Illum previous editions

ILLUM 26 July 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1272929

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 27

Reat li seħħ 23 rakkont illum • 26 TA' LULJU 2020 G ħalkemm kienet għadha mgħot- tija bil-kutri sa' fuq rasha, xorta waħda, Bella ħassitu jqum. Semgħetu jisgħol. Il-ħoss tal-papoċċ tas-sodda li kien jilbes ta' kuljum beda' jkaxkar mal-art sal-kamra tal-banju. Ajma. Dak il-ħoss. Kien sar idejjaqha. Kienet umbratu. Anke l-ħoss ta' leħnu jkanta minn taħt l-ilsien, kienet qiegħda tarah żejjed. Il-ħoss tal-ilma ħiereġ bil-pressa minn ġol-katusi għal fuq rasu u ġismu setgħet timmaġinaħ ixarrbu. Ftakret f 'wiċċu. Dakinhar li kienu żżewwġu. U kif kien sar issa. Iem, Jeremy ma tantx kien inbidel minn dak ir-raġel sabiħ u twil li kienet iżżewwġet. U hi. Anke hi kienet għadha l-istess. Insomma, kważi. Kif wieħed kien jgħid, iż-żmien isajjar il-bajtar. U kienu għaddew ħmistax-il sena minn dakinhar. Inbidlu ħafna l-affarijiet. Ma kinitx għadha tħobbu. Iem, qabel kienet tissaportih. Kienet kważi drat ma tkellmux, kważi drat il- ħsejjes strambi li kien jagħmel b'ħalqu huma u jieklu. Kienu saru vizzju. U kienet qatgħet qalbha li kien ser jieqaf jagħmilhom. Danny. Issa kienet iltaqgħet ma' Danny u fih kienet sabet id-dinja. Kien sar kollox għaliha! U għalkemm kienet iddeċidiet li tgħid lil żewġha li ma kinitx għadha tħobbu, li kellha wiċċ ħaddieħor, li kien sar piż fuq ħajjitha.............li saħansitra ma felħitux imiss magħha iżjed, ma kienx irnexxielha. Kienet marret tkellem avukat. "Sinjura Bella, hawnhekk inti m'għandek xejn tiegħek. Dan il-patrimonju sħiħ huwa ta' żewġek. Jekk tħassar minn miegħu..........." Lanqas biss riedet tiakar fil-kliem li kien qalilha. Gidmet xoffitha t'isfel u berrqet għajnejha. U dak il-ħin, akret fil-pjan. Illum. Kellu jseħħ kollox illum. Qamet bilmod minn fuq is-sodda u marret tittawwal għal ġol-kamra tal-banju. "Illum l-aħħar darba li qiegħed tinħasel hawn ġew!" riedet kważi tobżoq il-kliem għalih minn wara l-ħġieġa mtappna bil- fwar, fejn kien qiegħed jinħasel u jingħi xi ton minn taħt l-ilsien. Semgħet l-ilma jieqaf. Inħasdet. Ma riditux jinduna li kienet diġa qamet. Telqet tħaffef lejn is-sodda, qalbha tħabbat mija, mija, terġa' taħbi wiċċha kollu bil-kutri. "Bella........" semgħet leħnu eżatt qrib wiċċha, hekk kif kixia u ħares lejha b'għajnejn kbar suwed dlam u xagħru għadu jqattar minnu l-ilma għal fuq wiċċha. "Indunajt li kont qiegħda tħarisli jiena u ninħasel........" "Eeeee........" kienet ser tgħidlu, imma waqfet. Ma riditx tħares f 'għajnejh. Ma riditx tagħtih l-aħħar tislima. Għalkemm ma kinitx għadha tħobbu, kienet taf li dan kollu li kienet ħmiet minn taħt, kien ħażin. "Inħobbok," qalilha. Għalqet għajnejha u għamlet tabirruħha li kienet reġgħet raqdet. Passi. Il-bieb tal-kamra jinfetaħ u jingħalaq. L-eku ta' leħnu baqa' magħha għal tul ta' ħin qasir. "Inħobbok," setgħet terġa' tisma' għall- aħħar darba. Ftit wara, semgħet il-bieb ta' barra jingħalaq warajh. Il-karozza tistartja. U silenzju. Ix-xejn beda jiddomina d-dar. Qamet malajr minn fuq is-sodda, marret tħaffef lejn it-tavolin, sabet il-mowbajl u bdiet iċċempillu. "Remy...........Remy..........telaq. Ħareġ." "Tajjeb ħafna, Bella." Leħen maħnuq u fond. "Kollox imħejji?" staqsietu, b'idha tirtogħod mal-mowbajl. Għal mument, xtaqet tinsa' dak li kien qed jiġri u taħseb li din kienet biss ħolma. Imma le. Kollox kien reali. U kollox kien qed iseħħ tabilħaqq. "Iva. Nafu x'karozza għandu. In-numru tagħha. Hemm se nkun. Fil-parkeġġ. Ilbies?" weġibha fuq il-linja. "Emminni lanqas ridt narah ħiereġ." "Ħażin. Imma b'li għandna naħdmu. Ċaw." Poġġiet il-mowbajl fuq it-tavolin, daret darbtejn mal-kamra, tħoss id-drapp fin tal- libsa tal-irqad, imellsilha sidirha, żaqqha u saqajha. Imbagħad, xi it aġitata iżjed milli ħasbet, marret lejn il-mowbajl u bdiet iċċempel lil Danny. Riedet tisma' leħnu. Riedet tkellmu it ħalli tħossha xi it aktar rilassata. Iżda