Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1272929
16 letteratura IL-ĦADD 26 TA' LULJU 2020 • illum Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb L-ilsien Malti fi żmienna It-teżi tiegħek tal-Baċellerat fil-Malti tittratta l-lirika tal-Brikkuni. It-teżi tinqeda bit-teorija u bil-kritika letterarja biex tistħarreġ il-lirika tal-kanzunetti ta' dan il-grupp filwaqt li tistaqsi jekk din tappartinix lid- dinja tal-letteratura Maltija. Qabelxejn, għaliex għażilt il-lirika tal-Brikkuni? Taħseb illi din tassew tista' tingħadd b'letteratura? Tidentifika fiha elementi li jbejnuha mill-bqija tal-kanzunetti Maltin? Meta ġejt biex nagħżel is-suġġett tat-teżi tiegħi tal-Baċellerat fil- Malti, ġietni f 'moħħi l-idea ta' analiżi letterarja tal-lirika. Deherli li dan ix-xogħol qajla kien sar bil-Malti u oriġinarjament l-idea feġġet jien u nisma' l-album Ġuf ta' Plato's Dream Machine. Madankollu wara li ddiskutejt din l-idea mat-tutur Prof. Adrian Grima, wasalt għall-konklużjoni li jaqbel niffoka fuq il-lirika ta' grupp wieħed sabiex ir-riċerka tkun aktar unita u awtentika. Kont iffortunata għax fl-2017, meta bdejt nikteb it-teżi, ma konniex neqsin mill-għażla fejn tidħol il-lirika Maltija. Gruppi bħal Plato's Dream Machine, Brodu u l-Brikkuni kollha ħajruni, imma għażilt lill-Brikkuni peress li dik il-ħabta kienu se jagħlqu 10 snin minn meta twaqqaf il- grupp, kienu għadhom kemm ħarġu t-tielet album tagħhom Rub Al Khali, u fost dawn li semmejt kienu l-aktar grupp stabbilit. Għalhekk kelli aktar fejn infannad fil-lirika. Ta' min jinnota li l-lirika tal-Brikkuni hija rikka ħafna. Miċ-ċanfir, ir-ribeljoni u l-protesta tal-ewwel żewġ albums, li fihom donnha l-għajta tqawwiet mill-ewwel għat-tieni wieħed, sal-malinkonija li tiddomina u l-kalma li ġġib magħha fit-tielet album – din id-diskografija tista' titqies bħala mixja poetika sħiħa. Minn dak li kkonkludejt fir-riċerka tiegħi nemmen li, iva, ħafna mil-lirika ta' Mario Vella, il-kantawtur tal-Brikkuni, tista' titqies letteratura. Madankollu hemm ċerti kanzunetti li fil- fehma tiegħi jeħtieġu l-mużika biex takkumpanja l-lirika biex ikunu tassew uniti, ngħidu aħna l-kanzunetta "Firien." Kanzunetti bħal "L-Assedju ż-Żgħir," "Irkotta" u "Il-Maħbuba l-Midruba" kapaċi joqogħdu waħedhom fuq paġna mingħajr mużika u jitqiesu bħala poeżiji. Is-sinifikat fit-teknika użata fil-lirika tal-Brikkuni għalija huwa fil-ħila mirquma li huma miktubin biha l-kanzunetti, li, biex nikkwota lil Immanuel Mifsud, huma "poeżiji maħdumin, li min kitibhom fortuntament nesa li l-pop Malti tradizzjonalment illimita ruħu għat-tradizzjoni tal-inħobbok u tal-għalfejn- tlaqtni u tal-kif-se-mmut- mingħajrek." L-elementi li qed tistaqsini dwarhom huma propju l-mekkaniżmi letterarji użati, ewlenin fosthom il-metafora, l-ironija u l-intertestwalità. Mil-lirika tal-Brikkuni iżjed tard għaddejt għat- traduttoloġija, tant li bħalissa qiegħda ssegwi Maġisteru fit-traduzzjoni fl-Università ta' Malta. Donnu għal bosta persuni li jistudjaw l-ilsien Malti dan il-pass partikulari sar għażla naturali. X'jiġbdek l-iżjed lejn dan il-qasam? Ninnota żewġ kategoriji ta' studenti f 'dan il-qasam: waħda