawk il- kumpaniji li fix-xhur tar-rebbiegħa u s-sajf ibiddlu l-ħinijiet li fihom id-delivery persons tagħhom Kemm hi komuni l-Melanoma f'Malta? Biżżejjed is-sunblock biex tipproteġi l-ġilda? Il- Melanoma tista' titfejjaq? Xemxata waħda tista' tikkawża l-Melanoma? Il- gazzetta ILLUM tistaqsi lill- Kap tad-Dipartiment tad- Dermatoloġija 120 PERSUNA

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 July 2020