Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1272929
02 aħbarijiet IL-ĦADD 26 TA' LULJU 2020 • illum SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta St. Gaetan Pharmacy, Ħamrun Anici Pharmacy, Qormi Collis Williams St Mark's Phar, Swatar D'Argens Pharmacy, Gżira Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema M4 Pharmacy, Attard St. Mary Pharmacy, Mġarr Promenade Pharmacy, Buġibba Fleming Pharmacy, Paola Verdala Pharmacy, Bormla St. Anne Pharmacy, Marsascala Blossoms Pharmacy, Birżebbuġa Kristianne Pharmacy, Mqabba Brown's Pharmacy, Żebbuġ Santa Marija Pharmacy, Dingli Palm Pharmacy, Victoria, Gozo Sokkors Pharmacy, Kerċem, Gozo MIA Airport Pharmacy, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 33˚Ċ L-INQAS: 23˚Ċ Temp Ftit imsaħħab li jsir lokalment sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Varjabbli forza 2 għal 3 Baħar Ħafif Imbatt Baxx mill-Punent Majjistru li jsir ftit li xejn L-OGĦLA: 34˚Ċ L-INQAS: 24˚Ċ Temp Sabiħ li jsir ftit imsaħħab Viżibilità Tajba Riħ Punent għall-Majjistral forza 3 jew 4 li jdur mil-Lvant għall- Grigal, u mbagħad isir forza 2 jew 3 Albert Gauci Cun- ningham SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda www.maltco.com/lotto/results/ Iċċekkja n-numri tal-lottu fuq - Care of the Elderly Course at SVP Award Level 5 Course Duration: 17 Weeks Commencing on Monday 28 th September 2020 All Theory & Practice will be done at St Vincent De Paul and theoretical sessions can be followed online Monday to Friday; 08:15am – 14:00pm Certificate from the University of Malta 2291 2485/2473 training-centre.svp@gov.mt Applications are now open until 20th August 2020 ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Jekk il-Kunsill Ġenerali tal- Partit Nazzjonalista, bejn nhar il-Ġimgħa u s-Sibt li ġej se jagħżel it-triq li jimxi għall-elezzjoni ta' Kap ġdid Nazzjonalista jidher li hemm lista ta' nies li lesti jitfgħu isimhom biex jikkontestaw għal din l-ogħla kariga f 'partit li bħalissa jinsab f 'nofs kriżi politika u li qed jiffaċċja problemi kbar kemm biex jattira votanti ġodda imma b'mod speċjali biex iżomm il-votanti tiegħu stess li ilhom jonqsu mill- elezzjoni tal-2008. Bernard Grech: Popolari imma 'ġdid' Fuq quddiem għal din il-kariga ta' toqol kbir hemm l-avukat minn Birżebbuġa Bernard Grech. Grech ilu jissemma għal din il-kariga u għandu s-saħħa tal-popolarità minn fost firxa tal-għeruq - kif jidher ċar mill-kummenti li jaqla' fuq il-midja soċjali imma wkoll kif ikkonfermaw is-sondaġġi li saru, kemm dawk ippubblikati fuq il-gazzetta oħt Maltatoday imma wkoll fuq dawk ta e Times. F'dak ta' e Times - li huwa l-aktar riċenti - is-sondaġġ juri illi Grech huwa meqjus bħala l-favorit biex jieħu post Adrian Delia jekk issir elezzjoni għal Kap Nazzjonalista ġdid. B'14% Grech qiegħed fuq quddiem bħala l-favorit minn fost il-votanti kollha u jsegwih hemm l-avukat Joe Giglio b'11%, filwaqt li 7% iridu li jibqa' Delia. Skont dan is-sondaġġ 9% jemmnu li Roberta Metsola tista' tkun l-aqwa Kap tal-partit. Dan jaqbel xi it jew wisq mas-sondaġġ mill-Mediatoday dwar kandidati prospettivi għat- tmexxija tal-PN li sar f 'Diċembru li għadda. Fil-fatt mistoqsijin lil min jafdaw biex imexxi lill-Partit Nazzjonalista, globalment, 15.1% qalu Bernard Grech, filwaqt li 12.9% wieġbu li hija l-MEP Roberta Metsola. Minn dawk li vvutaw lill-Partit Nazzjonalista fl-2017 jidher ċar illi Grech jinsab fuq quddiem b'33.3% jgħidu illi jafdaw fih bħala Kap suċċesur filwaqt li 22.6% lil Roberta Mestsola. L-istess sondaġġ juri illi 23% ta' dawk li vvutaw PN fl-2017 jemmnu li Delia jibqa' Kap li jafdaw fih. Roberta Metsola: MEP, kompetenti imma "ta' Simon" Roberta Metsola ukoll mistennija titfa' isimha għal elezzjoni li jista' jkun hemm fil- Partit Nazzjonalista. Metsola hija popolari fost il-votanti Nazzjonalisti u fl-aħħar żewġ elezzjonijiet tal-MEPs kienet l-aktar kandidata Nazzjonalista li kisbet voti. Fl-2014 hija kisbet 32,360 vot, b'Casa warajha b'eluf ta' voti b'19,582 vot. Fl-2019 kisbet 38,206 vot filwaqt li Casa kiseb 20,493 vot warajha. Fis-sondaġġi Metsola ġiet it- tieni post f 'dak tal-Maltatoday u fir-raba' post fis-sondaġġ ta' e Times, kif diġa' ġie msemmi f 'dan l-artiklu. Delia jerġa joħroġ - għad għandu appoġġ , imma ma tax riżultati u bomba tal-ħin Naturalment ma' dawk li nistennew illi jitfgħu isimhom hemm il-Kap kurrenti Adrian 'Iktar kemm joħorġu nies