li tqis dan il-kors bħala biljett li jwassal għal karriera fl-istituzzjonijiet tal- Unjoni Ewropea, l-oħra bħala mezz ta' speċjalizzazzjoni fit-teorija u l-prattika tat- traduzzjoni, l-iżjed b'enfażi fuq it-traduzzjoni letterarja. B'dispjaċir ninnota li din tal- aħħar hija kategorija żgħira ħafna. Minn dawn it-tnejn ma' liem kategorija tidentifika ruħek l-iżjed? Ma nqisx li t-traduzzjoni hi pass naturali għall-istudenti tal-Malti. Ninnota li, kulma jmur, donnhom qegħdin jonqsu l-istudenti gradwati fil-Malti li jfittxu dan il- kors. Minkejja dan, minn dejjem kelli ħajra li nkompli l-istudji akkademiċi tiegħi billi nsegwi dan il-kors wara li niggradwa fil-Malti għaliex, bħala persuna li nħobb il-lingwi, it-traduzzjoni dejjem qistha bħala linja potenzjali f 'ħajti. Meta sirt naf aktar dwarha, iżda, speċjalment meta sirt midħla tat- traduzzjoni letterarja, inġbidt lejn il-ħila li jrid ikollhom it-tradutturi sabiex jirnexxilhom jaqilbu test minn lingwa għall-oħra, għaliex ma tridx biss l-għarfien profiċjenti taż-żewġ lingwi konċernati, imma anke taż-żewġ kulturi, tad-dinja li qed tittraduċi minnha u tad-dinja li qed tittraduċi fiha, sabiex tiem dak li trid tgħid, u mbagħad tiem sewwasew kif se tgħidu. Fil-każ tiegħi, naqa' fiż-żewġ kategoriji li qed issemmi, għaliex nigdeb jekk ngħid li ma xtaqtx nagħmel dal-kors bl-intenzjoni li naħdem mal-Unjoni Ewropea, iżda, fl-istess waqt, grata ħafna li fis-sena li bdejt il-kors jiena bdew jiġu offruti l-ispeċjalizzazzjonijiet tat-traduzzjoni teknika, dik awdjoviżiva u dik letterarja, u jien għażilt din tal-aħħar. Minkejja li donnha li din it-taqsima hija l-inqas popolari fost l-istudenti, probabbilment għaliex ma twassalx għal xogħol fiss iżda aktar twasslek għal xogħol għal rasek, jiena ħadt gost neduka ruħi dwar id-diffikultajiet partikolari li jaffaċċjaw it-tradutturi meta jkollhom jittraduċu silta letterarja minn xi lingwa għal oħra. Hemm I CHOOSE FAIR Dates: Friday, 31st July and Saturday, 1st August 2020 Venue: Grand Hotel Excelsior, Great Siege Road, Floriana, Malta Time: 31st July 16:00-20:00hrs 1st August 09:00-13:00hrs Visitors are requested to bring their ID Card and face mask whilst respecting social distancing protocols. ichoose@gov.mt education.gov.mt/ichoose NAGĦŻEL IL-KARRIERA TIEGĦI EDUCATION FAIR POST-SECONDARY Open for students, parents and the public • Post-Secondary Institutions • Talks - visit education.gov.mt/ichoose for the schedule The Ministry for Education and Employment is embarking on the 'I Choose' initiative, targeting all 5th formers. This will be another opportunity whereby our students can explore post-secondary options as they leave compulsory education. The 'I Choose – Nagħżel il-Karriera Tiegħi' event, will enable our students to make informed choices about their future. The event will include all post- secondary educational institutions. The programme also includes the possibility for both students and parents to attend different talks which will be delivered by professionals in various related fields. The overall aim of this event is to help students to overcome difficulties and doubts related to their future career paths.