Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1275143
05 aħbarjiiet illum • IL-ĦADD 2 TA' AWWISSU 2020 Property Services Co. Ltd. Situation Vacant We are seeking the services of a housekeeper for one of our clients. Apply by sending an email with your CV to durra172@gmail.com 'Mod ġdid b'nies ġodda' L-għajta ta' Delia għat-tiġrija tal-Kap ... tkompli minn paġna 1 Din kienet it-tieni darba f 'sena li l-Kunsilliera ntalbu jgħidu tagħhom dwar il-futur tal-Kap Nazzjonalista. Is-sena li għaddiet, Delia rebaħ vot ta' fiduċja wara r-riżultat diżastruż li l-PN kiseb fl-elezzjonijiet tal- Parlament Ewropew u l-Kunsilli Lokali. Dakinhar, 920 kunsillier kienu vvotaw favur li Delia jibqa' Kap Nazzjonalista sal-elezzjoni ġenerali li jmiss. 438 vvotaw kontra. Dan ifisser li Delia kien kiseb l-appoġġ ta' 67% tal- kunsilliera. Fl-ewwel reazzjoni tiegħu, waqt konferenza tal-aħbarijiet, Adrian Delia kkonferma li se jkun qed jikkontesta l-elezzjoni għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista u saħaq li "se jidħol għal din it-tiġrija b'determinazzjoni u kuraġġ kbir." Insista li jekk it-tesserati jagħżlu li l-Partit Nazzjonalista jkollu Kap ġdid, min issa qiegħed iwiegħed li se jkun qed jaħdem id f 'id miegħu. Mill-banda l-oħra saħaq li jekk it-tesserati jerġgħu jagħżlu lilu, se jkun qed jieħu d-deċiżjonijiet li t-tesserati ilhom jitolbu minnu. "Mod ġdid b'nies ġodda," se tkun l-għajta tal-kampanja ta' Adrian Delia f 'din l-elezzjoni waqt li tenna li l-għażla se tkun dwar jekk it-tesserati jridux partit tal-ftit jew partit tal-ħafna. Fakkar li fl-aħħar mill-aħħar kien hu li ried li d-deċiżjoni finali tkun tat-tesserati. Insista li jirbaħ minn jirbaħ, fl-aħħar mill-aħħar se jkun qed jirbaħ il-Partit Nazzjonalista. X'se jiġri minn issa 'l quddiem? Issa li l-Kunsilliera vvutaw biex il-Partit Nazzjonalista jmur għal elezzjoni tal-Kap, immedjatament irid jiskatta proċess li jaf jieħu diversi ġimgħat. Wara li l-Kummissjoni Elettorali tilqa' l-applikazzjonijiet, il-Kummissjoni Kandidati tkun trid tibda proċess ta' verifika dwar kull persuna li titfa' isimha biex issir Kap tal-Partit Nazzjonalista. Skont l-istatut tal-PN, dan il-proċess ma jistax idum aktar minn sitt ġimgħat mid-data li fiha jieqfu jintlaqgħu n-nominazzjonijiet. Fi żmien tlett ijiem mir-rapport tal-verifika, il-Kummissjoni tippubblika avviż li jsejjaħ għal nominazzjonijiet ta' kandidati minn fost dawk li jkunu ġew pożittivament verifikati. Iż-żmien għan-nominazzjonijiet għandu jagħlaq fi żmien ħamest ijiem. Meta jintemm dan il-proċess, f 'każ li jkun hemm aktar minn żewġ kandidati, il-Kummissjoni elettorali għandha torganizza votazzjoni sigrieta fost il-membri tal-Kunsill Ġenerali fl-ewwel tmiem il-ġimgħa wara ħmistax- il ġurnata mill-għeluq tan- nominazzjonijiet. Fi tmiem il-ġimgħa ta' ħmistax- il jum wara l-votazzjoni tal- Kunsill Ġenerali, il-Kummissjoni elettorali torganizza votazzjoni fost it-tesserati tal-Partit biex dawn jagħżlu l-Kap tal- Partit minn fost iż-żewġ kandidati li jkunu ġabu l-akbar ammont ta' voti mill-Kunsilliera. Delia diġà kkonferma li se jikkontesta l-elezzjoni... Apparti Adrian Delia wera interess għal din il-kariga anke l-Avukat Bernard Grech. Il-gazzetta ILLUM żvelat ukoll kif apparti Delia u Grech, interessati għall-kariga hemm ukoll Roberta