Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1275143
04 aħbarijiet IL-ĦADD 2 TA' AWWISSU 2020 • illum Il-Ministeru tal-Enerġija u l-Immaniġġjar l-Ilma ħareġ sejħa għall-proposti għal kuntratt ta' konċessjoni għad-disinn, bini, installazzjoni, ittestjar, ikkummissjonar u t-tħaddim ta' 5 Eco Intermodal Hubs madwar Malta u Għawdex. Dawn iċ-ċentri se jkunu miuħa 24/7 u se jkunu qegħdin jipprovdu lill-pubbliku firxa ta' informazzjoni permezz ta' kiosks ta' informazzjoni. Il-hubs se jkunu qegħdin jipprovdu post għal reklamar, servizz ta' riciklaġġ permezz ta' Reverse Vending Machines u kiri ta' scooters elettrici u roti. Persuni interessati li jissottomettu offerta, jistgħu jiksbu aktar informazzjoni u għandhom jissottomettu l-offerta tagħhom fuq il-websajt e-tenders.gov.mt. Talba għal kjarifiki dwar is-suġġett tista' tiġi sottomessa bil-miktub fuq tenders.mew@gov.mt sas-7 ta' Awwissu 2020. Ir-referenza tas-sejħa hija MEW_RFP001 / 2020. Il-sejħa għall-proposti tagħlaq fl-4 ta' Settembru 2020. L-AD u l-PD jaqblu formalment li jingħaqdu f'partit wieħed YENDRICK CIOFFI Il-Partit Demokratiku u l-Alternattiva Demokratiku qablu formalment li ż-żewġ partiti jingħaqdu flimkien. Fi stqarrija, iż-żewġ partiti saħqu li dan il- ehim intlaħaq wara xhur ta' diskussjoni u azzjoni politika konġunta bejn iż-żewġ partiti. "Fil-qalba ta' klima nazzjonali ta' diviżjoni u firda, kemm l-AD u anke l-PD jirrikonoxxu l-bżonn ta' azzjoni politika diretta li jkollha bażi komuni biex taħdem favur il-ġid tal-pajjiż kollu kemm hu u mhux għal polarizzazzjoni għal raġunijiet partiġġjani," saħqu l-partiti. L-isem tal-Partit il-ġdid se jkun AD/PD L-istqarrija saħqet li fil-ġimgħat li ġejjin, il-partiti se jkunu qed jaħdmu flimkien bis- saħħa ta' Eżekuttiv magħqud magħmul minn tim tranżitorju. L-għan huwa li ma jdumx ma jkun iffinalizzat il-proċess biex il-partiti, uffiċjalment, jingħaqdu f 'partit wieħed immexxi minn Eżekuttiv ġdid li se jkun elett wara l-ewwel Laqgħa Ġenerali li se tissejjaħ mill-partit magħqud. It-tir huwa li dan il-proċess ikun konkluż sal-aħħar ta' Settembru 2020. Iċ-Chairperson tal-Alternattiva Demokratika Carmel Cacopardo u l-Kap tal- Partit Demokratiku Timothy Alden, jiktbu flimkien dwar dan il-ehim f 'paġna 18 ta' din il-gazzetta. Il-proċess mistenni jkun konkluż sal-aħħar ta' Settembru bil-partit il-ġdid se jkun jismu AD/PD Approvati €21.9 miljun għall- proġett li se jnaqqas it-tniġġis tal-arja fil-Port il-Kbir Iż-żewġ partiti flimkien waqt il-laqgħa li saret ilbieraħ l-1 ta' Awwissu u li matulha formalment intlaħaq il-qbil Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg u s-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi ħabbru li ġew approvati €21.9 miljun f 'fondi Ewropej għall- Grand Harbour Clean Air Project li se jiġi implimentat minn Infrastructure Malta b'investiment totali ta' €49.9 miljun. Il-proġett mistenni jnaqqas it-tniġġis fl-arja kkawżat mill-cruise liners u l-bastimenti Ro-Ro fil-Port il-Kbir b'90%. Fil-fatt, il-Port il-Kbir se jkun wieħed mill-ewwel portijiet Ewropej li se jħaddem din it-teknoloġija. "Dan il-proġett se jkun it-tieni l-ikbar kotribut għal titjib fil-kwalità tal-arja f 'pajjiżna wara t-tneħħija tal-power stations tal-Marsa u Marsaxlokk fl- 2017," saħaq il-Ministru Ian Borg. "Studji preliminari wrew li Malta se tkun iffrankat madwar €375 miljun fi spejjeż relatati mal-konsegwenzi ta' dan it-tip ta' tniġġis fl-arja fi żmien 20 sena." Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi qal li dan il- proġett huwa wieħed li jikkumplimenta l-miri tal-Unjoni Ewropea fejn, filwaqt li t-tkabbir ekonomiku huwa inċentivat, fl-istess ħin jonqos it-tniġġiż tal- ambjent. Hu qal li dan l-investiment fil-Port il- Kbir ta' €22 miljun mill-fond ewropew 'Connecting Europe Facility' se jkun ta' benefiċċju kbir mhux biss għall-ambjent iżda anke għar-residenti. Kompla jgħid li dan il-proġett irid iservi bħala mudell biex anke l-awtoritajiet tal-Freeport jirsistu għal proġett simili biex minnu jibbenefikaw ir-residenti ta' Birżebbuġa u tal-madwar. Kif se jitnaqqas it-tniġġis? Dan il-proġett se jwassal biex, permezz ta' interventi infrastrutturali, il-cruise liners u l-bastimenti Ro-Ro jkunu jistgħu jitfu l-magni u jużaw sors ta' enerġija nadifa mill-port stess. Dawn il-faċilitajiet se jkunu disponibbli l-ewwel f 'Pinto Wharf, Deep Water Quay u Boiler Wharf u wara ser jiġu estiżi għal Laboratory Wharf u Fuel Wharf (Ras Ħanżir). L-ewwel tliet mollijiet mistennija jkollhom din il-faċilità sal-aħħar tal- 2023. Il-cruise liners u l-bastimenti Ro-Ro jkunu jistgħu jitfu l-magni u jużaw sors ta' enerġija nadifa mill-port stess