ma bediex iwieġeb. Ħasra! Kemm xtaqet tkellmu! Kemm riedet tisma' it leħnu! Dan kollu..............dan kollu kienet qiegħda tagħmlu ħalli tkun tista' tgħix miegħu. Ħalli tibda ħajja ġdida mal-maħbub il-ġdid! Forsi kien qiegħed imħabbat ix-xogħol. Forsi ma setax ikellimha dal-ħin. Għaddiet dik il-ġurnata sħiħa taħseb. Tistenna. Tistenna dak il-mument. Is-sebgħa u nofs. L-arloġġ il-kbir li kellhom fl-indana tad- dar, semgħetu jdoqq il-ħin preċiż. Semgħethom f 'qalbha. Ħarset lejn il-mowbajl. Qalbha kienet qiegħda taħdem b'mod aġitat. Bilkemm felħet tieħu nifs. "Fis-sebgħa u nofs joħroġ eżatt," kienet qaltlu lil Remy, aktar kmieni dik il-ġimgħa, meta kienu qagħdu jiddiskutu l-pjan. Il-pjan tar-rejat. Ir-rejat li kellu jseħħ illejla. Bdiet tħoss l-għaraq ixoqq għaliha. Marret tħaffef lejn il-kamra tal-banju u ddeċidiet li tieħu doċċa. Riedet tiffriska ruħha. Daħlet tħaffef taħt l-ilma. Ħasset l-ilma kiesaħ silġ nieżel għal fuq rasha, jiffriskalha wiċċha, għonqha, sidirha, kuxxtejha u l-pali ta' saqajha. "Għall-erwieħ..........." bdiet tgedwed waħedha. U semgħet il-mowbajl iċempel. Riedet toħroġ tħaffef taqbdu, iżda ma laħqitux. Għal mument ma kinitx ser tiżloq mal-art, hekk kif kienet ħarġet sa nofs il- kamra tal-banju u ddeċidiet li terġa' tidħol tinħasel. U iva, issa ċċempillu lura! Probabbli li kien Remy. Kien hu. U mela. Bilfors. Ried jgħidilha li kollox kien mexa b'mod perfett. Ir-rejat kien seħħ. Reġgħet daħlet taħt id-doċċa u kompliet tinħasel bis-sapun u titlaħlaħ. Il-mowbajl reġa' qabad iċempel. "U iva!" bdiet teqred waħedha, hekk kif dawwret il-pum tal-ilma u bdiet tixxotta malajr. Libset ħwejjeġ ħfief u ħarġet minn ġol- kamra tal-banju. Ħaffet lejn il-mowbajl, qalbha f 'ħalqha. Fuq l-iskrin rat li Remy kien ċemplilha xi ħames darbiet, u aktar kmieni kien ċemplilha Danny, li donnu kien ħallielha messaġġ. Ċemplet minnufih lil Remy, li kienet ċerta li kien ser jgħidilha xi ħaġa aktar importanti minn Danny f 'dak il-mument. Kienet ser tilħaq tkellmu lill-maħbub! Hekk kif bdew għaddejjin dawn il- ħsibijiet minn ġo moħħha, bdiet titbissem. Ma kinitx qaltlu b'dak li kienet ippjanat. Ma setgħetx tgħidlu xi ħaġa makabra bħal din, għax żgur ma kienx ser jibqa' magħha! Issa tagħmel xahrejn jew it aktar tilgħabha tal-miskina quddiem in-nies, u tkompli b'ħajjitha qisu ma kien ġara xejn. "Ir-rejat seħħ, Bella............" qalilha Remy, b'leħen kuntent. "Eħe? Tajjeb! M'hawnx bħalek!" qaltlu, tifraħ. Kienet saret armla! Iva, kienet saret armla! Qatgħet il-linja u bdiet tiżfen madwar il- kamra, qisha waħda li kienet tilfet rasha. Ħoss. Semgħet il-karozza ta' żewġha tasal quddiem il-bieb tad-dar tagħhom. Inħasdet. Kif jista' jkun? Marret tħaffef lejn it-tieqa u ttawwlet bilmod. Tgħid kien ħadhielu xi ħadd? Tgħid kienu ġejjin il-pulizija biha biex jagħtuha l-aħbar? Iżda oħroġ il-għaġeb, ratu ħiereġ iħaffef minn ġol-karozza. "X'inhu jiġri?" bdiet thewden waħedha, hekk kif marret tħaffef lejn il-kamra tas- sodda ħalli terġa' taqbad il-mowbajl u ċċempel lil Remy. Dak kien daħaq biha? "Qalbi, ir-raġel tiegħek naħseb induna li aħna sirna ħbieb. Jew xi it aktar. Qalli biex immur nistennih ħdejn il-karozza fil-parkeġġ wara x-xogħol. Għalhekk ma ċempiltlekx qabel. Kont konfuż. Imma nħobbok. U jekk isaqsini xi ħaġa fuqna, mhux ser ngħidlu. Toqgħodx tinkwieta. Danny." Idha bdiet tirtogħod. Xuejha tilfu l-kulur. Qalbha għamlet tikk. Remy. Danny. Jeremy daħal ġewwa. Sab lilha tistennih fil-kċina. "Bella..........." qalilha. "Għadha kemm ġratli waħda kbira. Bgħatt għal wieħed Danny biex nara jekk iridx jibda jaħdem magħna. Għedt ħa ngħidlu jistennieni ħdejn il-karozza, ħalli tax-xogħol ma jkunu jafu xejn. U xi ħadd........... xi ħadd sparalu quddiemi.............qed inħossni............." Bella baqgħet hemm iċċassata tħares lejh. Ir-rejat li seħħ. Ir-rejat ma kienx seħħ. Anzi, biex tkun preċiża, kien sar żball. Żball kbir. Sharon Calleja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 July 2020