Metsola (MEP), erese Comodini Cachia (Deputata), Mark Anthony Sammut (Eks President tal- Eżekuttiv) u Alex Perici Calascione (President tal-Eżekuttiv). It-tumbati ta' Delia fil-qasir... Adrian Delia sar Kap tal-Partit Nazzjonalista f 'Settembru tal- 2017, fl-ewwel elezzjoni miuħa għat-tesserati. Delia kien kiseb 52.7% tal-voti hekk kif dakinhar ikkontesta kontra Chris Said, wara li ż-żewġ kandidati l-oħra, Frank Portelli u Alex Perici Calascione kienu waqgħu fil-vot sigriet tal-Kunsill Ġenerali. Delia kien iffaċċja oppożizzjoni mill-bidu fi ħdan il-PN U dan wara li fl-eqqel tal-kampanja, Daphne Caruana Galizia kienet ippubblikat storja u fiha spjegat kif madwar £1 miljun fi flus mill- prostituzzjoni f 'Soho, Londra, kienu għaddew mill-kont ta' Adrian Delia f 'kont tal-Bank f 'Barclays f 'Jersey. Il-fatt li Delia kien iddeskriva lil Daphne bħala 'biċċa blogger' kisser għal kollox ir-rabta bejn dawk li kienu jsegwu lill- ġurnalista mal-PN. Kien ġie żvelat ukoll li dawn l-allegati rabtiet mal-prostituzzjoni f 'Soho qed ikunu investigati bħala parti minn investigazzjoni fuq ħasil ta' flus. Delia qal li għadu qatt ma ġie interrogat. Daqqa oħra li tat daqqa lil Delia li baqa' ma qamx minnha kienet ir-reżistenza li sab meta wara l-pubblikazzjoni tal- konklużjonijiet tar-rapport Egrant kien talab lil Simon Busuttil biex jissospendi lilu nnifsu mill-Grupp Parlamentari. Dan biex ma nsemmux il-qagħda finanzjarja tiegħu. L-aħħar daqqiet kbar li qala' Delia kienu mhux biss l-allegati chats ma' Yorgen Fenech iżda anke l-allegazzjonijiet li ħarġu fil-Qorti li Delia kien talab €50,000 lil Fenech biex jintużaw kontra l-elezzjoni ta' David Casa. Delia ċaħad dan b'affidavit iżda dwar din l-allegazzjoni għaddejja wkoll inkjesta maġisterjali. Fil-qalba tal-votazzjoni, il-Ġimgħa filgħaxija, is-sit illum.com.mt żvela kif il-Kap tal-Partit Nazzjonalista u tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia, fetaħ Protest Ġudizzjarju kontra d-Deputat Jason Azzopardi fuq dawk li sejħilhom "qlajjiet" u "malafama" li d-Deputat allegatament għamel kontrih fis-sigħat ta' qabel il-votazzjoni. Delia fetaħ dan il-protest wara li qed jallega li Azzopardi "ħammġu", "immalafamah" u "gideb fuqu" meta qed jindika ma' nies illi hemm aktar messaġġi bejnu u Yorgen Fenech, l-akkużat bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Jidher li Azzopardi allegatament qal li hemm aktar messaġġi li se joħorġu fir-rekordings li juru illi pagament ta' eluf ta' ewro vera seħħ bejn Yorgen Fenech u Delia - u dan biex allegatament David Casa ma jkunx elett. Azzopardi ma baqax kwiet tant li għamel kontro-protest u sfida lil Delia biex jekk jirriżulta fil-Qorti li teżisti prova forensika fil-mobile ta' Fenech ta' kommunikazzjoni u/jew laqgħat bejnu u Fenech fl-2019, huwa jirriżenja minn Deputat Parlamentari. "Jekk jirriżulta li meta l-kontenut tal-mobile ikun magħruf li tali prova ma tirriżultax, nirriżenja jien," insista Azzopardi. "Jien ma bżajtx mill- qattiela ta' Daphne. Jien ma bżajtx mill-korrotti miljunarji mażuni. Mhux ser nibża' mill-gideb tal-ħabib ta' Yorgen Fenech meta kien jaf li hu sid il-kumpanija17 Black." Battibekk bejn Delia u Azzopardi fil- qalba tal-votazzjoni Adrian Delia jivvota fil-Kunsill Ġenerali Straordinarju dwar il-futur tiegħu bħala Kap tal-PN